MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
minn Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI
QUISLING
Kif ġiet il-kelma “QUISLING” u għal liema raġuni tingħad.
Wieħed
jista’ jgħid li din il-kelma bdiet tissemma wara l-aħħar gwerra dinjija u hija
mnissla minn kunjom wieħed li kien jismu Vidkun Abraham Lauritz Jonssøn Quisling.
Vidkun Quisling twieled fit-18 ta’
Lulju 1887 u miet fl-24 ta’ Ottubru 1945, iben qassis tal-Knisja tan-Norveġja,
Jon Lauritz Qvisling minn Fyresdal.
Il-ġenituri tiegħu kienu mnissla minn familji antiki u distinti minn
Telemark.
Huwa kien l-aħjar kadett meta ggradwa mill-akkademja tal-gwerra fl-1911 u laħaq maġġur fl-armata Norveġiża.
Huwa ħadem ma Fridtjof Nansen fl-Unjoni Sovjetika matul is-snin ta’ l-għaks fis-snin 20.
Minħabba li huwa kien iħares l-interessi tar-Renju Unit meta r-relazzjonijiet diplomatiċi ġew maqtuha minn mal-Gvern Bolxevista, huwa kien ingħata l-Unur C.B.E. mill-gvern Ingliż.
QUISLING kien diplomatiku Norveġiż, politiku Faxxista tal-Partit taċ-Ċentru, ħadem ukoll bħala ħaddiem umanitarju fl-Unjoni Sovjetika, u serva bħala Ministru tad-Difiża tan-Norveġja fil-Gvernijiet Agrarji bejn l-1931 u 1933.
Fis-17 ta’ Mejju, 1933, Jum il-Kostituzzjoni Norveġiża, “QUISLING” flimkien ma’ l-avukat Johan Bernhard Hjort ifforma in-“Nasjonal Samling”, li bin-Norveġiż tfisser l-“Unita’ Nazzjonali” jew “Miġemgħa Nazzjonali”, partit “FAXXISTA” Norveġiż.
Dan il-partit kellu struttura anti-demokratika, waqt li “QUISLING” kellu jkun il-“Fører” tiegħu.
“Fører” bin-Norveġiż tfisser “MEXXEJ”, l-istess bħal ma tfisser “Führer” bil-Ġermaniż.
Xi minn daqqiet kienu jirreferu għalih bħala “Ħitler tan-Norveġja”.
Il-partit tiegħu li kien imsejjes fuq il-prinċipju Ġermaniż ta’ “Führerprinzip”, l-isem Ġermaniż għall-“prinċipju ta’ mexxej”, li jirreferi għal sistema ta’ ġerarkija ta’ mexxejja li tixbaħ struttura militari.
Kien ġab 27,850 vot fl-elezzjonijiet ta’ l-1933, 4 xhur wara li kien ġie ffurmat, grazzi għall-kuntatti li kellu ma l-Assoċjazzjoni ta Għajnuna lill-Bdiewa Norveġiżi.
Meta l-partit tiegħu beda jibdel l-għeruq tiegħu minn dawk reliġjużi għal dawk aktar favur in-“NAZI” u ħaddan politika anti-semitika iebsa mill-1935, is-sostenn mill-Knisja naqas u fl-elezzjonijiet ta’ l-1936 naqqas mill-voti sakemm sa’ l-invażjoni tan-Norveġja mill-Ġermaniżi kien naqqas il-membri tiegħu għal madwar 2,000.
Dawn kibru għal madwar 45,000 kollaboratur Norveġiż matul l-okkupazzjoni Ġermaniża.
Meta l-Ġermanja nvadiet in-Norveġja fid-9 ta’ April, 1940, “QUISLING” sar l-ewwel bniedem fl-istorja li ħabbar “kolp ta’ Stat” matul xandira ta’ l-aħbarijiet.
Huwa ddikjara “gvern ad hoc” matul il-konfużjoni ta’ l-invażjoni, u ttama li “ĦITLER” isostnih.
Huwa għamel hekk meta r-Re u l-Gvern Norveġiż ħarbu lejn it-Tramuntata u “QUISLING” beża’ li s-setgħa taqa’ kollha f’idejn il-Ġermaniżi bi żvantaġġ għall-poplu Norveġiż.
Ta’ min jgħid li “QUISLING” kien żar lil “ĦITLER” is-sena ta’ qabel, imma “ĦITLER” qies li “QUISLING” ma kien ta’ ebda użu għalih.
“QUISLING” ma kienx popolari, tant li l-gvern tiegħu dam biss ħamest-ijiem.
Minnufih
wara, Josef Antonius Heinrich
Terboven li kien mexxej “NAZISTA” li kien magħruf
għat-tmexxija ħarxa tiegħu man-Norveġiżi matul l-okkupazzjoni tan-Norveġja
mill-Ġermaniżi, kien inħatar “REICHSKOMMISSAR”, jiġifieri
“KUMMISSARJU ta’ l-IMPERU”, l-għola uffiċjal
fin-Norveġja li kien jirraporta direttament lil “ĦITLER”.
Kien hemm tensjoni kbira bejn Terboven u “QUISLING”, għalkemm aktarx li Terboven ra li jkun ta’ vantaġġ li jkun hemm Norveġiż li jidher li jkun fis-setgħa biex inaqqas l-mibgħeda tal-poplu Norveġiż.
Huwa ħatar lil “QUISLING” bħala “MINISTRU PRESIDENT” fl-1942, posizzjoni li l-“Fører”, jiġifieri “MEXXEJ”, ħa fl-1 ta’ Frar 1943 u serva fiha sa’ tmiem il-gwerra, waqt li l-Kabinett Soċjal Demokratiku ta’ Johan Nygaardsvold kien eżiljat ġewwa Londra.
Huwa kien arrestat fid-9 ta’ Mejju, 1945, u għadda ġuri flimkien ma żewġ mexxejja oħra tal-partit tiegħu Albert Viljam Hagelin u Ragnar Skancke, ġie misjub ħati ta’ “”, TRADIMENTu ġie ffuċillat fil-Fortizza Akershus.
L-akkużi kontrih kienu l-azzjonijiet tiegħu matul il-gwerra.
Il-kolp ta’ stat tiegħu fl-1940, ir-revoka li kien għamel ta’ l-ordni ta’ mobilizzazzjon, l-inkoraġġiment tiegħu lin-Norveġiżi biex iservu bħala voluntieri mad-diviżjoni ta’ l-SS Norveġiża, il-kollaborazzjoni fid-deportazzjoni tal-Lhud, ir-responsabbilita’ tiegħu għall-fuċilazzjoni ta’ patrijotti Norveġiżi, u numru ta’ akkużi oħra.
Għalhekk “QUISLING” ġie meqjuż bħala “TRADITUR” u “KOLLABORATUR” li “ITTRADIXXA” lil- “PAJJIŻU” u lil-ħutu “NORVEĠIŻI”.
It-terminu “QUISLING” sar sinonimu, f’numru ta’ ilsna bħal ma huma l-Ingliż, Taljan, Norveġiż, Daniż, Svediż, Olandiż, Griek, Kroat, Serb u ħafna ilsna oħra ma’ “TRADITUR”, u speċjalment bħala wieħed li jikkollabora ma’ invażur, jiġifieri “KOLLABORATUR”.
Fil-fatt, daż-żmien il-kelma “QUISLING” tfisser traditur, jiġifieri wieħed li jagħmel tradiment, speċjalment wieħed li jobdi lil barrani u jaħkem skond l-ordnijiet tiegħu minkejja li jkun qiegħed jagħmel ħsara lil pajjiżu u liċ-ċittadini ħutu, u hija wżata l-aktar għal POLITIĊI li jidhru li jiffavorixxu l-interessi ta’ nazzjonijiet, “ORGANIZZAZZJONIJIET” jew kulturi barranin milli dawk tagħhom.
F’termini legali, “TRADIMENT”, bl-Ingliż “TREASON”, tfisser “DELITT” ta’ “ŻLEALTA’” lejn in-“NAZZJON” jew “STAT” tiegħek, u tfisser “”.persuna li tittradixxi lin-nazzjon taċ-ċittadinanza tagħha jew tiċħad il-ġurament ta’ lealta’ jew b’xi mod tikkollabora ma’ l-għadu, hija meqjusa bħala traditur
Fil-fatt, skond id-Dizzjunarju tal-Liġi ta’ Oran (1983), “TRADIMENT”, bl-Ingliż “TREASON”, hija mfissra bħala “azzjonijiet ta’ ċittadin li jgħin gvern barrani iwaqqa, jagħmel gwerra kontra, jew jagħmel ħsara serja lin-nazzjon (tiegħu).”
F’ħafna pajjiżi, huwa meqjuż bħala tradiment li tipprova jew tagħmel konġura biex twaqqa l-gvern, anki jekk l-ebda pajjiż barrani ma jkun mgħejjun jew imdaħħal f’impriża bħal din.
Traditur huwa wiehed li jittradixxi jew jiġi akkużat li ttradixxa, jiġifieri jagħmel tradiment kontra pajjiżu, il-partit politiku tiegħu, ir-reliġjon, il-familja, ħbiebu jew razztu.
Terminu ieħor, fost oħrajn, li jiġi wżat kontra dawk li huma meqjusa bħala tradituri barra minn “QUISLING” huwa “ĠUDA”.
“KOLLABORATUR” huwa terminu ta’ “TMAQDIR”, tista’ tfisser “IT-TRADIMENT” li “TIKKOLLABORA”, jiġifieri tagħmel “KOLLABORAZZJONI” ma’ l-“GĦADU” li jkun qiegħed jokkupa pajjiżek.
B’hekk tfisser “DELITT KRIMINALI” fis-servizz ta’ l-forzi li jkunu qed jokkupaw pajjiżek, (mhux bifors okkupazzjoni fiżika), u tinkludi kompliċita’ ma’ l-okkupatur barrani fi qtil, persekuzzjoni, serq, “ESPLOJTAZZJONI EKONOMIKA” kif ukoll sehem fi “GVERN PUPAZZ”, jiġifieri gvern li jkun miġbud bl-ispag jew, fi kliem ieħor, li jagħmel dak li jordnalu l-barrani.
L-użu tal-kelma “KOLLABORAZZJONI” biex tfisser “kollaborazzjoni ma’ l-għadu bi tradiment” ilha mill-1940 b’referenza għar-“REĠIM VICHY” fi Franza u Franċiżi oħra li għenu lil Ġermanja “NAZISTA”.
Huwa minn dak iż-żmien li l-kliem “KOLLABORATUR” u “KOLLABORAZZJONI” ingħataw dik it-tifsira ta’ “TMAQDIR KBIR” fl-ilsien Franċiż.
It-terminu “QUISLING” ġie vvintat l-ewwel darba mill-gazzetta “The Times”, fl-editorjali tagħha tal-15 ta’ April 1940, fejn intqal li “Hemm “QUISLINGS” f’kull pajjiż ta’ l-Ewropa”.
Ħafna jsostnu li m’hemmx l-iċken dubju li dan it-terminu japplika għall-UNJONI EWROPEA u l-ISTATI MEMBRI tagħha.
Huwa għalhekk li ħafna jqisu lill-GVERNIJIET ta’ l-Istati Membri u l-MEXXJJA TAGĦHOM li lesti jmexxu skond ma jordnaw ID-DITTATURI TA’ l-UNJONI EWROPEA minn Brussell bħala QUISLINGS, ĠUDIET, TRADITURI u KOLLABORATURI mal-ĦAKKIEM KOLONJALISTA BARRANI ta’ l-UNJONI EWROPEA.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola liċ-
Chairman
CNI,
Dr
Karmenu Mifsud Bonnici B.A. LL.D.
81,
Triq Ġuże Pace,
Ħamrun.
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ