MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
MERĦBA
Il-Gvern bl-għajnuna finanzjarja u l-kollaborazzjoni tad-DITTATURI ta’ l-UNJON EWROPEA jrid ikabbar l-impjant tar-riċiklaġġ ta’ Sant Antnin u l-ewwel pjani m’hemmx dubju li kienu biex jittratta ż-żibel kollu ta’ Malta u ta’ Għawdex.
Aħna għandna d-dubji tagħna kemm huwa veru li l-Gvern irid jagħmel impjanti oħra barra dak ta’ Sant Antnin, għaliex kieku ma kienx isir rapport li t-tkabbir ta’ l-impjant ta’ Sant Antnin kellu jittratta ż-żibel kollu ta’ Malta u Għawdex.
Għalhekk aħna ħsibna li mhux biss inwasslulkom l-analiżi tar-rapport li kien sar għall-Wasteserve, imma anki ritratti ħalli taraw kemm il-bini huwa viċin ta’ l-impjant ta’ Sant Antnin u l-barriera ta’ Wied iz-Ziju.
Ir-ritratt numru 1
Ir-ritratt numru 1 huwa meħud minn għoli ta’ 27908 pied. Dan jagħti dehra ġenerali.
Taħt il-kelma Zeitun li m’hijiex f’postha minħabba l-mod kif jitniżżlu r-ritratti, jidher l-impjant tar-riċiklaġġ u l-barriera ta’ Wied iz-Ziju (isfar fl-abjad) li ma ġiex miċħud li hemm interess li tiġi esproprjata.
Anki minn dan l-għoli jidher kemm il-barriera hija viċin il-Housing Estate ta’ Ganza.
Lejn ix-xellug tagħhom jidher iż-Żejtun, waqt li ‘l fuq mill-kelma Zeitun jidher Ħaż-Żabbar u lejn ix-xellug tiegħu l-Fgura u Raħal Ġdid.
Lejn il-lemin tal-kelma Zeitun jidher Wied il-Għajn.
In-naħa t’isfel fuq ix-xellug tidher ir-runway u l-ajruport ta’ Ħal-Luqa, jew aħjar tal-Gudja.
Ir-ritratt numru 2
Ir-titratt numru 2 huwa meħud minn għoli ta’ 13539 pied.
Fuq il-kelma Google tidher il-bajja tar-Ramla ta’ San Tumas u aktar ‘il fuq tidher il-bajja ta’ Wied il-Għajn.
Lejn ix-xellug taħt il-kelma Zeitun jidher l-impjant ta’ Sant Antnin u taħtu tidher il-barriera ta’ Wied iz-Ziju.
Aktar lejn ix-xellug jidher iż-Żejtun u tistgħu taraw kemm huwa viċin il-Housing Estate ta’ Ganza.
Bi dritt ‘il fuq miż-Żejtun jidher Ħaż-Żabbar.
Fir-ritratt jekk wieħed jimxi matul il-bypass lejn Ħaż-Żabbar jista’ jara l-Housing Estate tal-Plier maqtugħ għalih ftit ‘il barra minn Ħaż-Żabbar.
Fejn hemm il-kelma Għaxaq huwa l-Estate Industrijali ta’ Buleben u l-kelma Għaxaq tidher hemmhekk minħabba l-proċess biex jitniżżlu r-ritratti.
Ir-ritratt numru 3
Ir-ritratt numru 3 huwa meħud minn għoli ta’ 7261 pied.
Hawnhekk jista’ jidher aktar kemm l-impjant ta’ Sant Antini huwa viċin tal-Housing Estate ta’ Bella Vista u tar-Razzett tal-Ħbiberija.
Innutaw kif lejn il-lemin tat-tinda ta’ l-Impjant ta’ Sant Antnin tidher roqgħa fejn l-impjant qiegħed jikber bil-mod il-mod billi affarijiet jitpoġġew f’din ir-roqgħa.
Innutaw kemm il-barriera hija viċin il-Housing Estate ta’ Ganza.
Qed nagħmlu enfasi fuq il-barriera ta’ Wied iz-Ziju minħabba li waqt laqgħa li kienet saret Wied il-Għajn la l-Wasteserve u lanqas il-Ministru ma kienu ċaħdu li hemm interess biex il-barriera tiġi esproprjata.
Tgħid għalfejn?
Mhux biex ikun jista’ jinħażen iż-żibel u affarijiet oħra li jagħmlu l-intejjen u anki jitkabbar aktar l-impjant aktar 'il quddiem?
Jekk timxu mal-bypass mill-impjant ta’ Sant Antnin lejn Ħaż-Żabbar li qiegħed in-naħa ta’ fuq tar-ritratt, fuq ix-xelluq taraw il-Housing Estate tal-Plier maqtugħ għalih qabel Ħaż-Żabbar.
Ir-ritratt numru 4
Ir-ritratt numru 4 huwa meħud minn għoli ta’ 5056 pied.
Fuq ix-xellug tidher parti mill-barriera ta’ Wied iz-Ziju u l-impjant ta’ Sant Antnin u l-bypass lejn Ħaż-Żabbar.
Fuq il-lemin tar-ritratt tidher il-bajja ta’ Wied il-Għajn, waqt li fin-nofs jidher ir-Razzett tal-Ħbiberija u ‘l fuq minnu l-Housing Estate ta’ Bella Vista.
Hawnhekk aktar jidher kemm l-impjant ta’ Sant Antnin huwa viċin ir-Razzett tal-Ħbiberija u l-Housing Estate ta’ Bella Vista.
Ir-ritratt numru 5
Ir-ritratt numru 5 huwa meħud minn għoli ta’ 5038 pied.
Isfel fuq ix-xellug tidher il-barriera ta’ Wied iz-Ziju u l-impjant ta’ Sant Antnin.
Fuq il-lemin tagħhom jidher ir-Razzett ta’ Ħbiberija u aktar ‘il fuq il-Housing Estate ta’ Bella Vista, bini ieħor u parti mill-bajja ta’ Wied il-Għajn.
Araw kemm huma viċin ta' l-impjant.
Ir-ritratt numru 6
Ir-ritratt numru 6 huwa meħud minn għoli ta’ 2521 pied.
Araw kemm ir-Razzett tal-Ħbiberija u l-Housing Estate ta’ Bella Vista huma viċin.
Innutaw ir-roqgħa lejn il-lemin tat-tinda li qed tintuża biex fiha jitpoġġew żibel u affarijiet oħra.
Ir-ritratt numru 7
Ir-ritratt numru 7 huwa meħud minn għoli ta’ 1856 pied.
Fuq ix-xellug tidher ir-roqgħa aħjar u lejn ix-xellug jidher ir-Razzett tal-Ħbiberija u aktar ‘il fuq minnu jidher il-Housing Estate ta’ Bella Vista.
Araw kemm huma viċin ta' l-impjant.
Ir-ritratt numru 8
Ir-ritratt numru 8 huwa meħud minn għoli ta’ 1856 pied, imma tidher ukoll parti mit-tinda ta’ l-impjant ta’ Sant Antnin.
Fuq il-lemin jidher ir-Razzett ta’ Ħbiberija u aktar ‘il fuq minnu l-Housing Estate ta’ Bella Vista.
Araw kemm huma viċin ta' l-impjant.
Ir-ritratt numru 9
Ir-ritratt numru 9 huwa meħud minn għoli ta’ 1856 pied.
Isfel fuq ix-xellug tidher it-tinda ta’ l-impjant ta’ Sant Antnin u r-roqgħa lejn il-lemin tiegħu fejn jinżamm l-imbarazz u żibel ieħor.
In-naħa ta’ fuq fuq il-lemin jidher parti mill-Housing Estate ta’ Bella Vista.
Araw kemm huma viċin ta' l-impjant.
Ir-ritratt numru 10
Ir-ritratt numru 10 huwa meħud minn għoli ta’ 2161 pied.
In-naħa ta’ fuq tidher il-barriera ta’ Wied iz-Ziju u parti żgħira mill-impjant ta’ Sant Antnin.
In-naħa t’isfel tidher it-triq miż-Żejtun għar-Ramla ta’ San Tumas u l-bini li hemm fiha li jidher kemm huwa viċin tal-barriera u l-impjant.
Ir-ritratt numru 11
Ir-ritratt numru 11 huwa meħud minn għoli ta’ 2400 pied.
Jidhru sewwa l-impjant in-naħa tax-xellug isfel, ir-Razzett ta’ Ħbiberija lejn il-lemin u l-Housing Estate ta’ Bella Vista in-naħa ta’ fuq lejn il-lemin.
Araw kemm huma viċin ta' l-impjant.
Ir-ritratt numru 12
Ir-ritratt numru 12 huwa meħud minn għoli ta’ 14568 pied.
Taħt il-kelma Żeitun jidher l-impjant ta’ Sant Antnin u l-barriera ta’ Wied iz-Ziju u lejn ix-xellug tagħhom jidher iż-Żejtun, u lejn it-tarf tar-ritratt it-triq tal-Barrani u parti żgħira minn Ħal-Għaxaq.
‘Il fuq mill-kelma Żeitun jidher Ħaż-Żabbar.
Taħt il-kelma Ħal-Għaxaq jidher l-Estate Industrijali ta’ Buleben.
Il-kelma Żeitun m’hijiex f’postha minħabba l-mod kif jitniżżlu r-ritratti.
Lejn il-lemin tal-kelma Zeitun jdher Wied il-Għajn, il-bajja ta’ Wied il-Għajn, u aktar l-isfel il-bajja ta’ San Tumas.
Ir-ritratt numru 13 huwa meħud minn għoli ta’ 6325 pied.
In-naħa ta’ fuq, fuq il-lemin jidher il-Housing Estate ta’ Bella Vista’, l-isfel minnu fit-tarf jidher ir-Razzett ta’ Ħbiberija.
Aktar l-isfel lejn iċ-ċentru jidher l-impjant ta’ Sant Antnin u l-barriera ta’ Wied iz-Ziju, u lejn il-lemin tagħhom il-Housing Estate ta’ Ganza u parti sewwa miż-Żejtun.
Tidher ukoll it-triq tar-Ramla ta’ San Tumas.
Ir-ritratt numru 14
Ir-ritratt numru 14 huwa meħud minn għoli ta’ 3577 pied.
In-naħa ta’ fuq fuq il-lemin jidher l-impjant ta’ Sant Antnin u l-barriera ta’ Wied iz-Ziju.
Fuq ix-xellug tagħha jidher il-Housing Estate ta’ Ganza u aktar l-isfel it-triq tar-Ramla ta’ San Tumas.
Ir-ritratt numru 15
Ir-ritratt numru 15 huwa meħud minn għoli ta’ 2758 pied.
Fuq il-lemin in-naħa ta’ fuq tar-ritratt tidher il-barriera ta’ Wied iz-Ziju u lejn il-lemin tagħha jidher il-Housing Estate ta’ Ganza.
Lejn in-nofs tar-ritratt l-isfel mill-barriera tidher it-triq tar-Ramla ta’ San Tumas.
Araw kemm huma viċin ta' l-impjant.
Ir-ritratt numru 16
Ir-ritratt numru 16 huwa meħud minn għoli ta’ 2189 pied.
Jidhru l-barriera ta’ Wied iz-Ziju u l-Housing Estate ta’ Ganza, waqt li fil-parti t’isfel tidher it-triq miż-Żejtun għar-Ramla ta’ San Tumas.
Araw kemm huma viċin ta' l-impjant.
Ir-ritratt numru 17
Ir-ritratt numru 17 huwa meħud minn għoli ta’ 1286 pied.
Il-barriera ta’ Wied iz-Ziju hija n-naħa ta’ fuq fil-lemin tar-ritratt.
Innutaw kemm il-Housing Estate ta’ Ganza li huwa fuq ix-xellug tar-ritratt huwa viċin tal-barriera.
Kummenti
Tinsewx li l-Gvern bil-kollaborazzjoni tad-DITTATURI ta’ l-UNJONI EWROPEA jridu jkabbru l-impjant biex jittratta ħafna aktar żibel milli jittratta issa.
In-nies ta’ Wied il-Għajn, iż-Żejtun u Ħaż-Żabbar jafu kemm batew intejjen meta l-impjant jittratta ħafna inqas milli jridu jagħmluh jittratta meta jridu jkabbruh.
Tinsewx li ħadd ma ċaħad li hemm interess li l-barriera ta’ Wied iz-Ziju tiġi esproprjata.
Għalfejn jekk mhux biex jinħażen iż-żibel u affarijiet oħra li jagħmlu intejjen kbar u jġibu ġrieden, firien, dbieben u nsetti oħra?
Innutaw kemm l-impjant u l-barriera huma viċin il-bini.
Taħsbu u temmnu li dawn mhux se jagħmlu intejjen kbar, gassijiet velenużi u mikrobi li jagħmlu ħsara kbira għal saħħitkom u saħħet uliedkom?
Dan huwa dak li jridu jagħmlu l-Gvern u d-DITTATURI ta' l-UNJONI EWROPEA liċ-ċittadini tan-naħa t’isfel ta’ Malta speċjalment lin-nies ta’ Wied il-Għajn, iż-Żejtun u Ħaż-Żabbar.
Iridu jmarrdu lilkom u lill-uliedkom u jwaqqgħu l-valur tal-proprjeta' tagħkom.
Iridu jeqirdu għal kollox it-turiżmu minn Wied il-Għajn kif diġa' bdew jagħmlu bl-irziezet tat-tonn.
Se tħalluhom?
Tridu tibqgħu taħt dan il-kolonjaliżmu ġdid tad-DITTATURI ta' l-UNJONI EWROPEA?
Ir-ritratti tistgħu tniżżluhom billi tagħfsu fuq in-numru tar-ritratt li tridu taraw.
Ritratti
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola liċ-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ