MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI
Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
MERĦBA
Minn din il-paġna tistgħu tniżżlu studju li kien sar fuq l-ewwel rapport li kien hemm dwar l-Impjant ta’ Sant’Antnin ġewwa Wied il-Għajn.
Dan ir-rapport kellu jiġi ppubblikat u kien tqassam lil diversi nies u anki aħna konna ingħatajna kopja tiegħu.
Qed naraw kif iċ-ċittadini Maltin speċjalment tan-naħa t’isfel ta’ Malta qed jiġi stmati mill-Gvern kif ukoll mill-Unjoni Ewropea li se toħroġ parti mill-flus għall-impjant.
Infakkru li dawn huma flus miġbura mit-taxxi tagħna stess.
L-Unjoni Ewropea kull ma qed tagħmel huwa li tagħtina ftit minnhom lura u lanqas nistgħu nonfquhom kif irridu, imma torbotna l-Unjoni Ewropea stess kif nonfquhom.
Għaldaqstant, issa li għandna l-paġna ta' l-internet tagħna, rajna li jkun tajjeb li nippubblikaw dan l-istudju ħalli l-poplu kollu, speċjalment dawk fin-naħa t’isfel ta’ Malta, ikunu jafu kif qed jiġu stmati mill-Gvern u speċjalment mid-dittaturi kolonjalisti ta' Unjoni Ewropea.
Aqraw l-istudju u taraw kemm iridu jqarrqu bikom kif qarrqu bikom qabel dwar is-sħubija fl-Unjoni Ewropea.
Tista’ tafda lil min dejjem qarraq bik?
Tista’ tafda lid-dittaturi ta' l-Unjoni Ewropea?
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola liċ-
Chairman
CNI,
Dr
Karmenu Mifsud Bonnici B.A. LL.D.
81,
Triq Ġuże Pace,
Ħamrun.
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ