MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
"Li
kull nazzjon li jċedi l-ħelsien tiegħu biex ifittex il-vantaġġ
ekonomiku jixraqlu li jitlifhom it-tnejn”.
Thomas Jefferson
ex-President ta’ l-Istati Uniti
"Il-munita
waħda hija l-akbar abbandun tas-sovranita` mit-twaqqif tal-Komunita`
Ewropea … Hija essenzjalment deċiżjoni ta’ natura politika. Aħna
neħtieġu din l-Ewropa Magħquda … aħna m’għandna
qatt ninsew li l-ewro huwa strument għal dan il-proġett.”
Felipe
Gonzalez
ex-Prim
Ministru ta’ Spain
"L-Għaqda
Monetarja hija l-mutur ta’ l-integrazzjoni Ewropea…”
Jean-Luc Dehaene
ex-Prim
Ministru
tal-Belġju
"L-Ewropa
qed toqtol il-kampanja. Komunitajiet rurali qed imutu, il-biedja qed titfarrak,
il-kultura tal- kampanja hija taħt attakk u l-ħajja selvaġġa
tagħna qed tisparixxi … 22,000 ruħ ġew sfurzati ‘l barra
mil-art fl-aħħar sena, 22,000 se jkunu dis-sena, 5,500 falliment,
is-suwiċidju huwa mingħajr kontroll, u huwa kollu tort ta’ l-Ewropa
u tort tal-Politika Agrikola Komuni”.
Robin Page
Konservazzjonist u jaħdem
favur il-kampanja
"Irid
jintbagħat sinjal … li suq wieħed u munita waħda m’humiex
it-tmiem tal-vjaġġ ta’ l-UE”.
Viktor
Klima
ex-Kanċillier
ta’ l-Austria
(Kumment tagħna: Biex taraw kemm għandhom affarijiet moħbija li jridu jagħmlu)


"Il-futur ikun tal-Ġermaniżi … meta nibnu d-dar ta’ l-Ewropa. Fis-sentejn li ġejjin, aħna nagħmlu l- proċess ta’ l-integrazzjoni Ewropea irriversibbli. Din hija tassew battalja kbira imma tiswa (va la pena) l-ġlieda”. Helmut Kohl ex-Kanċillier Ġermaniż
Kumment tagħna: Tiftakru li l-għan ta’ Ħitler kien li l-Ġermaniżi jkollhom fejn jimirħu u jmorru fejn iridu bla xkiel ta’ xejn?
"Aħna
rridu l-unifikazzjoni politika ta’ l-Ewropa. Jekk ma jkunx hemm għaqda
monetarja, ma jistax ikun hemm għaqda politika, u l-istess bil-kontra”.
"L-Għaqda
Ekonomika u monetarja hija l-parti ċentrali tal-proġett ta’ l-unifikazzjoni
Ewropea. Hija naturalment, l-għola u l-aktar forma pura ta’ integrazzjoni”.
"Munita waħda hija dwar il-politika ta’
l-Ewropa.
Hija dwar Ewropa Federali mill-bieb ta’ wara”.
John
Major
ex-Prim
Ministru

"Jiena
qatt ma fhimt għaliex l-opinjoni pubblika dwar idejat Ewropej għandna
nagħtu każ tagħha”.
Raymond Barre ex-Prim Ministru Franċiż
"L-Ewropa
ta’ Maastricht setgħet tinħoloq biss fin-nuqqas ta’
demokrazija”.
Clause Cheysson ex-Segretarju ta’ l-Affarijiet Barranin Franċiż
L-unika triq biex ma tħallix il-qerda ta’
l-Istat Nazzjon Ħieles u Indipendenti huwa li jitqattgħu it-trattati
tas-sħubija, tiddikjara l-Indipendenza, il-Ħelsien u s-Sovranita`
ta’ kull Stat Membru u telimina darba għal dejjem l-Unjoni Ewropea
Federalista, Kapitalista Dittatorjali, Kolonjalista u l-forma ġdida ta’ Kolonjaliżmu
tagħha infurzat mid-Dittaturi, il-Quislings u l-Lagħaqa tagħha
fl-Istati Membri.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ