MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
Araw kif tassew nistgħu nitilqu mill-Unjoni Ewropea
Dan huwa video tal-Parlament Ewropew
Telf
ta’ xoghol minhabba l-UE
minn Karmenu Mifsud Bonnici
IL-KWISTJONI
li nqalgħet dwar il-bini ta’ għaxar vapuri fit-Tarzna wriet kemm
is-sħubija fl-Unjoni Ewropea għamlet ħsara lill-qasam tax-xogħol
f’pajjiżna, mhux l-inqas, tax-xogħol tat-tiswija u l-bini
tal-vapuri.
Għax
mat-Tarzna ta’ Bormla (Malta Drydocks) u mat-Tarzna tal-Marsa (Malta
Shipbuilding) l-Unjoni Ewropea kienet ħarxa ħafna billi nsistiet
mal-Gvern Malti li għandu jxolji l-Malta Shipbuilding tal-Marsa u jċekken
bil-goff it-Tarzna ta’ Bormla.
L-Unjoni Ewropea ġiegħlet lill-Gvern Malti, sabiex ikun jista’ jagħmel
magħha l-ftehim tas-sħubija, jintrabat li jkun hemm tarzna waħda,
li l-għadd ta’ ħaddiema jitnaqqas sew, li l-ammont tat-tiswija u
tal-bini tal-vapuri jkun kull sena limitat, li l-għadd tas-sigħat
ta‘ xogħol fit-tarzna kull sena, ma jkunx aktar minn dak iffissat
mill-Unjoni, u li l-ammont ta’ sussidju jonqos sakemm jispiċċa għal
kollox sal-31 ta’ Diċembru, 2008.
Mini-tarzna
Għalhekk minħabba s-sħubija
fl-Unjoni, mijiet ta’ ħaddiema tas-sengħa ma baqgħux jaħdmu
fit-tarzna, xogħol tal-bini ta’ vapuri nixef, u għal fuq xogħlijiet
ta’ tiswija, spiss bdew jinġiebu ħaddiema barranin, minflok
infittxu li nżidu x-xogħol u l-ħaddiema tat-tarzna.
Fil-waqt li qabel ma daħal fis-seħħ il-pjan li l-Unjoni Ewropea
ħejjiet għat-tarzna tagħna, il-qagħda kienet li ma konniex
inġibu xogħol biżżejjed għall-għadd ta' ħaddiema
li t-tarzni kellhom, wara s-sħubija fl-Unjoni, it-tarzna spiċċat
mini-tarzna mingħajr ħaddiema biżżejjed għax-xogħol
li nistgħu nġibu.
Dan
ġab lit-tarzna fil-qagħda li mhux talli qiegħda tfittex xogħol
ta’ ċertu kobor, iżda li saħansitra qiegħda tirrifjuta
opportunitajiet ta’ xogħol li jiġuha.
Ma tantx huwa possibbli għall-pubbliku li jsir jaf bl-opportunitajiet ta’
xogħol li t-tarzna tirrifjuta minħabba x-xkiel li għamlitilna
l-Unjoni Ewropea.
Iżda
f’dawn l-aħħar ġranet inkixef il-każ ta’ Malta, u li ilu
x-xhur isib il-bibien tat-tarzna magħluqin għalih.
Bini ta’ għaxar vapuri
Il-kuntratt tal-bini ta’ l-għaxar vapuri jiswa b’kollox madwar $5
biljun u jħaddem mijiet kbar ta’ ħaddiema, għal għadd
ta’ snin.
It-tarzna
sabitha diffiċli biex tagħti stima għall-bini ta’ l-għaxar
vapuri, u kif iċċekknet mill-Unjoni Ewropea, ma tistax tidħol għal
dan ix-xogħol mingħajr ma ddaħħal ħafna aktar ħaddiema
lura magħha.
La t-tarzna hija tal-Gvern, huwa l-Gvern li jrid jiddeċiedi jekk it-tarzna
taċċettax il-kuntratt tal-bini ta’ l-għaxar vapuri minkejja dak
li trid l-Unjoni Ewropea, jew inkella li t-tarzna toqgħod għal dak li
trid l-Unjoni u ma taċċettax din l-ordni minħabba l-kobor tagħna
- ghax tfisser għadd ta‘ ħaddiema aktar milli l-Unjoni trid li jkun
fit-tarzna, volum ta’ xogħol aktar minn dak li l-Unjoni trid li t-tarzna
tagħmel, u sigħat ta’ xogħol ħafna aktar mill-ammont ta‘
sigħat ta’ xogħol li jista’ jkun hemm f’sena fit-tarzna.
M’hemmx dubju li l-interess nazzjonali jiddettalna li naċċettaw dan
il-kuntratt kbir ta’ xogħol għall-ħaddiema Maltin, tgħid
x’tgħid l-Unjoni Ewropea.
Din l-opportunità ta’ xogħol turina x’tort kbir għamlitilna s-sħubija
fl-Unjoni u l-ftehim li l-Unjoni rabtitna bih dwar it-tarzna.
Il-Ħamis, 17 ta' Mejju, 2007.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ