MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha
€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
Araw kif tassew nistgħu nitilqu mill-Unjoni Ewropea
Dan huwa video tal-Parlament Ewropew
Il-prezz tal-privatizzazzjoni
minn
Dun Anġ Seychell
Sakemm qiegħed nikteb, il-Gvern u l-General Workers’ Union għadhom ma waslux
għal ftehim dwar il-ġejjieni tat-Tarzna, minkejja l-preżenza u s-sehem
tal-medjatur li daħal bejniethom.
Fil-jiem li għaddew dehret il-kitba ta’ eks-impjegat tat-Tarzna li bassar li l-privatizzazzjoni
mhux se tirnexxi.
Dehret ukoll stqarrija ta’ l-Isqfijiet Maltin dwar it-Tarzna li saħqet fuq il-ħtieġa li l-ġid komuni għandu jiġi dejjem qabel il-ġid privat.
Min-naħa tiegħi, se nkompli nuri għaliex fid-dinja tagħna hawn moviment qawwi kontra l-privatizzazzjoni u liema huma l-argumenti tagħhom.
Prezz għoli
Suppost li bil-privatizzazzjoni niffrankaw l-ispejjeż u nżidu l-qligħ.
Fil-prattika l-qligħ li jsir iżid in-nefqa waqt li l-Gvern ikun jista’ jissellef b’rata inqas u l-iffinanzjar pubbliku jkun ferm irħas.
L-awditur ġenerali tal-provinċja ta’ New Brunswick, fil-Kanada, sab li skola li nbniet bis-sehem pubbliku u privat kienet tqum 775,000 dollaru inqas kieku l-provinċja għamlet ix-xogħol kollu hi.
In-nefqa ikbar kienet riżultat tar-rati ogħla ta’ imgħax li l-kumpanija privata
kellha tħallas.
Bil-privatizzazzjoni tiffranka l-flus l-iżjed billi tnaqqas il-pagi u żżid is-sensji.
Fil-Messiku l-privatizzazzjoni wasslet għall-agunija tat-trejd unjins u l-għoti
bl-addoċċ tas-sensji.
Fiċ-Ċilì l-kura medika privata naqqset l-impjegati pubbliċi fil-qasam tas-saħħa
pubblika minn 110,000 għal 53,000 bejn l-1973 u l-1988.
Bil-privatizzazzjoni tidħol il-mentalità li l-bejgħ jiġi qabel is-sigurtà
fil-postijiet tax-xogħol.
Il-privatizzazzjoni tal-ferroviji Ingliżi fl-1996 ħolqot sistema ineffiċjenti
bis-sogru ta’ ħafna aċċidenti akkost ta’ sussidji pubbliċi enormi.
Fl-2001 il-vjaġġi ikkanċellati waslu għal 165,000 – tliet darbiet iżjed mis-sena 1999.
Iżjed minn 2,000 kuntrattur kellhom x’jaqsmu mal-manutenzjoni tal-ferroviji!
Meta l-Gvern Konservattiv fil-Kanada naqqas l-istaff li jispezzjona l-kwalità ta’
l-ilma u għalaq il-laboratorji governattivi għax ippreferal-laboratorji privati,
seħħ riżultat diżastruż.
F’Mejju 2000, fil-belt żgħira ta‘ Walkerton, seba’ min-nies mietu mit-tniġġiż ta’ l-ilma tax-xorb u mijiet oħrajn mardu minħabba f’hekk.
Iż-żgħir ibati
Meta l-privat
jibda jmexxi s-servizzi pubbliċi, dawk li jkollhom l-inqas dħul ta’ flus ma
jibqgħux kapaċi jħallsu għalihom.
Fl-Afrika t’Isfel 25% tal-popolazzjoni ta‘ 44 miljun sfaw imċaħħdin mis-servizz
ta’ l-ilma u dawl wara li s-servizzi kienu privatizzati.
Meta beda jidħol l-iffinanzjar privat fl-isptarijiet pubbliċi fl-Ingilterra (magħruf bħala Private Finance Initiative) naqsu bis-sħiħ is-servizzi li kien jieħu l-poplu bis-servizz nazzjo-nali ta-saħħa.
L-ewwel 14-il
sptar mibni bis-sehem tal-finanzi privati kellhom l-għadd ta’ sodod imnaqqas bi
30% u n-nefqa għall-istaff kliniku mnaq-qsa b’25%.
Meta xi servizzi pubbliċi jiġu privatizzati, ikun hemm inqas kontroll fuqhom u
inqas ikun hemm manutenzjoni.
F’Lee County, fl-Istat ta’ Florida, fl-Amerika, is-sistema ta’ l-ilma u d-drenaġġ
kellha terġa’ lura taħt il-kontroll pubbliku fis-sena 2000 wara li l-awditur
pubbliku sab quddiemu storja sħiħa ta’ traskuraġni fil-manutenzjoni.
Lee County stmat
li trid toħroġ is-somma ta’ tmien miljun dollaru biex tibni mill-ġdid is-sistema.
Fl-Ingilterra kien hemm il-pjan biex fil-belt ta’ Coventry iseħħ it-tiġdid ta’
żewġ sptarijiet b’neqfa ta’ 45 miljun dollaru.
Meta l-proġett ġie privatizzat, in-nefqa telgħet għal 261 miljun dollaru.
Biex jagħmel
tajjeb għal dan, is-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa qed ikollu jħallas lis-sidien
privati 54 miljun dollaru fis-sena għat-tul ta’ 25 sena!
Iżjed ma tinxtered il-privatizzazzjoni, instab li iżjed inħolqu l-kondizzjonijiet
meħtieġa għat-tixrid tal-kriminalità.
Fil-Bolivja, meta l-ilma ġie privatizzat u beda jissejjaħ Aguas del Tunari fid-distrett
ta‘ Cochaabamba, l-aġenzija privata ma reditx tgħid x’kienu r-raġunijiet għala
għolliet il-prezz ta’ l-ilma u ħarġet bl-iskuża fiergħa li dak kien sigriet
kummerċjali!
Fl-Ungerija, fejn hemm il-kumpanija tad-drenaġġ ta’ Budapest, il-belt kapitali,
proprjetà tad-ditta Vivendi, il-kuntratt u d-dokumenti kollha li għandhom
x’jaqsmu ma’ dan is-servizz privat jinżammu sigrieti u l-kunsillieri eletti ma
jitħallewx jarawhom.
Fejn tidħol in-naħa t’Isfel, jiġifieri t-Tielet Dinja, il-Bank Dinji u l-Fond
Monetarju Internazzjonali jinsistu li l-privatizzazzjoni hija obbligatorja biex
iseħħ mill-ġdid l-istrutturar ekonomiku.
Fl-Amerika
Latina, fl-Ewropa tal-Lvant, fl-Afrika, eluf ta’ privatizzazzjoni seħħew
bil-barka u bl-insistenza ta’ dawn iż-żewġ organizzazzjonijiet iddominati mill-Amerika!
John Kenneth Galbraith ma kienx xi ekonomista Marxista.
Kien ekonomista liberali fi żmien Kennedy.
Dan ħolom b’dinja mifnija “bil-ġid privat u bil-miżerja pubblika”.
B’dokument
f’idejh, wasal għall-konklużjoni li f’soċjetà fejn il-ġid jinġema’ f’idejn ftit
nies, l-idea li kulħadd huwa ndaqs quddiem is-suq hija ċajta.
Il-kittieba Indjana Arundhati Roy tagħmel osservazzjoni f’waqtha:
“Il-privatizzazzjoni hija ppreżentata bħallikieku l-unika alternattiva għal stat
ineffiċjenti u korrott. Tabilħaq din m’hi għażla xejn… Hija kuntratt kummerċjali
li jaqbel kemm lill-kumpaniji privati, li preferibbilment ikunu barranin, kif
ukoll lill-mexxejja tat-Tielet Dinja”.
Isimgħu x’qalet trejd unjin, il-Canadian Union of Public Employees:
“L-esperjenza
madwar id-dinja u matul it-triq turi li dawn l-inizjattivi jżidu n-nefqa,
inaqqsu l-kwalità, jirrestrinġu l-aċċess u jħawwdu l-akkontabilità.”
In-Norveġja hija fost il-pajjiżi l-iżjed għonja tad-dinja tagħna.
Anke hemmhekk il-privatiz-zazzjoni għolliet rasha, imma sabet kontriha l-ħajt tat-trejd unjins.
Sitta mill-aqwa
trejd unjins ingħaqdu flimkien u fformaw il-front For Velferds Staten (bil-Malti
b’“Risq il-Welfare State”) bil-għan li jissieltu
“il-politika qerrieda tan-neo-liberaliżmu,
li tinkludi l-privatizzazzjoni u d-deregulazzjoni”.
Fost il-membri rappreżentanti u minn dawn it-trejd unjins hemm l-impjegati
muniċipali, l-għalliema, infermieri, ‘social workers’ u skrivani.
Hekk igħid poster li deher fl-Afrika t’Isfel:
“Aħna ma
ġġelidniex għall-ħelsien biex inkunu nistgħu nbiegħu kollox bl-irkant għal min
joffri l-iżjed”.
Meditate, gente, meditate!
It-Tnejn, 1 ta’ Settembru, 2008.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju
Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ