MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
L-UE ordnat li mis-sena 2009 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsu lill-Unjoni Ewropea €153,400 kuljum
Petizzjoni popolari dwar l-immigrazzjoni illegali
Fil-Konferenza Pubblika li s-CNI
għamlet f’lukanda f’Tas-Sliema, nhar il-Ġimgħa, 5 ta’ Diċembru, ġie deċiż li l-membri
tal-Parlament Malti għandhom jiedu azzjoni konkreta kontra l-immigrazzjoni
illegali f’Malta.
Għall-Konferenza kienu mistednin ir-rappreżentanti tal-partiti politiċi kollha.
Il-Mexxej tal-Azzjoni Nazzjonali, Dr Josie Muscat, tkellem fit-tul dwar il-konsegwenzi ħżiena li l-immigrazzjoni illegali qiegħda tikkaġuna lil poplu Malti u ressaq proposta li kienet tgħid:
“Aħna, ċittadini Maltin, nitolbu lill-Parlament Malti, biex mingħajr dewmien jieħu passi konkreti ħalli titwaqqaf l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.”
Iċ-Ċermen
tas-CNI,
Dr Karmenu Mifsud Bonnici, qal li fix-xhur li ġejjin għandha ssir kampanja ħalli
l-Maltin u l-Għawdxin jiffirmaw din il-petizzjoni lill-Parlament Malti.
L-ewwel
jinġabru l-firem tal-abitanti tal-Marsa u ta’ Birżebbuġa u jekk it-tweġiba tkun
inkoraġġanti, il-kampanja tinfirex mal-abitanti tal-ibliet u l-irħula ta’ Malta
u Għawdex.
Il-kelliema
fil-Konferenza fissru kif il-miżuri meħudin s’issa dwar l-immigrazzjoni illegali,
fallew.
La t-twaqqif
tal-aġenzija Frontex u lanqas il-ftehim dwar ‘burden sharing’ mhuma se
jiskoraġġixxu lill-immigranti.
Il-proposti li l-Kummissjoni Ewropea għamlet fit-3 ta’ Diċembru, aktar se
jħażżnu l-qagħda, għax iridu li l-immigranti illegali ma jinżammux f’ċentri ta’
detenzjoni u li jingħataw mill-ewwel, hekk kif jiġu f’pajjiżna, aċċess
għax-xogħol.
Dr Josie
Muscat saħaq li biex jinqatgħu l-abbużi u l-isfruttament tal-immigranti illegali,
għal dawk li jingħataw permess jaħdmu, għandha titwaqqaf aġenzija li
tirreġistrahom u li tikkontrolla x-xogħol li jingħataw, fejn jaħdmu u
x’kundizzjonijiet tax-xogħol ikollhom.
Dr Karmenu Mifsud Bonnici saħaq li jekk irridu nsolvu din il-problema serjissima,
il-pajjiż irid jiddikjara lil kulħadd li mhux se jaċċetta immigranti illegali,
jiġu minn fejn jiġu, tkun xi tkun ir-raġuni u li kull immigrant li jiġi Malta se
jintbagħat lura lejn pajjiżu.
Għandu
jkun magħruf ma’ kulħadd li l-immigranti illegali li ma jagħtux tagħrif minn
liema pajjiż ġejjin, jinżammu l-ħabs sakemm jagħtu t-tagħrif meħtieġ.
La jkun magħruf minn kulħadd li Malta mhix qiegħda taċċetta immigranti illegali, dawn ma jissograwx ibaħħru għalxejn.
Dr Mifsud
Bonnici saħaq li fil-waqt li ma naċċettawx immigranti illegali, għandna bħala
poplu nuru s-solidarjetŕ tagħna ma’ min hu agħar minna.
Għandna nagħmlu dan billi l-pajjiż jalloka kull sena persentaġġ mid-Dħul Gross
Nazzjonali (GNI) lil pajjiżi fil-bżonn li minnhom qegħdin jitilqu l-immigranti.
B’dan il-mod,
la ma nistgħux nagħtuhom kenn lill-immigranti, nagħtuhom għajnuna f’pajjiżhom –
kif nistgħu, minkejja l-faqar tagħna.
Il-kelliemi qal ukoll li sakemm pajjiżna jkun membru tal-UE, ir-rappreżentanti
tagħna għandhom jagħfsu lill-UE ħalli torganizza u tiffinanzja skemi regolari ta’
immigranti għal dawk il-pajjiżi tal-UE li għandhom bżonnhom, biex b’hekk l-immigrazzjoni
regolari tieħu post dik illegali.
Dawk kollha li ħadu sehem fid-diskussjoni mqanqla, qablu maż-żewġ kelliema u
mal-pjan tal-Petizzjoni Popolari lill-Membri tal-Parlament.
Fl-għeluq tal-laqgħa, ġew ringrazzjati s-Sur Joe Baldacchino tas-Smash TV, li ffilmja u rrekordja l-Konferenza u s-Sur Anġlu Xuereb, li ġentilment aċċetta li l-Konferenza ssir fis-sala tal-Lukanda Victoria.
Il-Gvern m’għandux jittradixxi l-interessi nazzjonali
Minflok
tgħinna biex inrażżnu l-problema tal-immigrazzjoni illegali f’Malta, l-Unjoni
Ewropea, anki jekk ma tridx, qiegħda tkabbrilna l-problema, billi b’dak li
tiddeċiedi, tinkoraġġixxi aktar immigranti jbaħħru lejn l-Ewropa.
Id-deċiżjoni li l-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea ħadet fil-laqgħa tagħha tat-3
ta’ Diċembru, se tkompli tħażżilna l-qagħda tal-immigranti illegali.
Għax fit-3 ta’ Diċembru l-Kummissjoni pproponat li jemendaw id-Direttiva
tal-Unjoni Ewropea dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Akkoljenza tal-immigranti
illegali li japplikaw għal ażil, jiġifieri, biex jitqiesu refuġjati.
Fi kliem l-istqarrija uffiċċjali li r-rappreżentanza f’Malta tal-Kummissjoni Ewropea ħarġet, il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, timmira b’mod partikolari biex
“ikun żgurat li d-detenzjoni tintuża biss f’każi eċċezzjonali u tipprovdi għal salvagwardji legali biex ikun żgurat li d-detenzjoni ma tkunx arbitrarja”.
Dawn il-kliem
ifissru li ma immigranti illegali jiġu Malta u jitolbu li jitqiesu bħala
refuġjati, m’għandhomx bħala regola jinżammu f’ċentri ta’ detenzjoni, ħlief
f’każi eċċezzjonali u meta jkun hemm raġuni għal dan.
Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea tgħid ukoll li għandu
“jiġi aġjevolat l-aċċess tagħhom fis-suq tax-xogħol u jiġi assigurat li r-restrizzjonijiet imħaddmin mill-Istati Membri ma jxekkluhomx milli jkollhom aċċess għal impjieg”.
Sal-lum
aħna f’Malta inżommu lill-immigranti illegali f’ċentri magħluqin ta’ detenzjoni
għal 18-il xahar u wara, jinħarġu f’Ċentri miftuħin u l-immigranti jistgħu
joħorġu kemm iridu, imorru fejn iridu u jaħdmu kemm iridu.
Il-proposta tal-Kunsill tal-Ministri ma tħalliniex inkomplu nagħmlu dan u
jkollna nħallu l-immigranti illegali mill-ewwel ħielsa li jmorru fejn iridu.
Il-proposta tal-Ministri tridna ukoll li mill-ewwel lill-immigranti illegali
ngħinuhom biex jaqbdu jaħdmu u li nneħħu kull restrizzjoni li hawn dwar l-impieg
tagħhom.
Fi ftit kliem, din il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea tfisser li l-eluf ta’ immigranti illegali li jiġu Malta, inħalluhom mal-ewwel ħielsa joqogħdu fejn iridu u jaħdmu fejn isibu.
Jiġifieri
ma jkunu illegali xejn, iżda jitqiesu bħala barranin li għandhom dritt joqogħdu
u jaħdmu f’Malta.
Jekk
il-mexxejja tal-gvernijiet tal-pajjiżi membri tal-UE (fosthom il-Prim Ministru
Malti) japprovaw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, nistgħu niżguraw lill-Maltin
u l-Għawdxin li l-immigranti illegali jiġu hawn mhux bil-mijiet, iżda bl-eluf u
mhux “invażjoni” jkollna, iżda tsunami ta’ immigranti illegali.
Din hija theddida enormi għal pajjiżna u nistennew li l-Prim Ministru ta’ Malta
ma jittradixxix lill-poplu Malti billi jaċċetta din il-proposta tal-Unjoni
Ewropea.
Diġŕ l-poplu Malti kien ittradut, meta l-Gvern Malti, biex isieħeb lil pajjiżna
fl-UE, ċeda għall-pressjoni tal-Unjoni u rrinunzja għar-riżervi kollha li l-Gvern
Malti kien għamel fl-1971 għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar
ir-Refuġjati.
Il-konsegwenzi ta’ dak it-tradiment tal-interessi nazzjonali huma l-eluf ta’
immigranti illegali li jinsabu f’pajjiżna.
Fis-17 ta’ Jannar, 2002, mingħajr ma qalu lil poplu, ċedew 13 mir-riżervi li l-Gvern
Malti kien għamel fil-1971 meta ffirma l-Konvenzjoni dwar ir-Refuġjati.
U fl-24 ta
Frar, 2004, 11-il xahar wara r-referendum dwar is-sħubija fl-Unjoni, mingħajr ma
qalu lill-poplu, irtiraw l-aħħar tliet riżervi li kien għad hemm
għall-Konvenzjoni dwar ir-Refuġjati.
Ħafna pajjiżi kbar imseħbin fl-Unjoni Ewropea żammew ir-riżervi li għamlu
għall-Konvenzjoni dwar ir-Refuġjati, iżda l-UE ma riditx issieħeb lil Malta jekk
il-Gvern Malti ma jċedix u jirtira r-riżervi kollha li l-Gvern Malti kien għamel
fl-interess nazzjoni fl-1971 għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar
ir-Refuġjati.
L-Unjoni tkabbrilna l-kriżi
tal-klandestini
Ninsabu fl-eqqel tax-xitwa u minkejja l-baħar qawwi u l-maltemp, diġŕ ġew mijiet ta’ immigranti illegali f’pajjiżna fl-ewwel ġimgħat tas-sena.
Nistgħu nbassru
li

* fir-rebbiegħa u fis-sajf,
* fil-bnazzi u baħar kalm,
* din is-sena ġejjin eluf ta’ immigranti illegali,
* jekk ma nwaqqfuhomx milli jiġu.
* Jiżdiedu mal-eluf ta’ immigranti illegali li diġŕ hawn
* ħalli jkabbrulna l-kriżi li għandna fejn se nżommuhom u
*
kif se nikkontrollawhom.
Fl-aħħar ġimgħat
għadd ta’ immigranti illegali fiċ-ċentri magħluqin ta’ detenzjoni,
* aktar minn darba,
* qajmu storbju u
* għamlu protesti għax qegħdin jinżammu maqfulin fit-tul u
* għax mhux qegħdin jingħataw l-istatus ta’ refuġjati.
Kellhom jissejħu
għadd kbir ta’ pulizija u suldati ħalli jrażżnuhom.
Fix-xhur li ġejjin nistennew aktar storbju u protesti mill-immigranti ladarba l-għadd
tagħhom jiżdied u l-iffollar fiċ-ċentri jħażżen aktar il-kundizzjonijiet li
fihom jinżammu.
Nibżgħu li ’l quddiem
* l-inkwiet se jikber għall-pulizija u s-suldati li jieħdu ħsieb l-immigranti,
* kif ukoll jiżdiedu l-każi ta’ immigranti li jkunu mdaħħlin f’aċċidenti serji ma’ pajżani Maltin.
Mhux qagħda ta’ serħan il-moħħ għall-poplu tagħna meta l-għadd ta’ immigranti illegali f’pajjiżna huwa aktar minn tliet darbiet l-għadd totali flimkien ta’ pulizija u suldati li għandna f’pajjiżna.
L-għadd kbir ta’
immigranti illegali f’pajjiżna

* qed joħolqilna problemi ta’ sigurtŕ u
* problemi soċjali,
* kif ukoll piż finanzjarju u
* piż fuq is-servizzi tas-saħħa, u
* qed jagħmel isem ħażin lil Malta ma’ organizzazzjonijiet barranin
*
li jixluna bi trattament inuman u bi ksur tad-drittijiet umani.
Dan rajnieh wara ż-żjara ta’ uffiċjali tal-Ġnus Magħquda l-ġimgħa l-oħra, fejn
ikkundannawna bl-aħrax għall-mod kif nittrattaw lill-immigranti illegali.
Jisgħobbina ngħidu li m’aħniex nagħmlu dak li jeħtiġilna nagħmlu biex insolvu
din il-kriżi tal-immigranti illegali f’pajjiżna.
* Jeħtieġ li nagħlqu l-bibien għal kollox u
* ma nħallux l-immigranti illegali jibqgħu f’pajjiżna,
* billi nibgħatuhom lura f’pajjiżhom mingħajr eċċezzjoni.
Pajjiżna ma
jiflaħx jaċċetta immigranti, jiġu minn fejn jiġu.
M’għandniex noqogħdu għal dak li trid minnha l-Unjoni Ewropea fir-rigward
tal-immigranti illegali.
Ma tridniex nibgħatuhom lura f’pajjiżhom u lanqas tridna nħalluhom imorru fil-pajjiżi tagħha fejn iridu jmorru.
Tridna nżommuhom f’pajjiżna u nintegrawhom magħna u qiegħda tagħtina l-fondi biex nagħmlu dan.
B’hekk qiegħda tkabbrilna l-kriżi li għandna bl-immigranti illegali.
L-UE taħti
għall-kriżi li għandna tal-immigranti illegali,
* għax ġiegħlet lill-Gvern Malti,
* meta kien qed jinnegozja l-ftehim tas-sħubija ta’ pajjiżna,
*
biex iwarrab ir-riservi kollha li l-Gvern Malti kien għamel meta ffirma l-Konvenzjoni
dwar ir-Refuġjati fl-1971.
Il-Gvern Malti kien għamel dawk ir-riservi ħalli l-immigranti illegali ma
jkollhomx id-dritt jiġu f’pajjiżna u jitolbu li nżommuhom jew bħala refuġjati,
jew nagħtuhom protezzjoni umanitarja u xorta jibqgħu f’pajjiżna.
Biex isseħibna fl-2003,
* il-Gvern Malti mar kontra l-interessi nazzjonali tal-poplu tagħna u
*
ċeda biex jittratta l-immigranti illegali kif trid l-Unjoni Ewropea.
Jekk il-poplu
tagħna irid bis-serjetŕ iwaqqaf l-immigranti illegali milli jibqgħu f’pajjiżna,

* irid jinjora l-politika u
* d-direttivi tal-UE dwar l-immigrazzjoni illegali, u
* jinsa l-Frontex,
* il-‘burden sharing’, u
* l-integrazzjoni tal-immigranti fis-soċjetŕ Maltija, u
* jaddotta politika deċiża li ma tippermettix immigranti illegali jibqgħu f’pajjiżna.
Nemmnu li l-maġġoranza l-kbira tal-poplu hija favur din il-politika li tassew tħares l-interessi nazzjonali.
Dawn
li taraw hawn isfel huma ftit ritratti minn fuq il-website tal-World Health
Organization (WHO) ta' kif jittrattaw il-mard fl-Afrika waqt li
iktar l-isfel għandkom links għall-website tal-WHO ħalli taraw
b'għajnejkom dwar il-periklu tal-mard li jġibu magħhom l-immigranti illegali.
U hawn Malta kulħadd qisu mhux hu bl-immigranti illegali jiġġerrew kemm iridu fostna.
Ftakru li biex tmorru f'dawn il-pajjiżi jagħmluk għarbiel bl-injezzjonijiet li jtuk u dawn ġejjin bla ebda kontroll.



Mapep - Maps
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ