MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha
€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
Araw kif tassew nistgħu nitilqu mill-Unjoni Ewropea
Dan huwa video tal-Parlament Ewropew
Il-privatizzazzjoni saret alla falz
minn
Dun Anġ Seychell
Bhalissa
hawn Malta feġġew żewġ allat foloz – l-Unjoni Ewropea u l-privatizzazzjoni.
Il-partiti
politiċi, it-trejd unjins, il-korpi kostitwiti, kollha saru jinxteħtu
għarkubtejhom quddiem l-UE u quddiem il-privatizzazzjoni.
Din il-manija bdiet bl-Unjoni Ewropea.
Filli
Malta kienet maqsuma f’żewġ nofsijiet kważi ndaqs – nofs
favur l-UE u nofs kontra l-UE – u filli ż-żewġ nofsijiet imħatra
bejniethom min hu l-iżjed Ewropew u favur dak kollu li ġej mill-UE!
Ma tistax tkun kontra l-UE.
Ma tistax tidgħi bl-UE.
Ma tistax teħodha kontra l-UE.
Anke
jekk Malta ċkejkna qed timtela’ bil-klandestini u ħadd mill-imseħbin
fl-UE ma jindenja ruħu joħdilna ftit mijiet minnhom u jtaffilna l-problema!
Ġiet is-siegħa tal-prova u bqajna b’xiber imnieħer.
Ħadd ma sabbat saqajh u wera d-diżappunt tiegħu bl-iżjed mod konkret.
Bqajna
niddiskutu u niltaqgħu u nittamaw u nitolbu l-karità u ma jiġri xejn!
Meta konna kolonja Ingliża, konna nipprotestaw u nibagħtu
delegazzjonijiet u norganizzaw laqgħat pubbliċi.
Issa xejn.
Jekk trid tgħid xi ħaġa kontra l-UE, għidha minn taħt l-ilsien jew fil-kurituri għax inkella jittimbrawk.
Ġejna ferm agħar minn meta konna kolonja ta’ l-Ingilterra.
Sirna
kolonja ta’ Brussels u ġejna agħar milli konna qabel l-indipendenza.
Referendum
Imma
hemm sinjal wieħed u ċar li min qed imexxina f’din it-triq qed jgħix
‘il bogħod mill-polz tal-popli tal-UE.
Kull darba li kellhom ċans juru x’inhuma jħossu f’xi referendum, il-popli ta’ l-UE għamluha ċara li qegħdin iħossuhom ferm differenti mill-mexxejja tal-korpi kostitwiti u l-partiti politiċi.
Meta l-popli ta’ Franza u ta’ l-Olanda u tad-Danimarka u ta’ l-Irlanda ngħataw ċans juru kif jaħsbuha, dejjem marru kontra l-fehmiet tal-mexxejja tagħhom!
Qed
jidher ċar li fl-Ewropa żviluppat aristokrazija ġdida li qiegħda
tgħix f’dinja għaliha u qiegħda titbiegħed mill-problemi
li qegħdin jifnu l-kotra tal-popolazzjoni!
Privatizzazzjoni
– alla falz ieħor
Bħalissa
hawn Malta feġġ alla falz ieħor.
Feġġet il-privatizzazzjoni.
Kull m’għandu siewi l-istat jew is-soċjetà Maltija hemm bżonn jiġi privatizzat.
Qegħdin inbiegħu kollox u qegħdin ngħidu li kull għemil ta’ privatizzazzjoni qiegħed jirnexxi u l-pajjiż qiegħed jaqbillu.
U
iżjed ma jkunu baqar smien, iżjed nieħdu gost nipprivatizzawhom.
Issa l-Gvern qala’ l-kwistjoni tat-Tarzna.
Il-ħaddiema
tagħha kienu sejrin tajjeb.
Kienu qegħdin jaħdmu bil-għaqal, ilestu x-xogħol fil-ħin miftiehem, ġieli anke qabel il-ħin.
Qabel
l-elezzjoni qalulhom li għandhom iserrħu rashom mill-impjieg tagħhom.
Għaddiet l-elezzjoni u l-Gvern ħareġ jgħid li t-Tarzna ma
tistax tibqa’ sejra kif inhi sejra, li wasal iż-żmien li ssir
il-privatizzazzjoni tat-Tarzna, li dan se jkun ifisser li mal-elf ħaddiem,
mill-1,700 ħaddiem li hemm bħalissa, m’humiex se jibqgħu
mpjegati imma jintalbu jirtiraw mix-xogħol.
Il-ħaddiema tat-Tarzna ħadu qatgħa.
Ħasbu
li din il-maltempata kienet effett it-tmexxija żbaljata ta’ min qed
imexxi t-Tarzna bħalissa, tmexxija li ġiet tiswa lit-Tarzna t-telf ta’
88 miljun Ewro fuq vapur wieħed biss, il-FAIRMOUNT.
Il-Gvern mhux hekk qal.
Ma ried jipponta sebgħu lejn ħadd!
Ma riedx jagħmel inkjesta pubblika.
Qal
biss li fi żmien ftit xhur se jispiċċa s-sussidju, għax hekk
ordnat l-UE u se jgħaddi għall-unika triq miftuħa għalih –
il-privatizzazzjoni.
X’ġara wara din l-aħbar?
Kulħadd wera ruħu favur.
Il-partit fil-Gvern, il-partit fl-Oppożizzjoni, it-trejd unjins, il-korpi kostitwiti, l-opinjonisti fil-kotra kbira tagħhom.
Kulħadd
qabel ma’ l-idea, mhux kulħadd qabel mal-kondizzjonijiet jew mal-mod kif
se tasal biex isseħħ.
Allaħares teħodha kontra l-privatizzazzjoni!
Allaħares tidgħi
bil-privatizzazzjoni!
Dan
mhux minnu
U
bħalma ġara fil-każ ta’ l-alla falz ta’ l-UE, anke din
tal-privatizzazzjoni tat-Tarzna tista’ tkun tama fiergħa għal mijiet
kbar ta’ ħaddiema u tal-familji tagħhom.
Xhieda ta’ dan hawn pajjiż li ħadd ma jista’ jsejjaħlu lura
fil-qasam politiku u soċjali.
Qed
ingħid għal New Zealand jew kif isejħulha l-Maori, Reteroa.
New Zealand kienet pijunier f’ħafna oqsma.
Kienet l-ewwel pajjiż li fl-1893 ta l-vot lin-nisa.
Fis-Snin Tletin beda s-servizzi soċjali tal-‘welfare state’.
Fis-Snin
Tmenin kien l-ewwel stat li ddikjara ruħu ħieles min-nukleari.
Fl-istess Snin Tmenin, gvern Soċjal-Demokratiku twebbel bis-suq ħieles
u taha għall-privatizzazzjoni f’ħafna oqsma.
Din il-mewġa
ta’ privatizzazzjoni ġabet ħafna konsegwenzi:
* falliment soċjali u ekonomiku,
* staġnar,
* qgħad,
* falliment finanzjarju,
* kriminalità u
*
żvilupp mhux indaqs.
Għoxrin sena wara tela, gvern ieħor Soċjal-Demokratiku u mexxa
mill-ġdid l-arloġġ ‘il quddiem.
Ix-xahar li għadda l-Gvern ta’ Clark reġa’ ħa f’idejh il-ferroviji u l-laneċ ta’ l-istat, li kienu ġew ipprivatizzati fis-Snin Disgħin.
Il-kumpanija pubblika ssejħet Kiwi Rail u dak in-nhar li varaha, il-Ministru tal-Finanzi, Michael Cullen, stqarr li l-privatizzazzjoni kienet “tagħlima li weġġgħet lil New Zealand”.
Dan
l-istess gvern ta’ Clark temm il-privatizzazzjoni ta’ Air New Zealand u
waqqaf b’suċċess bank pubbliku, imsejjaħ Kiwi Bank.
Dawn il-passi anti-privatizzazzjoni qegħdin juru x’jista’ jsir
f’diversi oqsma ta’ l-ekonomija bħala alternattiva moderna,
ambjentalment sostenibbli u fl-istess ħin jiżgura x-xogħol u l-għajxien
ta’ ħafna ħaddiema u tal-familji tagħhom.
Ma jistgħux il-mexxejja tal-partiti politiċi, tat-trejdunjins,
tal-korpi kostitwiti Maltin jaslu wasla sa New Zealand u jaraw b’għajnejhom
kif hemm triq aħjar minn dik tal-privatizzazzjoni?
Hekk jitlob is-sens komun progressiv!
L-esperjenza neo-liberali ta’ dawn l-aħħar għaxar snin qed tkun ta’ diżappunt għal ħafna nies li jaħsbu dwar il-ġejjieni ta’ l-ekonomija u tal-ħaddiema.
Stajt
semmejt l-inizjattivi ta’ Chavez fil-Venezwela imma kont naf li għal
x’uħud Chavez huwa fanatiku anti-Amerkan u pro-Castro ta’ Kuba.
Żgur li ħadd ma jista’ jgħid dan dwar il-gvern modern ta’ New
Zealand immexxi minn Mrs Clark!
It-Tnejn,
18 ta’ Awwissu, 2008
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju
Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ