MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
It-Trattat ta’ Lisbona (1)
minn Eddy Privitera

Il-ħabib
tiegħi, l-Avukat u MEP Dr John Attard Montalto beda sensiela ta’ artikli dwar
it-Trattat ta’ Lisbona.
Ħassejt li jkun xieraq li l-qarrejja ta’ l-orizzont jingħataw tagħrif dwar xi jkun ifisser għal pajjiżna u għall-poplu Malti dak li jidher f’din is-sensiela ta’ artikli ta’ Dr Attard Montalto.
Jekk dan hux se jkun ta’ gwadann jew ta’ telf għall-poplu Malti.
Fl-artiklu
numru tnejn,
* issemma li bit-Trattat
* se jinħolqu żewġ “uffiċini ġodda” –
* dak tal-President tal-Unjoni Ewropea u l-Kunsill Ewropew
* u dak tar-Rappreżentant Għoli għas-Sigurtà u Relazzjonijiet Barranin.
Nieħdu l-ewwel wieħed.
Dan
se jfisser li waqt li sa llum kull stat membru
* b’rotazzjoni kien imissu xi darba li jżomm il-Presidenza tal-UE
* u tal-Kunsill għal sitt xhur,
* bit-Trattat ta’ Libona,
* Malta titlef dak id-dritt
* li meta jmissha tieħu f’idejha il-presidenza
* li matulha setgħet tgħati prijorità lill-oqsma
* li forsi Malta jkollha interess qawwi fihom,
* bħal pereżempju
* l-immigrazzjoni illegali
* u aktar.
Mela dan l-“uffiċċju” mhu se jkun ta’ ebda gwadann għalina.
Apparti li l-poplu Malti mhu se jkollu ebda saħħa jiddeċiedi min ikun il-President tal-UE u tal-Kunsill.
It-tieni
‘uffiċċju”
* – jew ministeru –
* dak tar-Rappreżentant Għoli għas-Sigurtà u Relazzjonijiet Barranin –
* fl-opinjoni tiegħi għandu effett aktar serju fuq pajjiżna.
Dan
li qed jissejjaħ “Rappreżentant Għoli”
* mhu se jkun xejn ħlief Ministru tal-Affarijiet Barranin,
* kif kien imniżżel fil-Kostituzzjoni tal-UE
* li kienet ġiet miċħuda mill-poplu
* ta’ Franza
* u tal-Olanda.
Din waħda mit-tibdiliet kosmetiċi li saru biex taparsi dan it-Trattat m’għandux Kostituzzjoni!
Dan se
jfisser li l-Gvern Malti
* se jitlef ħafna mid-dritt
* li fl-oqsma tal-affarijiet barranin
* u tas-sigurtà,
* ikun il-Gvern Malti li jiddeċiedi skont l-interessi ta’ pajjiżna.
Issa l-interess tal-UE
jieħu preċedenza
* u l-politika barranija ta’ Malta
* se tkun imħaddma minn dan ir-Rappreżentant Għoli tal-UE.
Għalkemm
uffiċjalment dan ir-Rappreżentant Għoli
* għandu jħaddem dawn iż-żewġ oqsma
* “b’koperazzjoni” mal-istati membri,
* kif jiġri dejjem fl-UE,
* pass wara pass
* fl-aħħar mill-aħħar
* l-UE jirnexxilha tieħu l-poter minn idejn l-istati membri,
* kif se jiġri bit-Trattat ta’ Lisbona
* meta se jkun hemm 68 qasam
* li sal-lum jaqgħu fil-kompetenza tal-istati membri
* u li bit-Trattat se jsiru bil-maġġoranza.
U b’hekk is-sovranità ta’ pajjiżna se tieħu tisbita kbira f’dawk l-oqsma kollha.
Mela żgur li b’dawn iż-żewġ “uffiċini” jew ministeri ġodda, Malta mhi se
tiggwadanja xejn, pjuttost se titlef ħafna!
L-Erbgħa, 28 ta’ Ottubru, 2009
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju
Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ