MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000 minn ħalq uliedek
Referendum li għosfor
Il-Gvern
Daniż ilu jipprepara biex f’Settembru jew f’Ottubru jorganizza
referendum dwar jekk id-Danimarka ddaħħalx il-munita Ewro flok
il-Kroner Daniż.
F’daqqa waħda l-Gvern Daniż abbanduna l-pjani għar-referendum,
wara li l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika beda juri li jekk isir
referendum, il-maġġoranza tal-poplu Daniż kieneet se tivvota LE.
Din hija prova oħra kemm l-appostli tal-UE jibżgħu jilagħbu
jekk jaħsbu li se jitilfu.
Għalihom rebħa biss lesti jaċċettaw.
Allura
biex il-Gvern Daniż ma jiġrilux bħal ma ġralu l-Gvern
Irlandiż, ipprefera li l-logħba ma jilgħabhiex ħalli taparsi
jidher li ma tilifx.
It-tustaġni
tal-appostli tal-UE
Araw
x’qalu politiċi ewlenin tal-UE dwar il-LE tal-Irlandiżi.
•Nicolas
Sarkozy, President Franċiż, fl-20 ta’ Ġunju:
“Dawn
iċ-ĊWIEĊ Irlandiżi ilhom jiffangaw bi flus l-Ewropa għal
ħafna snin u issa ramewna fil-ħmieġ”.
•Valery
Giscard d’Estaing, l-awtur tal-Kostituzzjoni tal-UE, fid-19 ta’ Ġunju:
“It-Trattat ta’ Lisbona ma mietx.
Hemm bżonn kbir li jerġgħu jivvotaw”.
•Wolfgang
Schaeuble, Ministru tal-Intern Ġermaniż, fil-15 ta’ Ġunju:
“Veru li rridu nieħdu r-referendum ta’ l-Irlanda bis-serjetà.
Iżda ftit
miljuni ta’ Irlandiżi m’għandhomx jiddeċiedu għal 495
miljuni Ewropej”.
•Josè
Barroso, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, fl-14 ta’ Ġunju:
“It-Trattat mux mejjet.
It-Trattat għadu ħaj u rridu naraw kif se nsibu soluzzjoni”.
•Lopez
Garrido, Ministru tal-Ewropa, Spanjol, fil-15 ta’ Ġunju:
“It-Trattat
se jidħol fis-seħħ, għalkemm xi ftit xhur tard”.
Vera wiċċhom imċappas bil-ħamrija (la ma tistax tintuża
l-kelma l-oħra li tixraqilhom)!
Tajjeb
li ninnutaw...
Huma jistgħu jbiddlu r-regoli
Malta ssieħbet
fl-Unjoni Ewropea skond ftehim li ġie ffirmat f’Ateni f’April
tal-2003.
Malta ma
tistax tbiddel xejn qatt mill-kundizzjonijiet ta’ dak il-ftehim.
Iżda l-Unjoni Ewropea tista’ meta trid tbiddel ir-regoli tagħha u
Malta jkollha toqgħod għar-regoli ġodda ta’ l-Unjoni.
L-Unjoni biddlet ir-regoli tagħha fit-Trattat dwar il-Kostituzzjoni, li spiċċa
ma daħalx fis-seħħ għax il-Franċiżi u l-Olandiżi
ma aċċettawhx.
L-Unjoni reġgħet
biddlet ir-regoli tagħha fit-Trattat ta’ Lisbona, li l-Irlandiżi
vvotaw kontrih.
Iżda li kien għall-Unjoni, Malta kien ikollha toqgħod għar-regoli
mibdula kemm tal-Kostituzzjoni, kif ukoll tat-Trattat ta’ Lisbona.
L-Unjoni għandha dritt tbiddel ir-regoli, iżda Malta m’għandhiex
dritt tbiddel xejn mill-kundizzjonijiet tas-sħubija.
Kapaċi
jmexxi lill-pajjiż?
Il-Gvern
stqarr li mhux kapaċi jmexxi azjendi kummerċjali tajjeb daqskemm
imexxuhom il-privat.
It-tmexxija tal-pajjiż hija wisq akbar mit-tmexxija ta’ azjenda kummerċjali.
It-tmexxija
ta’ azjenda kummerċjali hija anqas diffiċli mit-tmexxija tal-pajjiż.
Jekk il-Gvern mhux kapaċi jmexxi tajjeb azjenda kummerċjali, kif huwa
kapaċi jmexxi l-pajjiż?
Kemm
għandha jkollha ħaddiema?
Seba’
snin ilu l-esperti ta’ l-Unjoni Ewropea u tal-Gvern qalu li t-Tarzna ta’
Malta tkun vijabbli jekk ikollha mhux aktar minn 1,400 ħaddiema produttivi.
Fiż-żminijiet tal-lum hawn “boom” fit-tiswija tal-vapuri u s-superyachts.
Illum
iżda l-Gvern u l-Unjoni Ewropea qegħdin jgħidu li biex it-Tarzna
tkun vijabbli, irid ikollha bejn 400 u 700 biss ħaddiema.
Il-ħajja
għoliet?
Kienu
żgurawna li bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea l-prezzijiet jorħsu għax
jitneħħew il-“levies” minn fuqhom.
Wara li pajjiżna ssieħeb fl-Unjoni, il-prezzijiet dejjem komplew jogħlew.
Biss
biss ħafna prodotti żdiedu bi 18% taxxa VAT.
Illum, il-ħajja qatt ma kienet għolja daqshekk.
Anki l-pagi għolew,
iżda mhux daqskemm għolew il-prezzijiet.
Għalhekk morna lura mhux ‘il quddiem.
Frott
qares ta’ l-Unjoni Ewropea
Qabel
ir-referendum
* żguraw lill-ħaddiema li mhux se jitilfu l-impjieg,
* lill-kaċċaturi li se jgawdu l-kaċċa fir-rebbiegħa,
* lin-nassaba li se jkomplu bin-namra ta’ l-insib, u
*
lis-sidien tat-trasport li mhux se jonqsilhom id-dħul.
Fl-erba’
snin li pajjiżna ilu fl-Unjoni Ewropea,
* eluf ta’ ħaddiema tilfu l-impjieg tagħhom,
* il-kaċċaturi neħħewlhom il-kaċċa fir-rebbiegħa,
* in-nassaba jafu li l-insib se jinqered u
*
s-sidien tat-trasport se jonqsilhom id-dħul għax se jiżdiedu l-liċenzji.
Dan hu l-frott
qares ta’ l-UE.
Uġiegħ
ta’ ras
Żgurawna wkoll li fl-Unjoni Ewropea jkollna serħan il-moħħ.
L-aktar uġiegħ ta’ ras għal ħafna ġenituri hija l-invażjoni ta’ l-eluf ta’ immigranti illegali li l-Unjoni mhu qiegħda tagħmel xejn biex tilqa’ għaliha.
Anzi
l-Unjoni qiegħda tagħmel bil-maqlub.
L-Unjoni
qiegħda tħeġġiġna
* nilqgħuhom,
* nagħtuhom ix-xogħol, u
*
nħallu lil qrabathom jingħaqdu magħhom f’pajjiżna.
B’hekk pajjiżna, li huwa l-iżgħar fl-Unjoni Ewropea, iżda
li għandu l-aktar nies paragunat mad-daqs tiegħu, ikompli jaqta’
‘l quddiem bħala l-pajjiż l-aktar iffullat fl-Unjoni Ewropea.
Dan qed jikkaġuna wġiegħ ta’ ras lil ħafna ġenituri.
Ir-rati
ta’ l-imgħax
Ftit tal-ġimgħat ilu l-banek għollew ir-rati ta’ l-imgħax fuq is-self li jagħmlu.
B’hekk,
kull min issellef biex jixtri daru, ikollu jħallas iktar imgħax.
In-negozjant li ssellef għan-negozju, għandu spiża akbar fl-imgħax li jħallas, li jrid iġibha minn żieda fil-prezzijiet li jħallsu l-klijenti tiegħu.
U
dan ikompli jgħolli l-ħajja għal ħafna.
Għaliex il-banek għollew ir-rati ta’ l-imgħax fuq
is-self?
Mhux
għax il-qagħda ekonomika tal-pajjiż teħtieġ dan, iżda
għax kienu mġegħla jagħmlu dan mill-Bank Ċentrali ta’
l-Unjoni Ewropea li ddeċieda li jgħolli r-rata fuq is-self, mingajr ma
jimpurtah x’impatt dan se jkollu ekonomiku u soċjali fuq iċ-ċittadini
ta’ pajjiżna.
Din hija konsegwenza tad-dħul tal-munita ewro f’pajjiżna.
Il-Qorti
ta’ l-UE timmina l-protezzjoni tal-ħaddiema
minn
Eddy Privitera
Il-Qorti
tal-Ġustizzja ta’l-Unjoni Ewropea dan l-aħħar iddeċidiet
li l-liġi tal-Lussemburgu li tipproteġi ħaddiema barraninn milli
jiġu sfruttati billi jagħtuhom paga aktar baxxa minn dawk tal-ħaddiema
Lussemburgiżi, qiegħda tfixkel id-dritt tal-kampaniji li jimpjegaw
dawn il-barranin, milli jagħmlu l-aktr profitt possibbli.
Il-Qorti
qatgħet, għalhekk, li l-Lussemburgu għandu jneħħi din
il-liġi.
Din id-deċiżjoni ngħatat f’każ imressaq ill-Kummissjoni
Ewropea kontra l-Lussemburgu, li fih il-Kummissjoni ilmentat li l-Gvern ta’
dak il-pajjiż membru naqas milli jimplimenta d-Direttiva ta’ l-UE msejħa
“Posting of Workers Directive”.
Il-Qorti
qieset dan in-nuqqas bħala tfixkil għall-provvista ta’ servizzi bejn
il-pajjiżi ta’ l-UE.
Din id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-UE reġgħet
ikkonfermat li d-dritt tas-sidien negozjanti li jagħmlu li jridu, jiġi
qabel il-ħarsien tad-drittijiet ta’l-Għaqdiet tal-Ħaddiema.
Id-deċiżjoni
wasslet lil wieħed mill-aktar appostli tal-UE, John Monks, is-Segretarju
Ġenerali tal-European Trade Union Confederation (ETUC), biex qal li d-deċiżjoni
tal-Qorti tal-UE
“hija
problematika ħafna, u qiegħda tistabbilixxi li l-libertajiet ekonomiċi
jieħdu prijorità fuq id-drittijiet fundamentali, fuq ir-rispett lejn il-liġijiet
nazzjonali dwar ix-xogħol, u fuq il-ftehim kollettiv”.
Meta
tqis li dan id-diskors intqal minn bniedem li dejjem ħadem favur l-UE, anki
kontra l-opinjoni ta’ ħafna minn sħabu fil-Moviment Trejdunjonistiku
Ewropew, għandhom għaliex jinkwetaw bil-kbir kemm it-trejdunjins, kif
ukoll il-miljuni kbar ta’ ħaddiema fl-UE (inklużi l-ħaddiema u
t-trejdunjins Maltin).
Iżda, jintqal b’dispjaċir, li ĦADD mhu qed jinforma lill-poplu,
u lill-ħaddiema l-aktar, dwar dawn id-deċiżjonijiet tal-Qorti
tal-UE li huma theddida għad-drittijiet tal-ħaddiema u tal-unjins tagħhom.
L-impatt ta’ din id-deċiżjoni tal-Qorti tal-UE se jkun enormi u
mifrux lil hinn mill-fruntieri tal-Lussemburgu, u se jżid l-ispettru ta’
pagi baxxi għall-ħaddiema kollha.
Minkejja
li fil-2005 il-Parlament Ewropew suppost li wqqaf id-Direttiva li kienet tgħid
li l-kundizzjonijiet tal-pajjiż li jipprovdi s-servizz, jgħoddu anki
meta s-servizz jingħata f’pajjiż ieħor tal-UE, il-Qorti tal-UE
xorta waħda qiegħda bil-mod il-mod bid-deċiżjonijiet tagħha
ddaħħal il-prinċipju tal-“pajjiż tal-oriġini” tad-Direttiva
li l-Parlament Ewropew ma approvax.
Id-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-UE jorbtu lill-pajjiżi kollha tal-UE, u għalhekk dak li l-Parlamentari Ewropej ma ħallewx jidħol mill-bieb, il-Qorti ta’ l-UE qiegħda tgħaddih mit-tieqa.
Hu
ttamat li l-Parlamentari Ewropej jinteressaw ruħhom mid-deċiżjonijiet
perikolużi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, jekk verament għandhom
għal qalbhom il-ħarisen tal-interessi tal-ħaddiema, kif ukoll li
t-trejdunjins Ewropej juru sens akbar ta’ inkwiet għat-theddid għad-drittijiet
tagħhom u għall-futur tal-ftehim kollettivi li jinnegozjaw.
Il-Ħamis, 31 ta’ Lulju, 2008
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju
Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ