MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin

u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

 

NAHILFU LI NEHILSU LIL MALTA MILL-JASAR, IL-KOLONJALIZMU U L-HAKMA DITTATORJALI ILLEGALI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

minn Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI

 

GĦID LILL-KANDIDAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!

 

Mis-sena 2009 il-Maltin u l-Għawdxin huma marbutin li jħallsu lill-Unjoni Ewropea €153,000 kuljum

 

Awtonomija għal Għawdex barra l-UE

 

minn Karmenu Mifsud Bonnici

 

Il-gżira ta’ Greenland kienet tagħmel parti mid-Danimarka u daħlet fl-Unjoni Ewropea meta d-Danimarka ssieħbet fl-Unjoni.

 

Iżda wara Greenland ħadet l-awtonomija mid-Danimarka u ħarġet mill-Unjoni Ewropea.

Bis-saħħa ta’ dan,
Greenland ħelset mill-ixkiel kollu tar-regoli u tal-politika tal-Unjoni u marret ħafna ’l quddiem ekonomikament wara li ħarġet mill-Unjoni u għamlet ftehim speċjali magħha.

Il-gżira ta’ Għawdex tmur tajjeb jekk tagħmel bħal Greenland.

 

Għawdex jista’ jsir reġjun awtonomu ta’ Malta u ma jibqax fl-Unjoni Ewropea u jeħles mir-restrizzjonijiet u l-piżijiet kollha tar-regoli u l-politika tal-Unjoni.

 

Għawdex awtonomu u barra mill-Unjoni jista’ javvanza ħafna ekonomikament, bħal ma għamlet Greenland meta ħadet l-awtonomija u ħarġet mill-Unjoni Ewropea.

Nistgħu naraw kemm is-sħubija fl-Unjoni Ewropea hija ta’ xkiel għal Għawdex, minn dak li Għawdxi prominenti, li għal ħafna snin serva ta’ Segretarju Permanenti fil-Ministeru għal Għawdex, is-Sur Frankie Psaila, kiteb dan l-aħħar f’ġurnal bl-Ingliż.

 

Is-Sur Psaila kiteb li mhux b’kumbinazzjoni li l-ebda investiment dirett barrani ma sar f’Għawdex minn mindu Malta applikat biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, u li minn dak iż-żmien ’l hawn, il-qgħad f’Għawdex żdied kull sena.

Dan seħħ, jisħaq is-Sur Psaila,

 għax l-Ujoni Ewropea ġegħlet lill-Gvern Malti

* jħassar il-liġi li bis-saħħa tagħha l-Gvern kien jagħti għajnuniet lill-industriji f’Għawdex,

* minħabba l-iżvantaġġi permanenti li dawn għandhom, fosthom,

* l-ispejjeż tat-trasport minn Malta għal Għawdex u minn Għawdex għal Malta,

* in-nuqqas ta’ suq lokali,

* iċ-ċokon tal-gżira u

* n-nuqqasijiet fir-riżorsi umani.

Il-liġi tal-Unjoni Ewropea tqis li huwa kontra r-regoli tas-suq komuni tal-Unjoni li l-Gvern jagħti għajnuna lil kumpaniji li joperaw f’Għawdex.

 

Għax skont l-Unjoni, l-għajnuna mill-Gvern tistorna l-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni billi tagħti vantaġġ lill-kumpaniji li tingħatalhom u li joperaw f’Għawdex.

Iżda kif qal sewwa s-Sur Psaila, ħadd f’sensih ma jista’ jaħseb li l-esportazzjoni minn Għawdex tista’ tistorna l-kompetizzjoni fis-suq Ewropew jew fis-suq mondjali.

 

Is-Sur Psaila fakkar li l-Gvern Malti, meta kien qiegħed jinnegozja mal-Unjoni Ewropea l-ftehim tas-sħubija, ipprova jipperswadiha biex tagħti trattament speċjali lil Għawdex minħabba l-iżvantaġġi tiegħu.

Meta ma rnexxielux, il-Gvern ipprova jinnegozja protokol għal Għawdex, iżda l-Unjoni Ewropea ma riedet taf b’xejn.


Għalhekk il-Gvern Malti kellu jikkuntenta li jagħmel sempliċi dikjarazzjoni unilaterali mat-Trattat ta’ sħubija ta’ Malta fl-Unjoni, li tgħid li meta l-Unjoni tkun se tiddeċiedi dwar il-baġit tagħha, il-Gvern Malti jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex isir rapport dwar il-qagħda ekonomika u soċjali ta’ Għawdex.

Dan kollu jsir biex il-Kummissjoni tikkonsidra x’miżuri jittieħdu ħalli tonqos id-differenza bejn Għawdex u Malta u biex Għawdex jintegra aktar fis-suq komuni intern tal-Unjoni.

 

Din it-talba baqgħet ma saritx minn Malta qabel ma l-Unjoni ddeċidiet dwar il-baġit tagħha għas-snin 2007-2013.

Għalkemm ħafna Għawdxin kienu ttamaw li s-sħubija fl-Unjoni Ewropea

* ma kinitx se tħalli lil Għawdex fil-periferija (it-truf) tal-kontinent tal-Ewropea,

* jew li kienet se ġġib fix-xejn il-fatt li Għawdex huwa maqtugħ minn Malta,

* barra li huwa maqtugħ mill-kontinent tal-Ewropa,

* illum sabu li s-sħubija mhux biss ma ħolqotx opportunitajiet kbar għall-ekonomija ta’ Għawdex,

* iżda l-liġi u r-regoli tal-Unjoni taqqlu ħafna l-ħajja għall-impjegati fil-qasam tal-manifattura u

* f’partijiet mis-settur turistiku u saħansitra tellfulhom l-impjieg tagħhom.

 

Aħna naħsbu li jagħmlu tajjeb l-Għawdxin jekk jikkonsidraw kemm ikun aktar vantaġġjuż għalihom

* li ma jibqgħux imseħbin fl-Unjoni Ewropea u

* jkunu jistgħu jfasslu politika fiskali u kummerċjali u industrijali

* mingħajr ix-xkiel tal-Unjoni Ewropea, u

* b’hekk jattiraw għal Għawdex investiment dirett barrani li joħloq opportunitajiet ta’ xogħol u

* mpjieg għaż-żgħażagħ Għawdxin.

* Kull m’għandhom jagħmlu hu li jħarsu lejn Greenland,

* jitolbu l-awtonomija u

* joħorġu mill-Unjoni Ewropea u

* jagħmlu ftehim speċjali magħha,

* bħal ma għamlet Greenland.

 

IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Tlieta, 30 ta’ Diċembru, 2008

 

<< Lura <<

 

e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk 

 

Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna

 

Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien

 

Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien? 

Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.

 

Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-

Segretarju Finanzjarju  CNI,

60A, Triq id-Dejqa,

Valletta

Isem .......................................................

Indirizz ...................................................

ID Numru ...............................................

 

Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek

 

Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ