MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha
€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
It-Tarzna qabel is-sħubija
Fraħna bl-aħbar li t-Tarzna rebħet kuntratt għall-bini ta’ żewġ ‘single point mooring buoys’għall-kumpanija Olandiża Bluewater Energy Services il-ġimgħa l-oħra.
Fl-istess
ħin tnikkitna bl-aħbar li l-offerta tal-bini ta’ għaxar vapuri
għall-kumpanija Amerikana Cala Corporation sfrattat għax it-Tarzna
mhix f’qagħda li tiżgura lit kun tista’ titħallas għax-xogħol.
Iżda ħafna jaħsbu li r-raġuni għaliex il-kuntratt ma tteħidx hija li bil-ftehim li Malta għamlet ma' l-UE, it-Tarzna ma baqgħalhiex biex tagħmel dak ix-xogħol kbir ta’ kostruzzjoni ta’ vapuri.
Hu għajb kbir għall-UE li naqqsitilna l-potenzjal tat-Tarzna għax-xogħol kemm tat-tiswija tal-vapuri kif ukoll tal-bini tal-vapuri.
Minflok tatna l-għajnuna biex insaħħu t-Tarzna, l-UE ġiegħlitna nċekknuha u narmu l-ħila ta’ mijiet ta’ ħaddiema tas-sengħa li kienu kostretti jerfgħu mix-xogħol jew jintbagħtu jagħmlu xogħol mhux tas-sengħa mal-Gvern, mal-parastatali u ma’ l-awtoritajiet.
L-agħar għat-Tarzna għadu ġej is-sena d-dieħla, meta skond ma trid l-UE, l-ebda għajnuna ma tista’ tkompli tingħatalha.
Hekk
sar il-ftehim ma’ l-UE.
Iżda nkunu veru ġwejjef jekk noqogħdu għal dak il-ftehim infami li jista’ jtellef l-impjieg tal-mijiet ta’ ħaddiema tat-Tarzna.
Il-pjan ta’ ristrutturar tat-Tarzna li l-UE imponiet fuqna biex taċċetta li nissieħbu fiha, la hu kredibbli u lanqas sostenibbli.
Mhux kredibbli għax jekk tiflih, issib li l-kalkoli u l-figuri tiegħu m’humiex tajbin.
Mhux sosenibbli għax bit-tnaqqis li sar tal-ħaddiema produttivi, it-Tarzna m’għandhiex il-‘workforce’ li teħtieġ biex tagħmel ix-xogħlijiet li jistgħu jirrendulha dħul biżżejed biex ma titlifx.
Inkunu mhux biss qegħdin nittradixxu lill-ħaddiema tat-Tarzna jekk aħna nħallu li tingħalaq wara s-sena d-dieħla, iżda nkunu wkoll qegħdin nittradixxu l-interessi nazzjonali jekk ma nqumux biex ma nħallux il-benniena tas-snajja f’pajjiżna li oħrajn bħalha m’għandniex u li mingħajrha, is-snajja jitfaqqru u l-imgħallmin tas-sengħa jogħsfru.
It-tarzna tiġi qabel is-sħubija fl-Unjoni.
Inwieġbu lil Dr Joanna Drake
Fil-21
ta’ Mejju dan il-ġurnal (l-Orizzont) intervista lill-Kap tar-Rappreżentanza
tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta Dr Joanna Drake.
L-aktar ħaġa li laqtitna f’dik l-intervista kienet dak li ma semmietx u mhux dak li qalet.
Wara li issa ilna ġimgħat li kxifna f’Malta dwar kif fiċ-ċerimonja tas-suppost iffirmar tat-Trattat ta’ Ruma 50 sena ilu, kienu ffirmaw biss gozz karti vojta u b’hekk daħku bil-popli kollha ta’ l-Ewropa – u żammew dan l-ingann moħbi għal 50 sena sħaħ sakemm ġurnalist veru tal-BBC, Alan Little, kixef dan is-sigriet lejliet l-anniversarju tat-Trattat ta’ Ruma li waqqaf il-Komunita` Ekonomika Ewropea, illum l-Unjoni Ewropea, Joanna Drake ma lissnet ebda kelma biex tmerina.
Naturalment illum, Dr Drake, bħala uffiċjal għoli tal-Kummissjoni Ewropea mhix f’qagħda li tikkonferma u b’hekk tkompli twaqqa’ għaż-żufjett lis-sitt fundaturi ta’ l-UE.
Fl-intervista, is-Sinjura Drake ikkwotat min stħarriġ ta’ l-UE li sar bejn l-aħħar tas-sena l-oħra u li ġie pubblikat f’Jannar ta’ din is-sena, li dawk li dawk li jaqblu li dħalna fl-UE qegħdin jiżdiedu.
Waqt
li dawk li ma jaqblux u jixtiequ joħorġu mill-UE, qegħdin jonqsu.
Aħna nikkwotaw stħarriġ ferm aktar riċenti.
Fid-29 ta’ April, 2007, il-Malta Today ippubblikat stħarriġ li sar ftit jiem biss qabel, li juri li dawk li jaqblu mas-sħubija naqsu minn 56.7% f’Mejju 2006 għal 54.7% f’April ta’ din is-sena – il-kontra li qalet Joanna Drake.
U dawk li ma jaqblux mas-sħubija żdiedu minn 28.3% is-sena l-oħra għal 33% din is-sena.
Ħrafa oħra li Dr Drake qalet kienet li l-UE ma tindaħlilniex fit-taxxi, pensjonijiet, edukazzjoni u servizzi tas-saħħa.
Il-verita` hija totalment bil-kontra.
Rigward it-taxxi, l-UE ġiegħlitna
* ndaħħlu l-VAT,
* l-Eco tax,
* it-taxxi fuq il-prodotti kollha ta’ l-enerġija,
* nestendu l-Vat fuq 400 prodott u servizzi li qabel ma konniex inħallsu fuqhom, eċċ., eċċ.
Rigward il-pensjonjiet, l-UE il-ħin kollu tagħfas lill-Gvern biex iwettaq tibdil fl-għoti tal-pensjonijiet, u l-Gvern diġa` beda jagħmel dan skond ma trid l-UE.
Rigward
is-servizz tas-Saħħa, l-istess bħal fil-każ
tal-pensjonijiet, l-UE qiegħda tinsisti li jsiru tibdiliet li żgur
ifissru t-tmiem tas-servizz tas-saħħa b’xejn għal kulħadd.
Altru milli l-UE ma tindaħalx.
Rigward l-edukazzjoni, l-UE diga` ġiegħlitna ndaħħlu l-VAT fuq l-affarijiet kollha li għandhom x’jaqsmu ma’ l-edukazzjoni, u l-Ġermanja qed tipproponi li s-Sillabu fl-iskejjel ikun deċiż mill-UE stess.
Dikjarazzjoni oħra tas-Sinjura Drake turi biċ-ċar kif l-UE tgħaddi biż-żmien il-ħin kollu lill-popli ta’ l-Ewropa.
Drake qalet:
“il-pajjiżi għandhom ħafna marġini ta’ kompetenza… u l-gvernijiet jistgħu jgħolli li standards … li ma jistgħux jagħmlu l-pajjiżi huwa li l-livell tagħhom jonqos minn dak stabbilit mill-UE…imma jgħolluhom jistgħu”.
Eżempju faċli li jifhmu kulħadd:
“Int għandek dritt tiddeċiedi kemm trid tonfoq biex tixtri karozza, pero` ma tistax tonfoq inqas minn Lm10,000. Jekk trid tista’ tonfoq aktar ukoll.”
Dan ifisser dak li qalet Joanna Drake.
Mhux tad-daħq!
Minħabba l-ispazju, fl-aħħar kumment, Joanna Drake qalet li l-Maltin jaħsbu li “l-UE tindaħal f’kollox”.
Aħna nwieġbuha:
U kif!
Biżżejjed insemmu tliet eżempji sempliċi.
*
L-UE
indaħlitilna fuq it-taxxa fuq il-ħrieqi tat-trabi.
*
Tindaħal
kemm banana trid tkun twila, ħoxna u mgħawwġa – qisu kemm
banana tkun tajba jiddependi mit-tul, ħxuna u kemm tkun dritta (jew mgħawwġa)!
* U dalwaqt se tindaħal – sa’ l-2009 – lil kull min jikri jew ibiegħ xi proprjeta`, billi jkollu bżonn iċ-ċertifikat ta’ l-UE.
Mela
jeżisti ftehim ieħor ma’ l-Unjoni?
Min ma jiftakarx kemm propaganda u korrispondenti fil-ġurnal The Times kienu, qabel ir-Referendum u l-Elezzjoni Ġenerali jirredikolaw lil dawk kollha li bħalna kienu jsostnu li l-aħjar għażla kienet li nissieħbu ma’ l-UE (Partnership) mhux li nidħlu membri sħaħ.
Huma kienu jisħqu f’The Times li l-politika ta’ “partnership” ma kinitx teżisti u li għalhekk dawk li konna nsostnuha, konna qegħdin inwegħdu lill-poplu xi ħaġa li ma teżistix.
Mid-dehra tat-Times faċli jinsew x’kienu jgħidu qabel ir-Referendum biex ifixklu lil dawk kollha li bħalna konna nsostnu li ma jaqbilx għal pajjiżna li jissieħeb fl-UE.
Mela
ħalli naraw kif fit-Times stess issa qed jinkixef kemm il-qarrejja tagħha
ġew imqarrqin meta kienu jaqraw li l-politika ta’ “partnership” ma teżistix
bħala forma ta’ ftehim bejn l-UE u pajjiżi oħrajn li ma jkunux
stati membri msieħbin fl-UE.
L-aħħar
prova meta The Times giddbet dak li kien jingħad fiha qabel ir-Referendum,
qrajniha f’rapport li deher fiha fid-19 ta’ Mejju, 2007, dwar laqgħat
li kellha l-Kanċellier Ġermaniża Angela Merkel mal-President
Russu Vladimir Putin fit-18 ta’ Mejju.
F’dan ir-rapport miktub minn Christian Lowe hemm miktub hekk:
“As expected, the summit failed to unlock the launch of talks on EU-Russia partnership agreement”.
Bil-Malti,
“Kif mistenni, il-laqgħa (bejn Merkel u Putin) ma rnexxilhiex tħoll il-problema biex jibdew it-taħdidiet għal ftehim ta’ Partnership bejn l-UE u r-Russja.
Dan l-eżempju huwa wieħed biss minn patafjun ta’ eżempji oħrajn kif il-kitba li kienet tidher f’The Times kienet kompliċi mal-Gvern Nazzjonalista biex il-Maltin u l-Għawdxin ġew ingannati b’gideb sfaċċat ħalli Malta tidħol fl-UE.

Infakkru wkoll kif il-Kummissarju Gunther Verheugen kien qalilna li m’hemmx forma oħra ta’ ftehim ma’ l-UE jekk mhux sħubija sħiħa.
Ara taħsbu li xi darba l-kittieba ta’ The Times u Verheugen se jitolbu skuża lill-poplu Malti għall-mod kif kienu jivvintaw l-iskużi u l-gideb li forma oħra ta’ ftehim bħall-“partnership” ma kinitx teżisti.
Għalhekk insostnu li meta qalu hekk, kienu qegħdin jigdbu.
Imbagħad naraw xi Editorjal f’The Times li dawk li ridna forma oħra ta’ ftehim ma’ l-UE, bħal m’huwa “partnership”, għadna mhux kredibbli!
Dak li jidher f’The Times huwa kredibbli, meta f’The Times stess jiġi mgiddeb?
Prosit
Sur Farrugia!
Nhar it-Tnejn, 28 ta’ Mejju, is-Sur Lino Farrugia, is-Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Kaċċaturi u Nassaba Konservazzjonisti, ġie intervistat minn John Bundy fil-programm “Bonġu Malta” fuq it-TVM.
Ammirajna
l-mod kif huwa wieġeb il-mistoqsijiet li John Bundy għamillu.
L-argument ta’ Farrugia kien li l-kaċċaturi u n-nassaba qegħdin jiġu ttrattati ta’ ċittadini tat-tieni klassi mill-UE minħabba l-fatt li f’pajjiżi oħrajn ta’ l-Unjoni, gvernijiet qegħdin japplikaw id-derogi li jħallu l-kaċċa fir-rebbiegħa.
Skond Farrugia, jidher li l-UE qisha trid tagħti eżempju b’Malta għax hi żgħira.
Kien ferm interessanti – u li għandu jqawwi l-qlub ta’ dawk kollha li jemmnu bħalna – meta Lino Farrugia qal li jekk il-partiti politiċi Maltin mhux se jkunu lesti li jieqfu lill-Unjoni u jgħidulha li l-kaċċaturi u n-nasasaba Maltin u Għawdxin għandhom dritt li jiġu ttrattati bħall-kaċċaturi u n-nassaba f’pajjiżi oħrajn ta’ l-UE allura wieħed jasal biex jgħid li aħjar noħorġu mis-sħubija.
Aħna tas-CNI ilna li għedna dan.
U ċerti li bħal ma qal is-Segretarju tal-FKNK, għad jgħiduh dawk is-setturi kollha tal-poplu li b’xi mod qegħdin jintlaqtu ħażin bis-sħubija ta’ pajjiżna fl-UE.
Jgħiduh
* il-ħaddiema tat-Tarzna,
* ta’ l-Air Malta,
* tal-fabbriki li għalqu u l-oħrajn li qegħdin inaqqsu n-nies,
* iż-żgħażagħ li s-sħubija sallbithom għal għomorhom bil-prezzijiet skandalużi tal-proprjeta’,
* l-anzjani u l-morda bil-prezzijiet għolja tal-mediċini,
* ir-raħħala,
* dawk li jrabbu t-tiġieġ u
* dawk li jrabbu l-majjali,
* il-bdiewa li ġew ukoll ingannati bis-suppost klawsola tas-salvagwardja, u
* ħafna u ħafna setturi oħrajn.
Jidher li dak li kienu jgħidulna lil tas-CNI, li qisna leħen fid-desert u li qegħdin naħlu l-ħin tagħna nikkumbattu s-sħubija fl-UE – jew aħjar il-kolonjaliżmu ġdid ta’ l-UE – fl-aħħar beda jinstema`.
Li jonqos huwa li ‘l quddiem ngħaddu għall-azzjoni biex nuru li għall-eluf ta’ Maltin u Għawdxin l-interessi tal-poplu Malti u ta’ pajjiżna għandhom jiġu l-ewwel u qabel kollox.
Infakkru li l-Ministru tal-Finanzi ta’ Malta se jagħti lill-UE din is-sena ‘l fuq minn Lm22 miljun mit-taxxi mħallsin mill-poplu.
Dan ifisser li l-poplu Malti qed jagħti lill-UE aktar minn LM60,000 kuljum.
Jagħmlu tajjeb il-qarrejja li l-lejla jsegwu l-programm tas-CNI fuq Smash TV, fis-6.30 li fih se jkun intervistat l-istess Lino Farrugia.
Il-Ħamis, 31 ta' Mejju, 2007.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ