MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha
€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
Araw kif tassew nistgħu nitilqu mill-Unjoni Ewropea
Dan huwa video tal-Parlament Ewropew
Tat-Tarzna qegħdin jistaqsu
minn
Dun Anġ Seychell
Il-Haddiema
tat-Tarzna ilhom il-ġimgħat jistaqsu mistoqsijiet importanti dwarhom
infushom u dwar il-ġejjieni ta’ l-azjenda tagħhom, it-Tarzna.
Dawn
il-mistoqsijiet qegħdin jagħmluhom lill-Gvern għax hu waħdu
jinsab responsabbli għall-privatizzazzjoni li jrid jagħmel fi żmien
ftit xhur oħrajn.
Qegħdin jistaqsu waqt li jħossuhom urtati u mormijin wara d-diskors ta’
ministru tal-Gvern li wasal biex qal li dawk il-ħaddiema tat-Tarzna li għalqu
56 sena huma piż fuq l-azjenda u mhumiex produttivi.
Ma
staħax jitkellem hekk fuq nies li ilhom it-Tarzna mal-40 sena u huma fost
l-aqwa nies tas-sengħa li għandu pajjiżna!
Illum it-Tnejn, il-ħaddiema tat-Tarzna se jingħataw l-iskemi li bihom
jieħdu somma flus u jispiċċaw mill-post tax-xogħol tagħhom.
Xi
wħud minnhom se jinżammu fl-impjieg avolja ħadd ma jaf min se
jkunu s-sidien il-ġodda, kemm minnhom se jinżammu fl-impjieg
mis-sidien il-ġodda.
B’liema
kejl
Dan kollu sar b’impożizzjoni, mingħajr djalogu miftuħ mal-General Workers’ Union, ir-rappreżentanta tal-ħaddiema.
Taqbel jew ma taqbilx il-GWU, dawk huma l-iskemi u dawk se jibqgħu – kollox fil-għama, qabel ma feġġew is-sidien il-ġodda, qabel ma sar magħruf dawn x’iridu u x’lesti jaċċettaw dwar il-ħaddiema preżenti tat-Tarzna.
Sa
Diċembru t-Tarzna jew tkun inbiegħet jew tkun ingħalqet.
B’liema kejl se jkejjel il-Gvern biex jgħid kemm għandhom jibqgħu
u kemm se jingħata somma u jirtiraw?
B’liema kejl qed jgħid li se jispiċċaw iżjed minn elf ħaddiem minn total ta’ 1,700 li hemm bħalissa?
X’jiġri
jekk is-sidien il-ġodda jgħidulu li se jkollhom il-ħaddiema tagħhom,
iċ-‘cheap labour’, l-Indjani u l-Filippini li diġà qegħdin
jidhru f’din l-azjenda?
M’hemmx diskussjoni. M’hemmx spjegazzjoni.
Il-ħaddiema tat-Tarzna qegħdin jistħajlu qiegħda terġa’
tinkiteb l-istorja reċenti tal-ħaddiema tas-Sea Malta!
Il-ħaddiema tat-Tarzna bilfors jistaqsu għax iħossu li l-Gvern daħak
bihom.
Ftit
xhur ilu, qabel l-elezzjoni l-ħaddiema kollha tat-Tarzna rċevew ittra
d-dar li fiha l-Gvern wegħedhom li ħadd minnhom m’hu se jispiċċa
‘redundant’.
Dejjem
lestew fil-ħin
Issa
li l-maġġoranza tal-ħaddiema se jsibu li ma għadx hemm post
għalihom fit-Tarzna qegħdin jistaqsu:
Għaliex għebet il-mira li t-Tarzna ma tibqax tagħmel telf u tasal
biex ma tkunx tinħtieġ iżjed sussidju min-naħa tal-Gvern?
Il-ħaddiema tat-Tarzna bħalissa m’humiex jagħmlu dmirhom?
M’humiex ilestu x-xogħol tat-tiswija tal-vapuri fil-ħin miftiehem, anzi ġie li anke qabel id-data miftiehma?
Is-sidien
tal-vapuri li jidħlu jsewwu t-Tarzna m’humiex jiftaħru bix-xogħol
tal-ħaddiema Maltin?
Tajjeb li l-pubbliku Malti jkun jaf li l-ħaddiema preżenti tat-Tarzna
ilhom jaqdu dmirhom fil-ħin, u qabel il-ħin, ferm qabel ma ġew
installati l-‘cameras’ li jispjunaw fuqhom!

F’din l-aħħar sena u nofs kull xogħol li sar fuq tiswija ta’
vapuri sar fil-ħin u telf ma kien hemm xejn.
Nhar it-Tnejn telaq mit-Tarzna t-tanker tal-“V ships” Norveġiżi
jismu “Princess Discovery”.
Il-ħaddiema
lestew ix-xogħol jum qabel id-data miftehma u s-sidien tiegħu taw jum
bonus lit-Tarzna!
L-istess
ġara fil-każ ta’ ‘oil rig’ kbir Amerikan li daħal f’dawn
il-jiem u tlesta fil-ħin.
Allura x’ġara biex għebet il-mira u b’urġenza kbira l-Gvern
ħolom bil-privatizzazzjoni?
It-tmexxija
tat-Tarzna
Jekk
il-ħaddiema industrijali kkoperaw u qdew dmirhom fix-xogħol, allura
min hu responsabbli tat-telf ta’ miljuni ta’ liri li ġarrbet dan l-aħħar
it-Tarzna?
Għaliex il-Gvern ma jridx jagħmel inkjesta pubblika dwar it-tmexxija
tat-Tarzna, dwar il-politika li biha tmexxiet mindu t-tmexxija waqgħet
f’idejn grupp ta’ barranin li ma kienu ta’ l-ebda fejda għall-iżvilupp
ta’ din l-azjenda, lanqas ħaqq is-salarju gwapp li ngħata lil kull
wieħed minnhom!
Dawn il-barranin, li wieħed minnhom kien supretendent fl-industrija taż-żejt,
urew il-għerf tagħhom meta ddeċidew li t-Tarzna ma tibqax issewwi
l-vapuri imma tibda tikkonvertihom kif titlob l-industrija taż-żejt.
Waqqfu t-tiswija tal-vapuri fi żmien meta hawn ‘boom’ fil-Baħar Mediterran għax-xogħol ta’ tiswija.
Hawn
xogħol immens ta’ tiswija fuq tankers u vapuri oħrajn li
kontinwament ikollhom bżonn jidħlu fit-tarzni u jagħmlu dak li
titlob minnhom l-‘insurance’.
X’ġara?
Intefgħu fuq il-konverżjoni tal-vapuri.
Saru disinji żbaljati.
Sar xogħol li kellu jerġa’ jsir mill-ġdid, ġieli sar tliet darbiet.
U
fil-każ tal-“Fjord” u tal-“Fjell” it-telf tal-flus beda tiela’
bil-miljuni – 20 miljun, 12-il miljun.
Lil
ħadd ma ħarrġu
Dawn
il-kbarat indunaw li fallew u malajr reġgħu tefgħu t-Tarzna fuq
ix-xogħol li fih il-ħaddiema huma esperti – it-tiswija!
X’għamlu iżjed dawn il-mexxejja barranin?
Ħallew lill-ħaddiema bl-istess għodda qadima ta’ żmien l-Ammirall
u ta’ żmien Bailey.
U dak li hu l-agħar ma ħadux ħsieb dak li kienet qaltilna l-Unjoni
Ewropea – naqqsu l-ħaddiema imma dawk li jibqgħu ħudu ħsieb
li jkunu mħarrġin.
U
l-UE tatna l-flus għat-taħriġ.
X’sar minnhom?
Ħadd ma ntbagħat jitħarreġ.
Ħaddiema
ntbagħtu l-Italja biex jitgħallmu x’qed isir bħalissa fit-tarzni
Taljani biex jaddottaw ruħhom.
Fi żmien Mintoff kien hawn ħaddiema li ntbagħtu jitħarrġu
Spanja u anke jistudjaw fl-universitajiet.
Kien hemm oħrajn intbagħtu bħala inġinieri fuq il-baħar mad-ditta Texaco.
Anke fi żmien Swan Hunter sar it-taħriġ.
Imma issa xejn.
X’sar
minnhom il-flus li ġew sewwasew għat-taħriġ tal-ħaddiema?
Ħadd ma jaf xejn.
Uħud mill-mexxejja barranin għebu.
Wieħed
minnhom għadu hawn u bis-salarju ta’ mijiet t’eluf ta’ liri Maltin,
irnexxielu jixtri flat lussuż fil-Portomaso!
Allura
m’għandhiex issir inkjesta biex il-poplu tagħna jkun jaf kif intużaw
il-flus li ħareġ u l-oħrajn li ġew mill-UE?
Il-ħaddiema tat-Tarzna taw ir-riżultati.
Għandhom x’juru bil-ħila tax-xogħol tagħhom.
Imma
dawk il-barranin li kienu fit-tmexxija fallew.
U
fit-Tarzna t-tmexxija hija kollox.
Kif qal il-ħabib tagħna, Professur Godfrey Baldacchino, f’kitba tiegħu
f’Il-Ġens:
“Min ikun is-sid tat-Tarzna m’għandux jagħmel
daqshekk differenza. Imma min imexxiha iva.”
Għalhekk hemm bżonnha l-inkjesta dwar it-tmexxija!
It-Tnejn, 4 ta’ Awissu, 2008
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju
Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ