MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI 

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin

u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

 

NAĦILFU LI NEĦILSU LIL MALTA MILL-JASAR, IL-KOLONJALIżMU U L-ĦAKMA DITTATORJALI ILLEGALI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!

 

Referendum dwar it-Trattat il-Ġdid

 

Minn fuq il-link li ssibu aktar l-isfel tidħlu fuq paġna ta’ Membri Parlamentari tal-Parlament Ewropew li qed jitolbu biex iċ-ċittadini tal-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropea jiffirmaw petizzjoni ħalli jsir referendum dwar it-Trattat il-ġdid li l-UE trid tagħmel minflok il-Kostituzzjoni li ġiet miċħuda mill-Franċiżi u l-Olandiżi.

 

Fil-paġna ssibu bandieri tal-pajjiżi membri li meta tikklikkjaw fuqhom tmorru fil-paġna bl-ilsien tal-pajjiż.

 

Nistednukom biex tidħlu u ffirmaw ħalli l-UE tkun taf li l-popli tal-pajjiżi membri ma jridux it-Trattat il-ġdid tagħha.

 

L-ewwel paġna     Paġna ta’ Malta

Renju Unit    Kampanja għar-referendum

 

IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA

 

<< Lura <<

 

e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk 

 

Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna

 

Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien

 

Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien? 

Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.

Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-

Segretarju Finanzjarju  CNI,

60A, Triq id-Dejqa,

Valletta

 

Isem .......................................................

Indirizz ...................................................

ID Numru ...............................................

 

Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek

 

Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ