MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
minn Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI
Lil Malta f’Jum il-Ħelsien
Aħna minn qalbna nsellmulek, Malta!
Ifraħ u thenna, Ġenna ta’ Sliem!
Fuqek qatt aktar barrani ma jaħkem.
Ħares ferħana, Malta, ‘l quddiem.
Tlajt sal-quċċata: minn hemm ħadd ma jniżżlek.
Ġensek iħarsek jibqa’ sat-tmiem.
Ifraħ! Jum ġdid, Malta, sebaħ għalik:
F’artek, Sultana, kulħadd mgħaxxaq bik.
Ħielsa tul għomrok kif int ma kont qatt.
Gieħek ma’ ħiltek kif jixraq irbatt.
Wasal sa fl-aħħar għalik il-ħelsien.
Beda sa fl-aħħar għalik l-egħżeż żmien.
KARMENU VASSALLO
Dan huwa l-Innu li nkiteb bħala tifkira għażiża għal Jum il-Ħelsien, 31 ta’ Marzu, 1979.
L-Indipendenza u l-Ħelsien reġgħu insterqulna bil-qerq u bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea
Ningħaqdu ħutna Maltin u Għawdxin biex nerġgħu nqalftu ‘l barra l-ħakkiem barrani dittatur kolonjalista ta’ l-Unjoni Ewropea li bil-konġura u l-qerq tiegħu flimkien mal-ĠUDIET li ma jixirqilhomx jissejħu Maltin u Għawdxin serqilna l-Indipendenza u l-Ħelsien tagħna.
Naħdmu u nħaffu ħalli ma ndumux ma nkunu nistgħu nerġgħu bil-ferħ inkantaw dan l-innu lill-għażiża Malta tagħna, Indipendenti u Ħielsa minn taħt il-ħakkiem barrani dittatur kolonjalista ta’ l-Unjoni Ewropea.
Qum fuq tiegħek, poplu Malti.
Tħallix li tibqa’ tiġi mkażbar mill-ħakkiem barrani dittatur kolonjalista ta’ l-Unjoni Ewropea.
Tħallix li tibqa’ tiġi mkażbar mill-ĠUDIET li ttradewk.
Tħallix li tibqa’ tiġi mkażbar mill-QUISLINGS li lesti jmexxu skond l-ordnijiet tal-ħakkiem barrani dittatur kolonjalista ta’ l-Unjoni Ewropea.
QUM FUQ TIEGĦEK POPLU MALTI U ERĠA’ DDIKJARA l-INDIPENDENZA U l-ĦELSIEN TIEGĦEK U TA’ l-GHAŻIŻA MALTA TAGĦNA MINN TAĦT IL-ĦAKKIEM BARRANI DITTATORJALI KOLONJALISTA TA’ L-UNJONI EWROPEA
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola liċ-
Chairman
CNI,
Dr
Karmenu Mifsud Bonnici B.A. LL.D.
81,
Triq Ġuże Pace,
Ħamrun.
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ