MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
MERĦBA
Il-ħaddiema
tat-Tarznari mhedda bis-sħubija fl-Unjoni
Ewropea
L-Unjoni Ewropea trid tagħlaq it-Tarznari ta’ Malta
X’jgħid
it-Trattat tas-Sħubija ta’ Malta fl-Unjoni
Ewropea dwar it-Tarznari?
Tort
tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, il-ħaddiema tat-Tarznari tnaqqsu
bil-kbir waqt li nġiebu taħt it-tmexxija tal-barranin imħallsin
bil-mijiet ta’ eluf ta’ liri fis-sena barra allowances oħra.
Xalata
għall-kbar u swat ghall-ħaddiema.
Il-ħaddiema
tat-tarznari li għadhom s’issa jaħdmu fit-tarznari saritilhom
sikkatura kbira bl-argużini fuqhom u tnaqqsulhom il-ħlasijiet li kienu
jieħdu lejn darhom.
Ħaddiema
barranin, li skond ma jgħidu l-ħaddiema tat-Tarznari stess m’humiex
kapaċi, qed jinġiebu biex jeħdulhom xogħolhom wara li
mit-Tarznari tkeċċew il-ħaddiema Maltin u Għawdxin sħabhom.
Hemm
theddida kbira għal xogħol il-ħaddiema Maltin, ħobżhom
u ħobż il-familji tagħhom.
Għal
dawn ir-raġunijiet, minn din il-paġna tistgħu tniżżlu
analiżi bil-kummenti tagħna biex tkunu tafu dak li jgħid
it-Trattat tas-Sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea
dwar it-tarznari Maltin.
Tinsewx
li d-dittaturi ta’ l-Unjoni Ewropea flimkien mal-ĠUDIET
li ma jixirqilhomx li jissejħu Maltin u Għawdxin qarrqu bil-poplu
Malti u Għawdxi u anki heddewh biex jaqbel mas-sħubija fl-Unjoni
Ewropea.
Kull
min jagħmel deċiżjoni ħażina minħabba li jkunu
qarrqu bih u heddewh mhux marbut bid-deċiżjoni tiegħu u għandu
dritt li jirranġa dik id-deċiżjoni.
Kulħadd
għandu jkun għal lest u jinsisti ħalli jerġa’ jsir
referendum biex il-poplu Malti jingħata ċ-ċans, kif għandu
kull dritt, li jneħħi das-saram li daħal fih bil-qerq tad-dittaturi
ta’ l-Unjoni Ewropea u tal-ĠUDIET
Maltin u Għawdxin li ftehemu magħha fit-tradiment tal-poplu Malti.
Min
lest li jmexxi skond l-ordnijiet tad-dittaturi ta’ l-Unjoni
Ewropea huwa biss QUISLING.
Qum
fuq tiegħek ja poplu Malti u Għawdxi.
Iġġieled
għad-drittijiet tiegħek bħal ma għamlu missierijietek.
Tħallix
min jgħaddik aktar biż-żmien.
Erġa’
ħu rajk f’idejk.
Itlaq
mill-jasar kolonjali ta’ l-Unjoni Ewropea
u
d-dittaturi tagħha l-lejla qabel għada kif għandek
kull jedd, dritt u setgħa li tagħmel.
Inroddulek
ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola liċ-
Chairman
CNI,
Dr
Karmenu Mifsud Bonnici B.A. LL.D.
81,
Triq Ġuże Pace,
Ħamrun.
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ