MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
Il-prezz
li nies twajba jħallsu għall-indifferenza tagħhom għall-affarijiet
pubbliċi huwa li jkunu iggvernati minn nies ħżiena.
Platun (427-347 BC)
Tini
sitt linji miktuba mill-aktar bniedem onorabbli,
u Jiena nsib skuża fihom biex ngħallqu.
Kardinal Richelieu (1585-1642)
Jekk inthom tħobbu l-għana (flus) aktar mil-Liberta`,
it-trankwillita` tal-jasar aħjar mill-ġlieda li tħeġġek
tal-ħelsien, morru d-dar mingħandna fis-sliem. Aħna ma nitolbux
il-parir jew l-armi tagħkom. Tmiegħeku u ilgħaqu l-idejn li jitimukom.
J’Alla l-ktajjen tagħkom ikunu ħfief fuqkom, u j’Alla dawk li jiġu
warajkom jinsew li inthom kontu minn pajjiżna.
Samuel Adams, diskors fil-Philadelphia State House, August 1, 1776.
Dawk li jċedu l-Liberta` essenzjali, biex jixtru ftit Sigurta`
temporanja, la jixirqilhom Liberta` lanqas Sigurta`.
Benjamin Franklin
Huwa d-destin komuni ta' dawk għażżenin li jaraw id-drittijiet tagħhom isiru l-priża ta' dak li jaħdmu.
Il-kundizzjoni li Alla kien ta l-Liberta` lill-bniedem hija viġilanza
eterna; liema kundizzjoni jekk huwa jikser, il-jasar ikun minnufih
il-konsegwenza tad-delitt tiegħu, u l-kastig tal-ħtija tiegħu.
John Curran, July 10, 1790, f’diskors dwar il-ħatra ta’ sindku
ta’ Dublin
Kull meta bniedem tefa` ħarstu fuqhom (uffiċċji pubbliċi),
jibda tħassir fl-imġieba tiegħu.
Is-siġra tal-Liberta` trid tiġi mġedda minn żmien għal żmien bid-demm tal-patrijotti u t-tiranni. Huwa d-demel naturali tagħha.
Thomas Jefferson, f’ittra lil William Smith, Nov. 13, 1787
Meta niġu stivati fuq xulxin fi bliet kbar, bħal fl-Ewropa, aħna nsiru korrotti daqs l-Ewropa.
Nies timidi jippreferu l-kalma tad-despotiżmu milli l-baħar tempestuż tal-liberta'.
L-iktar raġuni b'saħħitha għan-nies biex iżommu d-dritt li jżommu u jġorru l-armi, huwa, bħala l-aħħar ħaġa, biex iħarsu lilhom infushom kontra t-irannija tal-gvern.
Sib dak li n-nies lesti joqgħodu għalih u inti tkun sibt dak
il-kejl eżatt ta’ inġustizzja u ħażen li jista’ jiġi
mpost fuqhom; u dawn jibqgħu sakemm jiġu reżiżtiti
jew bil-kliem jew bid-daqqiet, jew bit-tnejn. Il-limiti tat-tiranni huma
preskritti minn kemm jifilħu dawk li huma jaħqru.
Frederick Douglass, attivist tad-drittijiet
ċivili, 4 ta' Awissu, 1857
La l-ħajja, il-liberta`, jew proprjeta` ta’ bniedem ma huma żguri
waqt li l-Parlament ikun qed jiltaqa`.
1 Tucker (N.Y.
Surr.) 249 (1866)
Il-ħtieġa hija dik li jingħad għal kull ksur tal-ħelsien
tal-bniedem.
Hija l-argument tat-tiranni;
hija l-kredu ta’ l-ilsiera.
William Pitt
Meta Ħitler ġie għal-Lhud … Jiena ma kontx Lhudi, għalhekk
ma kellix x’naqsam. U meta Ħitler attakka lill-Kattoliċi, Jiena ma
kontx Kattoliku, u għalhekk, Jiena ma kellix x’naqsam. U meta Ħitler
attakka lill-unions u l-industrijalisti, Jiena ma kontx membru ta’ l-unions u
Jiena ma kellix x’naqsam. Imbagħad, Ħitler attakka lili u l-knisja
Protestanta – u ma kien baqa’ ħadd li kellu x’jaqsam.
Il-Qassis Martin Niemoller, Congressional Record, Ottubru 14, 1968, vol.
114, p. 31636.
Aħna rridu nirrejalizzaw li l-Istabbilment Pubbliku (Establishment)
tal-lum huwa George III ġdid. Jekk huwa jibqax jimxi mat-tattiċi tiegħu,
aħna ma nafux. Jekk huwa jagħmel hekk, ir-rimedju, onorat
fit-tradizzjoni, huwa wkoll rivoluzzjoni.
—Imħallef
tal-Qorti Suprem William O. Douglas, Points of Rebellion, New
York: Random House, 1970
Il-korruzzjoni politika tibda b’kull votant li jivvota bil-ktieb ta’
butu minflok għal dak li huwa tajjeb għal pajjiżu. Ftit hemm
differenza bejn il-bejgħ tal-vot tiegħu minn uffiċjal elett u
l-bejgħ tal-vot tiegħu minn votant, lil kwalunkwe kandidat li jwegħdu
xi benefiċċju.
Jon Roland, diskors matul il-kampanja tiegħu għall-Kungress, 1974
Id-drittijiet ma jiddefendux lilhom infushom. In-nies ikollhom biss dawk
id-drittijiet li huma jridu u kapaċi jiddefendu, bis-saħħa ta’
l-armi jekk meħtieġ. Jekk inti ma tiddefendix oħrajn meta
d-drittijiet tagħhom jiġu miksura, tistenniex lil xi ħadd
jiddefendi tiegħek, u dawk id-drittijiet jiġu miksura jekk ma jiġux
difiżi. Jon Roland, 1994
Fil-politika xejn ma jsir sakemm inti l-ewwel toħloq kanal ta’
korruzzjoni.
Jesse Cuellar, osservatur ċiniku tax-xena politika, San Antonio, Texas,
1982
Dawk li jitfgħu l-voti ma jiddeċiedu xejn.
Dawk li jgħoddu l-voti jiddeċiedu kollox.
Attribwita lil Josef Stalin
Jiena wieħed biss, imma Jiena wieħed. Jiena ma nistax nagħmel
kollox, imma Jiena nista’ nagħmel xi ħaġa. U minħabba li
Jiena ma nistax nagħmel kollox, Jiena ma niċħadx li nagħmel
dik il-ħaġa li Jiena nista nagħmel. Dak li Jiena nista’ nagħmel,
Jiena għandu nagħmlu. U dak li Jiena għandi nagħmel,
bil-grazzja t’Alla, Jiena nagħmlu.
Inti titlob għas-Senaturi Dr Hale?
Le, Jiena nħares lejn is-Senaturi
u nitlob għall-pajjiż.
Edward Everett Hale (1822-1909)
It-tajjeb li nies individwali jistgħu jagħmlu huwa żgħir
ma dak li jistgħu jagħmlu flimkien
Benjamin Franklin
Fil-bidu ta’ bidla, il-patrijott huwa skars; qalbieni, mibgħud u mżeblaħ.
Meta l-kawża tiegħu tirnexxi, madankollu, il-beżżiegħa
jingħaqdu miegħu, għaliex imbagħad ma jkun jiswa xejn biex
tkun patrijott.
Notebook, 1904
Samuel Clemens (Mark Twain)
M’hemmx bżonn maġġoranza biex tirbaħ … imma
aktarx minorita’ mgħaddba, ma tgħajjix, ħerqana li tqabbad
in-nirien li jiġru b'ħeffa tal-ħelsien fl-imħuħ tan-nies.
Samuel Adams
Il-Liberta` tiġi difiża fi tliet stadji:
Il-kaxxa tal-vot, il-kaxxa tal-ġuri, u l-kaxxa ta’ l-iskrataċ.
Ambrose Bierce
Lill-dawk il-Parlamentari li approvaw il-kostituzzjoni
ta’ l-UE.
Kull att ta’ awtorita` delegata, kontra l-għan li taħtu hija
eżerċitata, huwa fieragħ. L-ebda
att leġislattiv, għaldaqstant, kuntrarju għall-Kostituzzjoni, ma
jista’ jkun jiswa (validu). Li tiċħad dan, ikun li tafferma, li
d-deputat huwa akbar mill-prinċipal tiegħu; li s-serv huwa fuq sidu;
li r-rappreżentanti tal-poplu huma superjuri għall-poplu nnifsu; li
nies jaġixxu bis-saħħa tas-setgħat, jistgħu mhux biss
jagħmlu dak li s-setgħat tagħhom ma jawtorizzawhomx, imma dak li
jordnaw li ma jsirx.
Alexander Hamilton, Federalist
#78
Potestas stricte interpretatur.
Setgħa hija
nterpretata strettament
Tisseparawx it-test mill-isfond storiku.
Jekk tagħmlu hekk, inthom
tkunu ħassartu u qridtu l-Kostituzzjoni, li tista’ tispiċċa
biss f’forma ta’ gvern mgħawweġ, bagħal u illeġittimu.
James Madison
Fuq kull kwistjoni ta’ kostruzzjoni [tal-Kostituzzjoni] ejja nieħdu
lilna nfusna lura fiż-żmien meta l-Kostituzzjoni ġiet addottata,
niftakru fl-ispirtu muri fid-dibattiti, u minflok nippruvaw naraw x’tifsir
jista’ jingħasar mit-test, jew maħsub kontrih, nikkonformaw ma dak
probabbli li fih ġiet mgħoddija.
Thomas Jefferson (1743-1826),
ittra
lill-Imħallef
William Johnson, (minn
Monticello, 12 ta' Ġunju, 1823)

Is-Sigurta` tagħna, il-liberta` tagħna, jiddependu fuq
il-priservazzjoni tal-Kostituzzjoni ta’ l-Istati Uniti kif missierijiietna għamluha
invjolabbli (ma tistax tinkiser).
Il-poplu ta’ l-Istati Uniti huma s-sidien bi
dritt kemm tal-Kungress u tal-qrati, biex ma jwaqqgħux il-Kostituzzjoni,
imma jwaqqgħu lin-nies li jħassru l-Kostituzzjoni.
Abraham Lincoln (Minflok il-kliem l-Istati Uniti għamel Malta, minflok Kungress għamel Parlament Malti)
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ