MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
Konferenza Stampa mill-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici
Chairman Kampanja Ħelsien Nazzjonali CN
L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000
€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
JEKK TIRRISPETTA L-KOSTITUZZJONI TA' PAJJIŻEK GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK JIRRISPETTA L-FEHMIET TIEGĦEK U MA JIVVOTAX FAVUR IL-KOSTITUZZJONI TA' L-UNJONI EWROPEA LI TKASBAR IL-KOSTITUZZJONI TA' MALTA.
IL-KOSTITUZZJONI TA' L-UNJONI EWROPEA TKASBAR
IL-KOSTITUZZJONI TA' MALTA
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA
L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Wara
l-“Le” fir-referendum Franċiż: Bla sens li l-Parlament Malti
jiddiskuti
l-Kostituzzjoni ta’ l-UE – Karmenu Mifsud Bonnici
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu
“Viva Franza
Ħielsa” kienu l-ewwel kelmiet li permezz tagħhom, Dr Karmenu Mifsud
Bonnici, il-Mexxej tal-Kampanja Ħelsien
Nazzjonali CNI,
fetaħ il-konferenza stampa li fiha ta r-reazzjoni pożittiva tiegħu
għad-deċiżjoni tal-poplu Franċiż li jivvota kontra l-Kostituzzjoni
Ewropea.
Dr Mifsud
Bonnici qal li l-persuni ta’ twemmin xellugi fi Franza injoraw għal
kollox il-pożizzjoni tal-Partit Soċjalista Franċiż u vvotaw
kontra l-Kostituzzjoni.
Qal li issa li hawn pajjiż li l-poplu tiegħu qal ċar u tond li ma
jridx din il-Kostituzzjoni, ikun bla sens u telf ta’ ħin li l-Parlament
Malti jiddiskuti l-Kostituzzjoni Ewropea preżenti,
għax la kien hemm pajjiż li rrifjutaha din il-kostituzzjoni ma tistax
tidħol fis-seħħ.
Huwa qal li t-trattat irid ikun emendat u għalhekk issa ma jagħmilx
sens li f’Malta jkun diskuss dan it-Trattat Kostituzzjonali, meta hi haga
ovvja li dan issa żgur li jrid jinbidel minħabba l-vot negattiv Franċiż.
Il-Mexxej tal-Kampanja Ħelsien
Nazzonali CNI
għamilha ċara li minkejja li r-riżultat Franċiż huwa
wieħed pożittiv, għax permezz tiegħu din il-Kostituzzjoni
Ewropea ma tistax tidħol fis-seħħ, is-CNI
se tkompli taħdem f’Malta minħabba li l-Gvern u
l-Oppożizzjoni
ftiehmu li xorta jkomplu mexjin bir-ratifika għal din il-Kostituzzjoni.
Dr Mifsud Bonnici qal li “dak li ġara fi Franza hu importanti ħafna
għal Ewropa ħielsa kollha kemm hi.
Il-poplu Franċiż irreżista l-prepotenza tal-burokratiċi
ta’ Brussels li jridu jdaħħlu f’morsa lill-pajjiżi ħielsa
permezz tal-Kostituzzjoni Ewropea.
Il-poplu Franċiż
m’aċċettax din il-Kostituzzjoni minħabba li l-politika rigida
ta’ l-Unjoni
Ewropea li ġġib il-qgħad
u l-inġustizzji.”
“Bħala CNI
konna qegħdin nistennew li wara li dak li ġara fi Franza, il-kampanja
u d-dibattitu fuq il-Kostituzzjoni Ewropea
f’Malta kien se jintemm. Franza hi wieħed mill-pajjiżi fundaturi
ta’ l-Unjoni Ewropea. Biss f’Malta il-Gvern u l-Oppożizzjoni
ftiehmu li jkomplu mexjin bir-ratifika tal-Kostituzzjoni
Ewropea, u għalhekk bħala CNI
se nkomplu għaddejjin bil-kampanja tagħna.
“Jekk Franza tibqa’ ma tirratifikax din il-Kostituzzjoni
Ewropea, il-Kostituzzjoni ma tistax tidħol fis-seħħ. Minħabba
dan ma jagħmilx sens u hu ħela ta’ ħin li l-Parlament
jiddiskuti din ir-ratifika.
“Huwa ċert li l-Kostituzzjoni kif inhi bħalissa ma tistax tidħol
fis-seħħ għax hemm pajjiż li rrifjutaha u għalhekk
żgur li jridu isiru tibdiliet fil-Kostituzzjoni. Jekk u meta jsiru dawn
it-tibdiliet, se jkun hemm bżonn ratifika oħra. Hu għalhekk li ma
jagħmilx sens li l-Parlament Malti ikompli miexi bir-ratifika”, qal Dr
Karmenu Mifsud Bonnici.
Il-Mexxej tas-CNI
enfasizza li “issa li t-Trattat Kostituzzjonali ma ġiex aċċettat
fi Franza, il-kwistjoni se tispiċċa quddiem il-Kunsill
Ewropew, għalkemm fi ftit jiem oħra se jsir magħruf ukoll
x’se tkun il-pożizzjoni ta’ l-Olanda fuq il-Kostituzzjoni, fejn
hemmhekk ukoll hu mistenni li l-poplu Olandiż jivvota kontra
l-Kostituzzjoni.

“Bħala CNI konna nistennew li l-Oppożizzjoni Laburista taħtaf l-opportunità u tgħid li se taħdem bla heda biex tbiddel l-aspetti negattivi, kif kien ġie deċiż f’konferenza ġenerali li kienet saret.
“Naħsbu
li l-maġġoranza tad-delegati Laburisti
ma jaċċettawx din il-Kostituzzjoni, anke wara r-riżultat li se joħroġ
fl-Olanda. Sa issa l-Partit Laburista għadu
ma ħax deċiżjoni dwar kif se jivvota fuq din il-Kostituzzjoni.
Il-Grupp Parlamentari esprima ruħu li se jivvota favur u anke l-Eżekuttiv.
Bħala CNI
niddeploraw il-fatt li l-Mexxej tal-Partit
Laburista, Dr. Alfred Sant, issa ukoll qiegħed jieħu linja u għamel
il-pożizzjoni tiegħu, meta l-Partit għadu ma ddeċidiex.”
Dr Karmenu Mifsud Bonnici qal li jekk il-Partit
Laburista jiddeċiedi li jagħmel gwerra lis-CNI,
is-CNI
ma jkollhiex triq oħra għajr dik li tara kif se tiddefendi ruħha.
Hu kkritika lil Dr Sant minħabba li
sentejn ilu kien jgħid mod, kemm fuq l-Unjoni Ewropea
u kemm fuq il-Kostituzzjoni, u issa qiegħed jgħid mod ieħor.
“Ma nistax nifhem kif sentejn ilu il-Partit
Laburista fil-Parlament ivvota kontra t-trattat u issa qiegħed jgħid
li se jivvota favur il-Kostituzzjoni. Dak li ġara fi Franza għandu
jiftaħ għajnejn il-Partit Laburista,
għax fi Franza minkejja li l-Partit Soċjalista kien favur
il-Kostituzzjoni, il-poplu vvota kontriha.“
Il-Mexxej tas-CNI
appella biex il-Laburisti li ma jaqblux
mal-pożizzjoni li l-Partit Laburista
jivvota favur il-Kostituzzjoni Ewropea, biex huma
juru l-għadab taghhom għall-Partit
Laburista.
Huwa qal li huwa għal kollox żbaljat meta jingħad li s-CNI
ma ħaditx sehem fil-kampanja tar-referendum.
Eddie Privitera elenka l-ħidma li għamlet is-CNI
fil-kampanja tar-referendum fuq l-Unjoni Ewropea u
qal li ħafna mill-ħidma li twettqet saret biss mis-CNI.
Ġurament ta' lealta` li jieħdu l-Membri Parlamentari kollha
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li nkun tassew fidili u leali lejn il-Poplu u r- Repubblika ta’ Malta u l-Kostituzzjoni tagħha. (Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ Prim Ministru jew Ministru ieħor jew Segretarju Parlamentari.
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment u skond il-kuxjenza d-dmirijiet tiegħi bħala (Prim Ministru/Ministru/Segretarju Parlamentari) skond il-Kostituzzjoni u l-liġijiet ta’ Malta, mingħajr biża’ jew favur. ( Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ President.
Jiena ..............................................., solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment il-kariga ta’ President (li naqdi fedelment il-funzjonijiet tal-President) ta’ Malta, u li, skond l-aħjar ħila tiegħi nikkonserva, inħares u niddefendi l-Kostituzzjoni ta’ Malta. (Hekk Alla jgħini).
Sezzjoni 6 tal-Kostituzzjoni ta' Malta
6. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (7) u (9) ta’ l-artikolu 47 u ta’ l-artikolu 66 ta’ din il-Kostituzzjoni, jekk xi liġi oħra tkun inkonsistenti ma’ din il-Kostituzzjoni, din il-Kostituzzjoni għandha tipprevali u l-liġi l-oħra għandha, safejn tkun inkonsistenti, tkun bla effett.
Artiklu I-6 tal-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea
Dritt ta' l-Unjoni
Il-Kostituzzjoni u l-liġijiet adottati mill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni fl-eżerċizzju tal-kompetenzi konferiti lilha għandhom jipprevalu fuq id-dritt ta’ l-Istati Membri.
Tista' tafda lil min jikser il-ĠURAMENT tiegħu/tagħha?
It-Tlieta, 31 ta’ Mejju, 2005.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar