MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
mill-Kampanja
Ħelsien Nazzjonali CNI
Merħba
Daħla
Dan il-ktieb kien ingħata mill-awtur biex jiġi ppubblikat f’Diċembru 2002, imma kienu qalulu li aktarx ma kienx hemm żmien biex jiġi ppubblikat qabel ir-referendum li kien se jsir f’Marzu tas-sena 2003.
Aħna skantajna ħafna b’dan, għaliex meta l-affarijiet ikunu jridu jsiru malajr jaraw kif jagħmlu biex tinstab soluzzjoni biex jagħmluhom.
L-awtur kien għaddielna kopja tiegħu ukoll, imma aħna ma ħassejniex li kienet etika li la kien ingħata lil ħaddieħor u forsi kien se jiġi ppubblikat konna nippubblikawh aħna.
Fil-fatt ma kienx ġie ppubblikat minkejja li huwa xogħol li jitfa’ dawl fuq il-pjani li kien hemm biex isir Stat Federali Ewropew bħala l-Istati Uniti ta’ l-Ewropa u l-iżviluppi li saru biex saret l-Unjoni Ewropea.
M’għandniex dubju illi kieku dan il-ktieb kien ġie ppubblikat forsi ma ninsabux fis-sitwazzjoni ta’ kolonjaliżmu u tbatijiet ħorox li ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin qegħdin fihom llum.
Għalhekk aħna ħsibna li xogħol bħal dan m’għandux jintilef, qabbadna lil min jirranġajnih xi ftit u jaġġornah billi jżid Kapitlu 10 li huwa minn fejn ħalla l-awtur sa’ nofs is-sena 2006.
Issa qegħdin nippubblikawh fuq l-internet ħalli kulħadd jara li kien hemm min kien jaf sewwa xi jkunu r-riżultati tas-sħubija fl-Istat Federali ta’ l-Unjoni Ewropea u kif ried iwissi lill-poplu Malti dwar il-kolonjaliżmu ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan għandu jkompi jiftah għajnejn il-poplu Malti u Għawdxi ħalli kulħadd jingħaqad flimkien ħalli noħorġu mill-jasar kolonjali ta’ l-Unjoni Ewropea li l-ĠUDIET MIXTRIJA tal-barrani ta’ l-Unjoni Ewropea daħħluna fih u li l-QUISLINGS iridu jżommuna fih bi skuża jew oħra.
Dan huwa dritt tagħna li nagħmluh billi niddikjaraw l-INDIPENDENZA u l-ĦELSIEN tagħna mill-jasar kolonjali ta’ Unjoni Ewropea kif għandna kull dritt u setgħa li nagħmlu bla ma ħadd jista’ jżommna.
Dan inkunu nistgħu nagħmluh biss malli jkollna gvern li jkun tassew GVERN MALTI PATRIJOTT li ma jkunx lest li bħal QUISLING imexxi f’Malta skond l-ordnijiet, il-liġijiet u r-regolamenti tad-dittaturi ta’ l-Unjoni Ewropea bħal ma QUISLING kien imexxi fin-Norveġja skond l-ordnijiet ta’ ĦITLER.
Għalhekk inħeġġukom biex tingħaqdu flimkien magħna ħalli bil-kuraġġ kollu u bir-rieda soda tagħna neħilsu darba għal dejjem mill-ħakma kolonjali ta’ l-Unjoni Ewropea flimkien mal-ĠUDIET mixtrija u QUISLINGS li għandna fostna.
Dan il-ktieb li huwa mqassam f’għaxar kapitoli jistgħu jitniżżel billi tagħfsu fuq il-kapitolu li tridu taraw.
Kull kapitolu għandu l-indiċi tiegħu u n-numri tal-paġna jkomplu minn kapitolu għall-ieħor. B’hekk tkunu tistgħu tistampawh u jekk tridu tillegawh.
Aħna nissuġġerixxu li tniżżlu l-kapitoli kollha u terfuhom fuq il-kompjuter tagħkom ħalli toqgħodu tarawhom bil-kwiet.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola liċ-
Chairman CNI,
Dr Karmenu Mifsud Bonnici B.A. LL.D.
81, Triq Ġuże Pace,
Ħamrun.
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ