MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
Jean Monnet, wieħed mill-‘missierijiet fundaturi’ ta’ l-Unjoni Ewropea u fundatur tal-Moviment Ewropew

"L-għaqda waħda tal-funzjonijiet ekonomiċi iġġiegħel lin-nazzjonijiet li jgħaqqdu s-sovranita tagħhom f’dik ta’ stat Ewropew wieħed”.
3 ta’ April, 1952
Wim Duisenburg President tal-Bank Ċentrali Europew

"Minn issa ‘l quddiem, il-politika monetarja, ġeneralment parti essenzjali tas-sovranita’ nazzjonali, tiġi deċiża minn istituzzjoni tassew Ewropea”. Daily Telegraph, 1 ta’ Jannar, 1999
"Id-dħul ta’ l-ewro u d-dħul ta’ politika monetarja waħda ma jistgħux ikunu minhom infushom ir-rimedju għall-problema tal-qagħad … Il- qagħad jista’ biss jiġi miġġieled b’riformi strutturali li jimmiraw li jagħmlu s-swieq tax-xogħol aktar effiċjenti”. Reuters, 23 ta’ Ottubru, 1998
"Il-proċess ta’ l-għaqda monetarja jmur id f’id, irid imur id f’id, ma l- integrazzjoni politika u fl-aħħarnett għaqda politika. L-EMU (Għaqda Monetarja Ewropea) hija, u dejjem kienet maħsuba li tkun, tarġa fit-triq għal Ewropa magħquda”.
Otmar Issing Membru tal-Bord Esekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

"Ma
hemm l-ebda eżempju fl-istorja ta’ għaqda monetarja li damet li ma
kienitx magħquda ma stat wieħed.”
(Nota
tagħna: Għalhekk iridu jagħmlu lill-Unjoni Ewropea stat federali
wieħed)
"Li
tagħmel l-aġir tal-vot tal-membri individwali [fil-Bank Ċentrali
Ewropew] pubbliċi jinkuraġġixxi l-iskrutinju tal-mod ta’ kif
jivvutaw il- membri. Dan, imbagħad, jinkuraġġixxi pressjonijiet
minn barra fuq il- membri tal-Kunsill li joħorġu minn interessi
lokali”.
(Nota tagħna: Din hija l-iskuża li jġibu għax ma jridux jgħidu kif jivvutaw ir- rappreżentanti tal-pajjiżi membri fil-Kunsill tal-Bank Ċentrali Ewropew. Kif jista’ xi ħadd ikun ċert li ma jkollhomx jivvutaw bilfors kif jiġu ordnati mid-dittaturi ta’ l-UE? Għalfejn iridu jaħbu?)
Hans
Tietmeyer Gvernatur
tal-Bundesbank, il-Bank Ċentrali Ġermaniż
"Munita
Ewropea twassal lin-nazzjonijiet membri jittrasferixxu s-sovranita` tagħhom
fuq il-politika finanzjarja u l-politika tal-pagi kif ukoll l-affarijiet
monetarji … hija immaġinazzjoni li taħseb li stati jistgħu jżommu
l-awtonomija tagħhom fuq il- politika tat-taxxi”.
17 ta’ Ottubru, 1997
Jean-Claude Trichet Gvernatur tal-Banque de France
"Hemm
tendenza li ma jistmawx tajjeb is-setgħat fiskali u għaldaqstant
is-setgħat politiċi li jista’ juża l-Kunsill. Il-Kunsill ikollu
setgħat fuq l-estimi (budget) ta’ l- istati membri aktar milli għandhom
l-istituzzjonijiet federali kemm fil-Ġermanja jew l-Istati Uniti … Iva,
hemm involut element ta’ għaqda politika, la darba deċiżjonijiet
fiskali huma neċessarjament politiċi … Li jibqa’ tassew huwa li
l- għaqda politika mqaddsa fit-Trattat ta’ Maastricht fil-qasam ekonomiku
ma għandha l-ebda ekwivalenti llum f’oqsma oħra: diplomazija,
sigurta` interna u barranija”.
Jose Maria Gil-Robles ex-President tal-Parlament Europew
"Aħna
għandna noħolqu ‘għejjun tagħha stess’ għall-Unjoni
fil-forma ta’ taxxa tad-dħul diretta, indipendentament
min-nazzjonalita”.
Daily
Telegraph, 25 ta' Ottubru, 1998
(Nota tagħna: fi kliem ieħor irid jagħmel taxxa għall-Unjoni Ewropea li tinqata’ direttament mill-paga tal-ħaddiema għax mhux biżżejjed imsallbin bit-taxxi ordnati mill-UE ħalli d-dittaturi tagħha jkollhom biex jixxalaw)
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola liċ-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ