MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
Mill-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici
Chairman
Kampanja Ħelsien
Nazzjonali
CN
I
IL-KOSTITUZZJONI TA' L-UNJONI EWROPEA TKASBAR IL-KOSTITUZZJONI TA' MALTA
Il-Partit Laburista u l-Kostituzzjoni Unjoni Ewropea
L-ewwel Kummenti fuq it-tliet rapporti
NHAR it-Tlieta ċċaqalqet il-muntanja u ħoblot tliet ġrieden ta' l-imramma.
Mhux id-daqs għax tnejn minnhom ħoxnin ġmielhom.
Din hija l-impressjoni li ffurmajt meta qrajt it-tliet rapporti li l-Mexxej u d-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista qagħdu jagħtu konferenza ta' l-aħbarijiet biex juruhom lill-media, u li aktar tard, mort niġborhom mic-Ċentru Nazzjonali.
Qabel ma ngħid fejn ma naqbilx mar-rapporti u għax ma naqbilx, inħoss li minnufih għandi nagħmel kummenti ta' kritika dwar dak li ġara.
Tnejn mir-rapporti tlestew qabel Novembru tas-sena l-oħra u f'dawn il-ħames xhur li għaddew, jidher li la flewhom u lanqas studjawhom.
Ir-rapporti huma miżgħuda bi żbalji li jikxfu li f'ħames xhur lanqas biss sar 'proofreading' tagħhom.
Ingħad li wieħed mir-rapporti huwa ta' żewġ persuni.
Għalkemm huwa miktub fil-plural, skond it-tagħrif li għandi huwa ta' persuna waħda.
Mhux sewwa li min jaf b'dan, jagħti l-impressjoni li r-rapport huwa ta' tnejn.
Rappport minnhom jirrappreżenta l-opinjoni personali tal-kittieb.
Mhux sewwa li fir-rapport jingħad li huwa valutazzjoni mill-Partit Laburista.
Fuq kollox, ir-rapporti ma jiddiskutux punti fundamentali li l-Kostituzzjoni ta' l-UE tqanqal, filwaqt li punti oħrajn importanti huma diskussi jew b'mod superfiċjali jew għal kollox b'mod sfukat.
Jisgħobbija għad-Delegati Laburisti li se jingħataw rapporti ħoxnin wisq miżgħuda b'massa ta' kliem irrelevanti għall-kwistjonijiet li d-Delegati jridu jiddeċiedu, u fuq kollox, stampa mhux bilanċjata u ċara ta' l-argumenti favur u kontra.
Minkejja l-ostakli li qed insib biex ikolli aċċess personali għad-delegati, qed nagħmel li nista' biex inwasslilhom ir-raġunijiet li għalihom il-Partit Laburista m'għandux jivvota mal-Gvern favur il-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea li tippretendi li l-liġijiet li l-Unjoni tagħmel ikunu superjuri għall-Kostituzzjonji li għamel il-poplu Malti.
Ġurament ta' lealta` li jieħdu l-Membri Parlamentari kollha
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li nkun tassew fidili u leali lejn il-Poplu u r- Repubblika ta’ Malta u l-Kostituzzjoni tagħha. (Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ Prim Ministru jew Ministru ieħor jew Segretarju Parlamentari.
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment u skond il-kuxjenza d-dmirijiet tiegħi bħala (Prim Ministru/Ministru/Segretarju Parlamentari) skond il-Kostituzzjoni u l-liġijiet ta’ Malta, mingħajr biża’ jew favur. ( Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ President.
Jiena ..............................................., solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment il-kariga ta’ President (li naqdi fedelment il-funzjonijiet tal-President) ta’ Malta, u li, skond l-aħjar ħila tiegħi nikkonserva, inħares u niddefendi l-Kostituzzjoni ta’ Malta. (Hekk Alla jgħini).
Sezzjoni 6 tal-Kostituzzjoni ta' Malta
6. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (7) u (9) ta’ l-artikolu 47 u ta’ l-artikolu 66 ta’ din il-Kostituzzjoni, jekk xi liġi oħra tkun inkonsistenti ma’ din il-Kostituzzjoni, din il-Kostituzzjoni għandha tipprevali u l-liġi l-oħra għandha, safejn tkun inkonsistenti, tkun bla effett.
Artiklu I-6 tal-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea
Dritt ta' l-Unjoni
Il-Kostituzzjoni u l-liġijiet adottati mill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni fl-eżerċizzju tal-kompetenzi konferiti lilha għandhom jipprevalu fuq id-dritt ta’ l-Istati Membri.
Tista' tafda lil min jikser il-ĠURAMENT tiegħu/tagħha?
Il-Ħamis, 31 ta' Marzu, 2005.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola liċ-
Chairman
CNI,
Dr
Karmenu Mifsud Bonnici B.A. LL.D.
81,
Triq Ġuże Pace,
Ħamrun.
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar