MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha
€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
IL-KOSTITUZZJONI TA' L-UNJONI EWROPEA TKASBAR IL-KOSTITUZZJONI TA' MALTA
Araw kif tassew nistgħu nitilqu mill-Unjoni Ewropea
Dan huwa video tal-Parlament Ewropew
Minn
din il-paġna tistgħu tniżżlu l-ktieb b’analiżi
kritika dwar il-Kostituzzjoni li trid tagħmel l-Unjoni Ewropea.
Din
il-Kostituzzjoni ma ġietx approvata fi Franza u u d-Danimarka.
Minħabba
ċirkostanzi li ma kellniex kontroll fuqhom ma stajniex nippubblikaw dan
il-ktieb qabel.
Issa li għandna
l-paġna ta’ l-internet tagħna qegħdin nippubblikawha fuq
l-internet.
Minħabba
li l-Kostituzzjoni hija twila mhux ħażin, qsamna dan il-ktieb ta’
kritika fi tmien partijiet differenti li kollha jkomplu ma xulxin.
Aħna
nissuġġerixxu li tniżżluhom kollha u toqgħodu tarawhom
bil-kwiet.
Min
irid jista’ jikkuppjaha, jistampaha u jqassamha lil kull min irid ħalli
l-poplu kollu jsir jaf x’hemm moħbi u xi tfisser il-kostituzzjoni ta’
l-Unjoni Ewropea.
Nissuġġerixxu
wkoll li inthom tgħaddu kopja jew l-indirizz ta’ din il-website lil
ħbiebkom ħalli huma wkoll ikunu jafu kemm hawn min irid jgħaddi
lill-poplu Malti biż-żmien.
Inroddulkom
ħajr u nagħmlulkom kuraġġ ħalli flimkien nerġgħu
niksbu l-INDIPENDENZA, il-ĦELSIEN
u s-SOVRANITA` tagħna minn taħt il-ħakma
illegali tad-dittaturi ta’ l-Unjoni Ewropea u l-kolonjaliżmu
tagħha li daħħluna fih il-ĠUDIET
u l-QUISLINGS li ma jixirqilhomx jissejħu
Maltin.
Ġurament ta' lealta` li jieħdu l-Membri Parlamentari kollha
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li nkun tassew fidili u leali lejn il-Poplu u r- Repubblika ta’ Malta u l-Kostituzzjoni tagħha. (Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ Prim Ministru jew Ministru ieħor jew Segretarju Parlamentari.
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment u skond il-kuxjenza d-dmirijiet tiegħi bħala (Prim Ministru/Ministru/Segretarju Parlamentari) skond il-Kostituzzjoni u l-liġijiet ta’ Malta, mingħajr biża’ jew favur. ( Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ President.
Jiena ..............................................., solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment il-kariga ta’ President (li naqdi fedelment il-funzjonijiet tal-President) ta’ Malta, u li, skond l-aħjar ħila tiegħi nikkonserva, inħares u niddefendi l-Kostituzzjoni ta’ Malta. (Hekk Alla jgħini).
Sezzjoni 6 tal-Kostituzzjoni ta' Malta
6. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (7) u (9) ta’ l-artikolu 47 u ta’ l-artikolu 66 ta’ din il-Kostituzzjoni, jekk xi liġi oħra tkun inkonsistenti ma’ din il-Kostituzzjoni, din il-Kostituzzjoni għandha tipprevali u l-liġi l-oħra għandha, safejn tkun inkonsistenti, tkun bla effett.
Artiklu I-6 tal-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea
Dritt ta' l-Unjoni
Il-Kostituzzjoni u l-liġijiet adottati mill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni fl-eżerċizzju tal-kompetenzi konferiti lilha għandhom jipprevalu fuq id-dritt ta’ l-Istati Membri.
Tista' tafda lil min KISER il-ĠURAMENT tiegħu/tagħha?
Is-Sibt, 23 ta’ Diċembru, 2006.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola liċ-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar