MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
Joschka Fischer Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Ġermaniż

"Ewro? Dak diġa' huwa arranġament federali! Aħna diġa' tajna is-setgħa sovrana tagħna, is-sovranita' monetarja, lil bank". Artiklu f'Le Monde & Die Zeit, 21 ta' Ġunju 2000
".. aħna rridu npoġġu fil-post l-aħħar ġebla fil-bini ta' l-integrazzjoni Ewropea, jiġifieri integrazzjoni politika ... Trid ikun bidla minn għaqda ta' stati ghal ġo Federazzjon". The Daily Telegraph, 13 ta' Mejju 2000
"Ejja nkunu ċari - il-ħdax-il pajjiż fl-ewro diġa' taw parti mis-sovranita' tagħhom. Huma ittrasferewha lill-UE". Diskors lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali tal-Parlament Ewropew, Mejju 2000.
"Li nibdlu lill-Unjoni Ewropea fi stat wieħed, b'armata waħda, kostituzzjoni waħda u politika barranija waħda hija l-isfida kruċjali ta' żmienna". 7 t'April 1999
"Fl-1 ta' Jannar 1999 bid-dħul ta' l-Ewro ... parti importanti mis-sovranita' nazzjonali, is-sovranita' monetarja jekk ma tridx, kienet mgħoddija lil istituzzjoni Ewropea ... Id-dħul ta' munita komuni mhijiex primarjament att ekonomiku, imma aktar att sovran u għalhekk att politiku ta' grad għoli." Huwa kompla jgħid: għaqda politika trid tkun dik l-istilla li tmexxina min issa 'l quddiem: hija it-triq loġika mill-Għaqda Ekonomika u monetarja."
Diskors fil-Parlament Ewropew, Jannar 1999.
"Aħna għandna naħdmu fuq kostituzzjoni komuni biex nibdlu l-Unjoni Ewropea f'entita' taħt il-liġi internazzjonali ... dak huwa l-għan tiegħi. Huwa x-xogħol deċiżiv ta' żmienna." Diskors f'Berlin, 25 ta' Novembru 1998.
"L-għola prijorita' hija li nibdlu l-UE fi stat politiku wieħed" The Times 26 ta' Novembru 1998
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ