MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
Romano Prodi ex-President tal-Kummissjoni Ewropea
“Pass pass
… il-Kummissjoni Ewropea tieħu deċiżjoni politika u taġixxi
bħala gvern li qed jikber.”
Intervista fil-gazzetta The Independent, 4 ta’ Frar, 2000.
“Gvern Ewropew hija espressjoni ċara li jiena għadni nuża”.
Intervista fil-gazzetta The Independent, 4 ta’ Frar 2000.
“Meta
jiena kont qed nitkellem dwar armata Ewropea, jiena ma kontx qed niċċajta.
Jekk inti ma tridx issejħilha armata Ewropea, issejħiliex armata
Ewropea. Inti tista’ ssejħilha ‘Margaret’, inti tista’ ssejħilha
‘Mary Ann’, inti tista’ ssib kull isem, imma hija sforz flimkien għal-missjonijiet
ta’ żamma tal- paċi – l-ewwel darba li għandek sforz flimkien,
mhux bilaterali, fuq livell Ewropew.”
Intervista fil-gazzetta The Independent, 4 ta’ Frar, 2000.
“Hawnhekk
fi Brussell twieled gvern Ewropew tassew. Jiena għandi setgħat ta’
gvern, Jiena għandi setgħat esekuttivi li għalihom ma hemm l-ebda
isem ieħor fid-dinja, kemm jekk inti jogħġbok jew le, ħlief
gvern.”
Diskors lill-Parlament Ewropew, Novembru, 1999.
“Imma
x’inhija l-Kummissjoni? Aħna hawnhekk qed nieħdu deċiżjonijiet
li jorbtu bħala setgħa esekuttiva. Jekk inti ma jogħġbokx
it-terminu gvern għal dan, x’terminu ieħor inti tissuġġerixxi?
… Jiena nitkellem dwar gvern Ewropew għaliex aħna nieħdu deċiżjonijiet
ta’ gvern.”
The Times, 27 ta’ Ottubru, 1999.
“Wara
s-suq komuni, wara l-munita komuni, wara Schengen, aħna bdejna l-mixja
twila lejn ġustizzja komuni u sigurta’ komuni.”
Sunday Telegraph, 17 ta’ Ottubru, 1999.
“Aħna
poġġejna s-sisien ta’ għaqda politika b’istituzzjonijiet
maqsuma (shared). Dak li aħna neħtieġu nibnu issa hija għaqda
ta’ qlub u mħuħ, imsejsa b’sentiment qawwi maqsum ta’ destin
komuni – sens ta’ ċittadinanza komuni Ewropea … aħna qed
infittxu identita’ maqsuma – ruħ ġdida Ewropea.”
Diskors lill-Parlament Ewropew, 14 ta’ Settembru, 1999.
“Is-suq
komuni wieħed kienet it-tema tat-tmeninijiet. Il-munita waħda kienet
it-tema tad-disgħinijiet. Issa aħna rridu niffaċċjaw il-biċċa
xogħol diffiċli li nimxu lejn ekonomija waħda, għaqda
politika waħda.”
Diskors lill-Parlament Ewropew, 14 ta’ April, 1999.
“Il-kolonni
ta’ l-istat nazzjon huma x-xabla u l-munita, u aħna bdilna dak.”
Intervista fil-gazzetta Financial Times, April 1999.
“Aħna bdejna kapitlu ġdid fl-istruttura ta’ l-Ewropa. L-ewro ma kienx biss deċiżjoni tal-bankiera jew deċiżjoni teknika. Kienet deċiżjoni li biddlet għal kollox in-natura ta’ l-istati nazzjon.”
“L-ewro jista’ jwassal biss għal integrazzjoni dejjem eqreb tal-politika ekonomika tal-pajjiżi … Dan jitlob li l-istati membri iċedu dejjem aktar sovranita’ ”.
“B’definizzjoni hija
deċiżjoni permanenti. Inti ma tistax tidħol f’għaqda
monetarja taħseb li inti tista’ tagħmel hekk għal ħames
snin jew hekk.”
(Kumment tagħna. Jaf jew ma jafx Prodi li kollox jista’ jitbiddel jekk il-poplu jkun irid u ħadd u xejn ma jista’ jżommu? Jemmen jew le fid-demokrazija Prodi?)
“Sakemm jeżisti l-veto fuq it-taxxa, l-UE tkun qisha suldat jipprova jimxi b’balla u katina ma sieq waħda.”
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ