MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin

u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

 

NAHILFU LI NEHILSU LIL MALTA MILL-JASAR, IL-KOLONJALIZMU U L-HAKMA DITTATORJALI ILLEGALI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!

 

L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha

€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek

 

It-Trattat ta’ Lisbona (2)

 

minn Eddy Privitera

 

Fit-tielet artiklu tal-ħabib tiegħi Dr J. Attard Montalto (l-orizzont 29/10/09) dwar it-Trattat ta’ Lisbona, hemm punti importanti li se jkomplu jolqtuna b’mod negattiv fejn tirrigwarda s-sovranità ta’ pajjiżna.


Kif kiteb Dr Attard Montalto, it-Trattat ta’ Lisbona “joffri numru kbir ta’ possibilitajiet biex jiġu rriveduti t-Trattati Ewropej (Trattat ta’ Maastricht, Amsterdam u Nizza) mingħajr il-ħtieġa ta’ konferenzi inter­governattivi.”


Tafu xi jfisser dan?

 

Dan se jfisser li l-kapijiet tal-Istati Membri                                                                            

* se jkunu jistgħu jibdlu ħafna mill-oqsma                                                                               

* fejn illum hemm bżonn tal-unanimità biex xi liġi tgħaddi u tidħol fis-seħħ                          

* (jiġifieri għadu jeżisti d-dritt tal-veto u pajjiż wieħed jista’ jżomm dik il-liġi milli tgħaddi),

* u dawn isiru b’maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill tal-Ministri

* mingħajr il-bżonn ta’ aktar Trattati ġodda tal-UE.

 

U allura mingħajr il-biża’ li jsiru xi referenda f’xi pajjiżi membri li jistgħu jwasslu biex jieqaf dak it-tibdil li jkunu *jridu l-mexxejja tal-UE (speċjalment il-pajjiżi l-kbar), għax xi poplu jew popli jivvutaw “Le”, bħal ma kienu għamlu l-popli ta’ Franza u l-Olanda u anki l-Irlanda.

 

Huwa għalhekk li dan it-Trattat ta’ Lisbona jissejjaħ “Self-amending Treaty”.

 

Jiġifieri “Trattat li jemenda lilu nnifsu” bla bżonn ta’ Trattati ġodda!

 

Li jfisser ukoll li ċ-ċittadini tal-UE

* se jiġu kompletament injorati                     

* għax li jsir jiddeċiedu biss il-politiċi tal-UE!


Punt importanti ħafna wkoll li semma Dr Attard Montalto kien dwar kif it-Trattat ta’ Lisbona

“se jimbotta wkoll sistema ġdida… dwar l-oriġini u l-kobor tad-diversi komponenti tar-riżorsi tal-UE… li ġejjin direttament minn baġits nazzjonali mhumiex bażi soda biżżejjed biex ikun hemm formazzjoni u politika indipendenti Ewropea”.


Biex jifhem kulħadd,

* dak li kiteb Dr Attard Montalto jfisser                                  

* li permezz ta’ dan it-Trattat,                                                  

* il-mexxejja tal-UE se jkunu jistgħu issa                                  

* “jimbuttaw” b’saħħa ferm aktar                                              

* biex l-UE jkollha mod                                                             

* kif tiġbor aktar flus (dawk huma “r-riżorsi”!)                         

* direttament mill-Istati Membri,                                             

* biex tkun tista’ tlaħħaq mal-ispiża tal-impenji ġodda tagħha

* li se tidħol għalihom bit-Trattat ta’ Lisbona.                           

 

L-UE ilha s-snin “timbotta” biex tidħol “TAXXA EWROPEA” fil-pajjiżi kollha tagħha.
 

Għalkemm biex tiġi ntrodotta taxxa ġdida hemm bżonn l-unanimità,

* permezz ta’ dan it-Trattat se jkun ferm aktar faċli                         

* biex il-kapijiet tal-istati Membri                                                        

* iċedu għall-pressjoni                                                                           

* – jew ‘l-imbuttar” –                                                                             

* dejjem bi skuża                                                                                   

* li jekk l-UE mhux se jkollha “riżorsi” (flus) biżżejjed,                      

* mhux se tkun tista’ tiffinanzja                                                            

* l-ispiża akbar li se jkollha bil-ħafna aktar poteri                               

* li se tieħu minn idejn il-gvernijiet nazzjonali.                                     

 

Taxxa oħra tal-UE jonqsu l-poplu Malti biex jiġi ottu!


Rigward il-fatt li bit-Trattat ta’ Lisbona

* “kull liġi proposta mill-UE trid tintbagħat lill-parlamenti nazzjonali għall-kunsiderazzjoni tagħhom,”

* kif kiteb Dr Attard Montalto,                                               

* il-Parlament Malti waħdu                                                      

* mhux se jkollu l-poter li jġiegħel lill-Kummissjoni Ewropea

* li tikkonsidra temenda jew tirtira xi proposta ta’ liġi,          

* anke jekk din il-liġi tkun waħda ta’ ħsara għal pajjiżna.      

 

Bilfors irid ikun hemm tal-inqas terz, jew disa’ parlamenti nazzjonali li joġġezzjonaw għal xi proposta tal-Kummissjoni.

 

F’dak il-każ,

* il-Kummissjoni terġa’ tikkonsidra l-proposta tagħha

* però ma tkunx marbuta li,

* wara kollox,

* temenda jew tirtira l-proposta oriġinali tagħha,

* sakemm ikollha l-appoġġ jew il-konferma tal-Kunsill tal-Ministri,

* li fil-maġġoranza kbira tal-każi tkun b’maġġoranza kwalifikata.


U nista’ nimmaġina kif il-Parlament Malti qatt jista’ jkollu l-ħin biex jifli sewwa l-proposti ta’ liġijiet u direttivi kollha tal-UE meta għandna parlament partajm!

 

Mela,

* la lanqas jekk disa’ parlamenti nazzjonali ma jistgħu jwaqqfu xi proposta ta’ liġi Ewropea,

* jekk il-Kummissjoni u l-Kunsill tal-ministri jkunu jridu jibqgħu għaddejjin,

* ara kif qatt jista’ l-Parlament Malti jagħmel dan,

* anki jekk ikun hemm fin-nofs l-interess vitali ta’ pajjiżna!

Rajtu xi gwadann għal pajjiżna, jew bħali, rajtu aktar telf ta’ sovranità għal Malta fl-artiklu ta’ llum dwar it-Trattat ta’ Lisbona?

 

Imma f’pajjiżna hawn min isemmi biss li bit-Trattat ta’ Lisbona, Malta se tirbaħ is-sitt siġġu.

 

X’se nitilfu ma jimpurtahx!

 

Il-Ħamis 5 ta’ Novembru 2009

 

IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA

 

<< Lura <<

 

e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk 

 

Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna

 

Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien

 

Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien? 

Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.

Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-

Segretarju Finanzjarju  CNI,

60A, Triq id-Dejqa,

Valletta

 

Isem .......................................................

Indirizz ...................................................

ID Numru ...............................................

 

Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek

 

Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ