MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
minn Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €360,000,000
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ
Fid-dikjarazzjoni
solenni magħmula fid-29 ta‘ Marzu, 2004, il-Kampanja Ħelsien
Nazzjonali (CNI)
mhux biss ċaħdet it-trattat ta’ sħubija ta’ Malta fl-Unjoni
Ewropea, li kien iffirmat minn Eddie Fenech Adami u Joe Borg (illum President
tar-Repubblika u Kummissarju Ewropew rispettivament).
Iżda wriet ukoll li dak it-trattat imur kontra dak li jgħidu d-dikjarazzjonijiet,
riżoluzzjonijiet, tratti, ftehim u konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda
(ĠM).
Intqal
fid-dikjarazzjoni solenni li fost dawn hemm:
(1) “Is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea tfisser li Malta titlef id-drittijiet
tagħha fuq ħafna riżorsi naturali li skond ir-Riżoluzzjoni
ta’ l-Assemblea Ġenerali ta’ l-ĠM
ta’ l-14 ta’ Diċembru, 1962, dwar il-“Permanent Sovereignty over
Natural Resources”, għandhom jintużaw għall-iżvilupp u l-ġid
tal-poplu Malti.”
(2) “L-indħil, l-isforzar u t-theddid ta’ l-Unjoni Ewropea fuq il-poplu
ta’ Malta ħalli jivvota favur sħubija fl-Unjoni Ewropea jiksru
l-‘International Covenant on Civil and Political Rights’ u
l-‘International Covenant on Economic, Social and Cultural Rights’ li l-Assemblea
Ġenerali tal-ĠM addottat fis-16 ta’ Diċembru, 1996.”
Theddida
għas-sigurtà
Fid-dikjarazzjoni
solenni tas-CNI
ikompli jingħad:
(3) “Ir-rabtiet u r-restrizzjonijiet li l-Unjoni Ewropea mponiet fuq Malta
jxekklu bil-bosta d-dritt ta’ Malta li tirregola l-attivitajiet tal-barranin
f’Malta u jxekklu ħafna d-dritt ta’ Malta li tagħżel liema
sistemi ekonomiċi u soċjali tħaddem, skond il-ħtiġijiet
tal-pajjiż u dawk ir-rabtiet u restrizzjonijiet imorru kontra ċ-‘Charter
of Economic Rights and Rights of States’ li l-Assemblea Ġenerali tal-ĠM
addottat fit-12 ta’ Diċembru, 1974.
(4) “Fuq kollox, il-ftehim ta’ sħubija li Malta nnegozjat ma’ l-Unjoni
Ewropea huwa ta’ ħsara għas-sigurtà u s-sliem tal-poplu Malti għax
iħassar l-istatus ta’ newtralità u mhux ta’ ġid għall-poplu
Malti billi ċaħad lill-Gvern Malti mill-mezzi ħalli jħares u
jkattar ix-xogħol u l-impjiegi f’Malta.”
Stqarrija
solenni
Id-dokument tas-CNI maħruġ fid-29 ta’ Marzu, 2004, jispiċċa b’din id-dikjarazzjoni:
“Minħabba
dawn il-fatti u dawn ir-raġunijiet, aħna, il-Kampanja Ħelsien
Nazzjonali (CNI),
solennement nistqarru:
Li l-poplu Malti għandu dritt jaħdem biex iħassar it-trattat
tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea;
Li l-poplu Malti għandu dritt li jikseb lura l-Ħelsien sħiħ,
l-Indipendenza u s-sovranità nazzjonali;
Li l-poplu Malti għandu dritt li jerġa’ jħaddem politika ta’
newtralità attiva u ta’ koperazzjoni paċifika mal-popli kollha li bħalu
jemmnu u jħaddmu l-istess politika;
Li aħna mhux se nieqfu milli nissaraw bla biża’ biex inħeġġu
lill-poplu ta’ Malta u Għawdex ħalli jaħdem biex dawn l-għanijiet
nazzjonali qaddisa jintlaħqu.
Bħala xiehda tar-rieda soda tagħna, aħna qegħdin nibgħatu
din id-dikjarazzjoni solenni lill-għaqda tal-Ġnus Magħquda u qegħdin
nitolbu bir-rispett lis-Segretarju tagħha ħalli jqiegħda fl-arkivji
ta’ l-għaqda u biex jikkomunikaha lill-istati membri kollha tagħha.
Aħna
qegħdin ukoll nibgħatu din id-dikjarazzjoni solenni lill-membri kollha
tal-Parlament Ewropew u lill-istati membri kollha ta’ l-Unjoni Ewropea bit-tama
li tnissel fihom indiema għall-ħsara kollha li l-ħatfa ta’
Malta min-naħa ta’ l-Unjoni Ewropea qiegħda tikkaġuna
lill-poplu ta’ Malta u ta’ Għawdex.
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ!”
Il-Kostituzzjoni
ta’ l-UE ttellifna l-Indipendenza u l-Ħelsien
It-trattat
tal-Kostituzzjoni l-ġdida ta’ l-Unjoni Ewropea se jiġi ffirmat mill-Kapijiet
ta’ l-Istati u l-Gvernijiet tal-25 pajjiżi membri ta’ l-Unjoni f’Ruma
fid-29 ta’ Ottubru, 2004.
Il-25 pajjiż membru ta‘ l-Unjoni jkollhom sentejn żmien biex
jirratifikaw (japprovaw) it-trattat.
F’xi wħud mill-pajjiżi membri r-ratifika ssir b’votazzjoni fil-parlamenti nazzjonali.
F’Malta
r-ratifika ssir b’votazzjoni fil-Parlament Malti.
Minbarra r-ratifika mill-25 pajjiż membru, it-trattat irid jiġi
approvat ukoll mill-Parlament Ewropew.
Il-Parlament
Ewropew mistenni jkun l-ewwel wieħed li japprovaha.
Dan se jsir f’sessjoni plenarja tal-Parlament li se
jkun hemm fi Strasbourg fil-15 ta’ Diċembru ta’ din is-sena, biex dan
il-fatt ikollu influwenza fuq il-popli tal-25 pajjiż membru ta’ l-Unjoni
favur il-Kostituzzjoni l-ġdida ta’ l-Unjoni.
Qabel, fil-25 ta’ Novembru, se jkun hemm laqgħa li fiha jieħdu sehem
organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) biex dawn jingħataw tagħrif
dwar il-Kostituzzjoni l-ġdida, jiddiskutuha u mbagħad jagħmlu
propaganda favuriha fil-pajjiżi rispettivi tagħhom.
Kampanja
kbira ta' propaganda
L-Unjoni
Ewropea biħsiebha tagħmel propaganda kbira favur il-Kostituzzjoni l-ġdida
u għal dan l-għan se tibgħat delegazzjonijiet mill-Kumitat ta’
l-Affarijiet Kostituzzjonali tal-Parlament Ewropew biex iżuru l-parlamenti
nazzjonali matul l-2005.
F’numru ta’ pajjiżi membri ta’ l-Unjoni, l-għadd ta’ persuni
li ma jaqblux mal-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni m’huwiex żgħir.
F’xi
wħud mill-pajjiżi membri, l-oppożizzjoni għall-Kostituzzjoni
hija kbira u anke huwa stmat li dawk kontriha huma fil-maġġoranza.
Sabiex il-Kostituzzjoni tiġi approvata, l-UE qiegħda tippjana strateġija
differenti għal kull pajjiż membru u qiegħda tikkordina l-istrateġija
tad-diversi pajjiżi.
Fil-5
ta’ Ottubru se ssir laqgħa informali tal-Ministri ta’ l-Affarijiet
Barranin tal-pajjiżi membri ħalli janalizzaw l-isforzi li qegħdin
isiru biex l-UE tfisser lilha nfisha lill-popli tal-pajjiżi membri u biex
jiflu t-tħejjijiet għar-referenda popolari u għall-votazzjonijiet
fil-parlamenti nazzjonali.
Huwa għalhekk mistenni li l-Unjoni Ewropea se tonfoq fondi kbar fi
propaganda favur il- Kostituzzjoni l-ġdida li fasslet.
Nuqqas
ta' approvazzjoni tal-Kostituzzjoni
Minkejja l-propaganda enormi favur il-Kostituzzjoni l-ġdida din tista’ ma tiġix approvata fil-pajjiżi kollha ta’ l-Unjoni.
Din il-possibbiltà qiegħda tħasseb lil xi mexxejja ta’ l-Unjoni.
Fost
dawn hemm il-President tal-Kummissjoni Ewropea Romano Prodi, li f’dawn il-ġranet
sostna li ħaġa bħal din tkun traġedja għall-Unjoni.
Huwa fatt li biex il-Kostituzzjoni l-ġdida tidħol fis-seħħ
kif tfasslet trid tiġi approvata minn kull wieħed mill-25 pajjiż
membru ta’ l-Unjoni.
Jekk dan ma jseħħx, jista’ jkun hemm sforz biex isiru diskussjonijiet mill-ġdid dwar bidliet fil-Kostituzzjoni.
Tista’
titlaqqa’ Konvenzjoni oħra ħalli tagħmel it-tibdil mixtieq.
Iżda jista’ jagħti l-każ li l-pajjiżi membri li japprovaw
il-Kostituzzjoni l-ġdida kif saret, jiddeċiedu li japplikawha għalihom
anke jekk xi pajjiż membru jew xi pajjiżi membri ma jkunux marbutin
biha.
F’dak
il-każ ikun irid jiġi deċiż jekk il-pajjiż jew pajjiżi
li ma jintrabtux bil-Kostituzzjoni l-ġdida għandhomx jibqgħu
membri sħaħ ta’ l-UE.
Li huwa ċert hu li mingħajr il-Kostituzzjoni l-ġdida, l-Unjoni Ewropea tibqa’ l-Unjoni Ewropea tal-lum, skond ma kien ġie miftiehem tliet snin ilu f’Nizza, fil-laqgħa tal-Kapijiet ta’ l-Istati u Gvernijiet tal-15-il pajjiż membru u ta’ l-għaxar pajjiżi, fosthom Malta, li kienu qegħdin jinnegozjaw biex isiru membri ta’ l-Unjoni.
Mexxejja
politiċi fil-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni ma jaqblux ma’ Romano
Prodi u jsostnu li tkun grazzja minn Alla li l-Kostituzzjoni l-ġdida ta‘
l-Unjoni ma tiġix approvata.
Dawn jisħqu li l-għan tal-paċi bejn il-pajjiżi membri ta’
l-Unjoni, kif ukoll l-għan tal-koperazzjoni bejniethom ħalli jiżviluppaw
ekonomikament u soċjalment, jistgħu faċilment jinkisbu mingħajr
ma l-pajjiżi membri jgħaddu aktar mis-setgħat tagħhom
lill-istat il-ġdid u kbir li l-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni qiegħda toħloq.
Anki aħna f’Malta nemmnu f’dan.
Pajjiżna jista’ jimxi ’l quddiem fil-ġejjieni kif irnexxielu fis-snin imgħoddija li fihom kien indipendenti u ħieles.
Bil-Kostituzzjoni
l-ġdida nitilfu l-Indipendenza u l-Ħelsien.
Xtarru sewwa dawn:
L-impatt
ta’ inizjattiva ta’ l-UE
Ftit
ilu tħabbar li l-Unjoni Ewropea qiegħda tithaddet ma’ Iżrael
ħalli jieħu sehem fil-programm ta’ l-Unjoni magħruf bħala
“European Neighbourhood Programme” jew bħala “Wider European
Initiative”.
Dan għandu l-għan li jgħolli l-livell tar-relazzjonijiet ta’ l-Unjoni
Ewropea ma’ ċirku ta’ madwar 14-il pajjiż li jdawru l-Unjoni,
billi jkun hemm aċċess ħieles bejnhom u l-Unjoni ta’ prodotti,
servizzi, kapital u nies.
Fl-ewwel
mewġa ta’ pajjiżi li magħhom l-Unjoni trid tiddiskuti hemm Iżrael,
il-Ġordan, il-Marokk, it-Tuneżija u l-Ukrajna.
Jekk il-ftehim ta’ l-Unjoni jseħħ ma’ dawn il-pajjiżi, nies
mill-pajjiżi msemmijin jingħataw id-dritt li jmorru joqogħdu u jaħdmu
fil-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropea, inkluża Malta.
Din tkun problema oħra għal pajjiżna.
Iżda
l-membri Maltin fil-Parlament Ewropew jidhru aktar interessati jiftaħru li
tant il-Gvern Malti mhu xejn, li lanqas jista’ jkompli jdaħħal taxxa
minn fuq id-dixxijiet tas-satellita, milli jhabblu rashom dwar kif ir-regoli ta’
l-Unjoni se jolqtuna ħażin bit-twettiq ta’ l-“European
Neighbourhood Programme” ta’ l-Unjoni.
Anke
l-partiti politiċi Maltin ma jidhrux li jimportahom dwar l-impatt li dan se
jkollu fuq l-impjiegi tal-ħaddiema Maltin.
Huma
biss marru tajjeb!
Erbat
ijiem ilu l-għaqdiet tal-bdiewa f’pajjiżna qamu kontra l-Gvern għax
sabu li l-ftehim li kien għamel ma’ l-Unjoni Ewropea se jħarbathom.
Issa l-għaqdiet tas-sajjieda f’pajjiżna waqfu lill-Gvern għax
intebħu li r-regoli ta’ l-Unjoni Ewropea li l-Gvern kien aċċetta,
ma jgħoddux għas-sajd f’pajjiżna.
Kemm il-ftehim dwar il-biedja, kif ukoll il-ftehim dwar is-sajd, huma t-tnejn
opri ta’ Fenech Adami, il-Ministru Joe Borg u Cachia Caruana li kien in-negozjatur
ewlieni tal-Gvern Malti fid-diskussjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea dwar
il-ftehim tas-sħubija ta‘ Malta fl-Unjoni.
Dawn it-tliet min-nies kienu responsabbli għall-ftehim li tant ftaħru
kemm kien tajjeb bil-ħila tagħhom u issa qed jinstab kemm huwa ħażin
minħabba l-inkompetenza tagħhom.
Imma issa l-bdiewa u s-sajjieda tagħna qegħdin iħallsu qares
talli emmnuhom.
Mhux
hekk qed jagħmel Fenech Adami li “kontra qalbu” spiċċa
President tar-Repubblika. Joe Borg ukoll mar tajjeb għax inħatar
Kummissarju Ewropew tas-Sajd, meta wera li lanqas fis-sajd f’pajjiżna ma
kien jifhem.
U Cachia Caruana, in-negozjatur ewlieni li tant ippoża kemm kellu ħila
jikseb kundizzjonijiet tajbin għal pajjiżna u issa qegħdin naraw
x’diżastru ġabilna, mar tajjeb ukoll, għax ħatruh
ambaxxatur ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea.
L-ewwel bravura li rnexxielu jagħmel kien li jgħabbina b’dejn ta’
Lm10 miljun bix-xiri ta’ dar fi Brussels, li hija kbira d-doppju ta’ dak li
għandna bżonn.
Il-Ħamis, 30 ta’ Ottubru, 2004
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola liċ-
Chairman
CNI,
Dr
Karmenu Mifsud Bonnici B.A. LL.D.
81,
Triq Ġuże Pace,
Ħamrun.
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ