MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI
Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
minn Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha
€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
Araw kif tassew nistgħu nitilqu mill-Unjoni Ewropea
Dan huwa video tal-Parlament Ewropew
Id-diskors ta’ Giuliano Amato
Kif kulħadd jaf, issa l-Unjoni Ewropea se terġa’ tressaq il-kostituzzjoni tagħha għall-approvazzjoni tal-pajjiżi membri wara li din kienet ġiet miċħuda mill-poplu Franċiż u mill-poplu Olandiż.
Din issa qed tissejjaħ bħala Trattat ta’ Riforma, imma kulħadd jaqbel li din hija l-istess kostituzzjoni li kienet ippreżentata qabel bi ftit tibdil kosmetiku.
Tant dan huwa
minnu, li l-istess Giuliano Amato li kellu grupp li kien qiegħed jirrevedi
l-Kostituzzjoni qal li din saret imħawwda apposta ħalli l-poplu ma
jifimhiex u għalhekk ma jitlobx referendum.
Dan juri l-biża li għandhom il-mexxejja qarrieqa kolonjalisti dittatorjali ta’ l-Unjoni Ewropea li l-popli tal-pajjiżi membri jerġgħu ma jaċċettawhiex.
Infakkru li hawn Malta l-politiċi bla sinsla kienu njoraw lill-poplu Malti u ddeċidew li jiddeċiedu huma għax beżgħu li l-poplu Malti ma jaċċettax il-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea.
Biex juri l-arroganza u l-lagħaqiżmu tagħhom lejn l-Unjoni Ewropea kienu qablu mal-kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea huma fil-Parlament u njoraw lill-poplu Malti li għandu kull dritt li juri jekk jaqbilx jew le mal-kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea.
Infakkru li dak li għamlu l-parlamentari Maltin sar wara li l-kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea kienet diġa’ ġiet miċħuda mill-poplu Franċiż u mill-poplu Olandiż.
Issa li hemm proposta l-istess kostituzzjoni għalkemm b’xi tibdil imma li issa qed tissejjaħ Trattat ta’ Riforma, xorta waħda jrid jerġa’ jitressaq quddiem il-pajjiżi membri għall-approvazzjoni jew le tagħhom.
Għalhekk għandna nesiġu mill-politiċi tagħna li ma jerġgħux ikunu arroganti u japprovaw dan it-trattat huma, imma li dan it-trattat għandu jitressaq biex jiġi approvat jew miċħud mill-poplu Malti permezz ta’ referendum.
Biex nuru kemm
dan it-Trattat ta’ Riforma ġie magħmul imħawwad apposta ħalli
l-poplu komuni ma jifhmux, jekk tikklikkjaw fuq il-link aktar l-isfel għandkom
recording tad-diskors li għamel Giuliano Amato fejn qal dan il-kliem.
Dan juri kemm
il-mexxejja ta’ l-Unjoni Ewropea huma mexxejja qarrieqa u jridu jqarrqu
bil-popli tal-pajjiżi membri ħalli bis-sewwa jew bid-dnewwa jaslu fejn
ikunu jridu, anki jekk il-popli ma jkunux jaqblu magħhom.
Issa l-poplu Malti għandu l-provi u jista’ jisma b’widnejgħ il-qerq tal-mexxejja qarrieqa ta’ l-Unjoni Ewropea u tal-politiċi Maltin li daħħluh f’dan is-saram kollu u li issa ilu ftit iħoss il-piż tas-sħubija.
Aħna nibqgħu nsostnu dak li dejjem għedna li l-unika triq ta’ salvazzjoni għalina bħala poplu u bħala nazzjon huwa li nfittxu nitilqu mill-Unjoni Ewropea l-lejla qabel għada kif għandna kull dritt u setgħa li nagħmlu.
Għalhekk aħna ħlifna li neħilsu lil Malta mill-jasar, il-kolonjaliżmu u l-ħakma dittatorjali illegali ta’ l-Unjoni Ewropea.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola liċ-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ