MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LILL-KANDIDAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000
€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
Awtonomija għal Għawdex barra l-UE
minn Karmenu Mifsud Bonnici
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu
Il-gżira ta’
Greenland kienet
tagħmel parti mid-Danimarka u daħlet fl-Unjoni Ewropea meta d-Danimarka ssieħbet
fl-Unjoni.
Iżda wara
Greenland ħadet l-awtonomija
mid-Danimarka u ħarġet mill-Unjoni Ewropea.
Bis-saħħa ta’ dan,
Greenland
ħelset mill-ixkiel kollu tar-regoli u tal-politika tal-Unjoni u marret ħafna ’l
quddiem ekonomikament wara li ħarġet mill-Unjoni u għamlet ftehim speċjali
magħha.
Il-gżira ta’ Għawdex
tmur tajjeb jekk tagħmel bħal Greenland.
Għawdex
jista’ jsir reġjun awtonomu ta’ Malta u ma jibqax fl-Unjoni Ewropea u jeħles
mir-restrizzjonijiet u l-piżijiet kollha tar-regoli u l-politika tal-Unjoni.
Għawdex
awtonomu u barra mill-Unjoni jista’ javvanza ħafna ekonomikament, bħal ma
għamlet Greenland meta ħadet l-awtonomija u ħarġet mill-Unjoni Ewropea.
Nistgħu naraw kemm is-sħubija fl-Unjoni Ewropea hija ta’ xkiel għal Għawdex,
minn dak li Għawdxi prominenti, li għal ħafna snin serva ta’ Segretarju
Permanenti fil-Ministeru għal Għawdex, is-Sur Frankie Psaila, kiteb dan l-aħħar
f’ġurnal bl-Ingliż.
Is-Sur Psaila kiteb li mhux
b’kumbinazzjoni li l-ebda investiment dirett barrani ma sar f’Għawdex minn mindu
Malta applikat biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea, u li minn dak iż-żmien ’l hawn,
il-qgħad f’Għawdex żdied kull sena.
Dan seħħ, jisħaq is-Sur Psaila,
għax
l-Ujoni Ewropea
ġegħlet lill-Gvern Malti
* jħassar il-liġi li bis-saħħa tagħha l-Gvern kien jagħti għajnuniet lill-industriji f’Għawdex,
* minħabba l-iżvantaġġi permanenti li dawn għandhom, fosthom,
* l-ispejjeż tat-trasport minn Malta għal Għawdex u minn Għawdex għal Malta,
* in-nuqqas ta’ suq lokali,
* iċ-ċokon tal-gżira u
*
n-nuqqasijiet fir-riżorsi umani.
Il-liġi tal-Unjoni Ewropea tqis li huwa kontra r-regoli tas-suq komuni
tal-Unjoni li l-Gvern jagħti għajnuna lil kumpaniji li joperaw f’Għawdex.
Għax skont l-Unjoni, l-għajnuna
mill-Gvern tistorna l-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni billi tagħti vantaġġ
lill-kumpaniji li tingħatalhom u li joperaw f’Għawdex.
Iżda kif qal sewwa s-Sur Psaila, ħadd f’sensih ma jista’ jaħseb li l-esportazzjoni
minn Għawdex tista’ tistorna l-kompetizzjoni fis-suq Ewropew jew fis-suq
mondjali.
Is-Sur Psaila fakkar li l-Gvern
Malti, meta kien qiegħed jinnegozja mal-Unjoni Ewropea l-ftehim tas-sħubija,
ipprova jipperswadiha biex tagħti trattament speċjali lil Għawdex minħabba l-iżvantaġġi
tiegħu.
Meta ma rnexxielux, il-Gvern ipprova jinnegozja protokol għal Għawdex, iżda l-Unjoni
Ewropea ma riedet taf b’xejn.
Għalhekk il-Gvern Malti kellu jikkuntenta li jagħmel sempliċi dikjarazzjoni
unilaterali mat-Trattat ta’ sħubija ta’ Malta fl-Unjoni, li tgħid li meta l-Unjoni
tkun se tiddeċiedi dwar il-baġit tagħha, il-Gvern Malti jitlob lill-Kummissjoni
Ewropea biex isir rapport dwar il-qagħda ekonomika u soċjali ta’ Għawdex.
Dan kollu jsir biex il-Kummissjoni tikkonsidra x’miżuri jittieħdu ħalli tonqos
id-differenza bejn Għawdex u Malta u biex Għawdex jintegra aktar fis-suq komuni
intern tal-Unjoni.
Din it-talba baqgħet ma saritx minn
Malta qabel ma l-Unjoni ddeċidiet dwar il-baġit tagħha għas-snin 2007-2013.
Għalkemm ħafna Għawdxin kienu ttamaw li s-sħubija fl-Unjoni Ewropea
* ma kinitx se tħalli lil Għawdex fil-periferija (it-truf) tal-kontinent tal-Ewropea,
* jew li kienet se ġġib fix-xejn il-fatt li Għawdex huwa maqtugħ minn Malta,
* barra li huwa maqtugħ mill-kontinent tal-Ewropa,
* illum sabu li s-sħubija mhux biss ma ħolqotx opportunitajiet kbar għall-ekonomija ta’ Għawdex,
* iżda l-liġi u r-regoli tal-Unjoni taqqlu ħafna l-ħajja għall-impjegati fil-qasam tal-manifattura u
* f’partijiet mis-settur turistiku u saħansitra tellfulhom l-impjieg tagħhom.
Aħna naħsbu li jagħmlu tajjeb l-Għawdxin jekk jikkonsidraw kemm ikun aktar vantaġġjuż għalihom
* li ma jibqgħux imseħbin fl-Unjoni Ewropea u
* jkunu jistgħu jfasslu politika fiskali u kummerċjali u industrijali
* mingħajr ix-xkiel tal-Unjoni Ewropea, u
* b’hekk jattiraw għal Għawdex investiment dirett barrani li joħloq opportunitajiet ta’ xogħol u
*
mpjieg għaż-żgħażagħ
Għawdxin.
*
Kull m’għandhom jagħmlu hu li
jħarsu lejn
Greenland,
* jitolbu l-awtonomija u
* joħorġu mill-Unjoni Ewropea u
* jagħmlu ftehim speċjali magħha,
* bħal ma għamlet Greenland.
Il-Tlieta, 30 ta’ Diċembru, 2008
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola liċ-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ