MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
Araw kif tassew nistgħu nitilqu mill-Unjoni Ewropea
Dan huwa video tal-Parlament Ewropew
Id-dittatura ta’ l-UE u t-Tarzna
IL-KUNDIZZJONIJIET
li l-Unjoni Ewropea mponiet ghax-xogħol fit-Tarzna biex l-Unjoni taċċetta
li Malta tissieħeb fl-Unjoni jagħmlu diffiċli, jekk mhux
impossibbli, li t-Tarzna taħdem tajjeb bla ma tagħmel telf.
Fil-qosor,
il-kundizzjonijiet ta’ l-Unjoni huma dawn:
Bini
ta’ vapuri ma jistax jaqbeż l-10,000 tunellata kompensati fis-sena;
Il-baċir Nru. 1 ma jistax jintuża għall-bini, konverżjoni u tiswija ta’ vapuri għal mill-inqas għaxar snin;
Il-baċir
Nru. 1 ma jistax jintuża għal attivitajiet imsemmija la minn
sidien oħrajn u lanqas għal attivitajiet oħra mit-Tarzna;
It-Tarzna
ma tista’ tingħata ebda għajnuna wara s-sena 2008;
Il-forza
produttiva tal-ħaddiema tat-Tarzna ma tistax tkun aktar minn 1,410
persuna;
Limitu
ta’ ħin tax-xogħol kollu għal mhux aktar minn 2.4 miljun
siegħa.
Tiswija u konverżjoni ta’ vapuri ma jistgħux jaqbżu 2,035,000 siegħa xogħol.
Dan
ifisser li jekk ikun hemm dawn is-siegħat ta’ xogħol ta’ tiswija u
konverżjoni, xogħol ta’ bini jrid jiġi limitat għal mhux
aktar minn 365,000 siegħa.
Jekk
ikun hemm xogħol aktar, il-ħaddiema jkollhom joqogħdu jħarsu
jew jintbagħtu d-dar ħalli ma jinqabiżx il-limitu ta’ 2.4
miljun siegħa xogħol.
It-Tarzna
hija marbuta b’dawn il-figuri għal kull sena għal għaxar snin.
Konsum
ta’ l-azzar
Skond
ma xxandar fl-aħbarijiet, il-kuntratt għall-għaxar vapuri għall-Cala
Corporation ifisser li jridu jinħadmu madwar 2,300 tunellata azzar kull
xahar.
Dan
ifisser li jkunu jridu jintużaw madwar 27,600 tunellata ta’ azzar
fis-sena.
Iżda
l-Unjoni rabtitna li ma jistgħux jintużaw aktar minn 10,000 tunellata
ta’ azzar fis-sena.
Dan
hu l-ostaklu għat-Tarzna biex tieħu l-kuntratt tal-bini ta’ l-għaxar
vapuri.
Għax
il-kuntratt ta’ l-għaxar vapuri jfisser 27,600 tunellata azzar fis-sena,
li huma tliet darbiet l-10,000 tunellata li tippermettilna l-Unjoni Ewropea.
Jekk
tgħaddi ta’ l-Unjoni Ewropea, it-Tarzna ma tieħux ix-xogħol
tal-bini ta’ l-għaxar vapuri.
Jekk inħarsu l-interessi nazzjonali u l-ħobż tal-ħaddiema Maltin, m’għandniex noqogħdu għad-dittatura ta’ l-Unjoni, u għandna ngħidu lill-Unjoni ma xxekkilniex li nkattru x-xogħol f’pajjiżna, anki jekk dan ikun b’kompetizzjoni ma tarzni fil-pajjiżi l-oħrajn ta’ l-Unjoni.
Malta l-ewwel mhux l-Unjoni.
IS-SĦUBIJA
ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea aktar ħolqitilna problemi milli
solvitilna problemi.
U
meta jiskadu d-derogi li l-Unjoni tatna, ikollna aktar problemi.
Problema
ewlenija li l-Unjoni ħolqitilna tirrigwardja l-qasam tax-xogħol
f’pajjiżna.
Minħabba
s-sħubija, għalqu għadd ta’ fabbriki u tilfu l-impjieg numru
kbir ta’ ħaddiema.
Din
hija l-agħar daqqa li stajna nieħdu għax in-nuqqas tax-xogħol
f’pajjiżna huwa l-akbar problema minn dejjem.
Ix-xogħol
ġdid li nħoloq f’pajjiżna fl-aħħar żmien mhux
dovut għas-sħubija fl-Unjoni, iżda għall-ħila tal-ħaddiema
Maltin u Għawdxin li jaddattaw ruħhom għal xogħol ġdid
u għat-taħriġ edukattiv u tekniku li ħadu, mingħajr ma
kellha x’taqsam xejn l-UE.
M’hemmx dubju li, kieku ma sseħibniex fl-Unjoni, kellna mezz kif ma nħallux fabbriki jitilqu minn pajjiżna u konna nistgħu wkoll inrażżnu l-ispejjeż tal-produzzjoni li għolew minħabba l-Unjoni.
Konna
nistgħu wkoll inkomplu nużaw l-inċentivi li fl-imgħoddu użajna
biex inħajru jitwaqqfu fabbriki barranin f’pajjiżna, iżda li
l-Unjoni ma tħalliniex nużaw.
Fil-qasam
tax-xogħol, sagrileġġ kbir mill-Unjoni sar fit-Tarzni Maltin,
bl-għeluq ta’ waħda u billi ċċekknet l-oħra.
Barra
mit-telfien ta’ l-impjiegi, l-akbar ħsara sseħħet għat-taħriġ
tas-snajja, għax it-Tarzna kienet l-Universita`
tas-snajja f’Malta.
L-aqwa
nies tas-sengħa trawwmu fit-Tarzna, u pajjizna għad jibki meta ma
jsibx nies tas-sengħa biżżejjed għall-ħtiġijiet
tagħna, għax ma għadniex inħeġġu żgħażagħ
jidħlu jaħdmu fit-Tarzna, u minflok bżajna għall-ħaddiema
tas-sengħa
li kellna fit-Tarzni, tfajnihom fuq xogħol mhux tas-sengħa jew
tajnihom il-pensjoni.
Dan
ġiegħlitna nagħmlu l-Unjoni Ewropea bħala kundizzjoni biex
isseħibna fl-Unjoni.
Għajb
kbir!
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ