MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LILL-KANDIDAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000
In-newtralità tagħna mħarsa biss bil-kliem
minn Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI
Araw kif tassew nistgħu nitilqu mill-Unjoni Ewropea
Dan huwa video tal-Parlament Ewropew
Id-dħul
spiss fil-Port il-Kbir ta’ għadd kbir ta’ bċejjeċ tal-gwerra
huwa xempju ta’ l-ipokresija tal-Gvern Malti u tal-pajjiżi ta’ l-Unjoni
Ewropea li qalu li sejrin iħarsu n-newtralità skond il-Kostituzzjoni ta’
Malta.
Skond il-Kostituzzjoni tagħna, il-preżenza ta’ forzi militari barranin f’għadd kbir u fl-istess waqt jammonta għall-ksur tan-newtralità ta’ pajjiżna.
Meta fi żmien ta’ gwerra jidħlu bċejjeċ tal-gwerra ta’ pajjiż imdaħħal fil-ġlied, inkunu qegħdin niksru n-newtralità.
Minkejja
dan, bċejjeċ Ingliżi u Amerikani tal-gwerra daħlu fil-port
tagħna aktar minn darba waqt il-gwerra li l-Amerika u l-Ingilterra għamlu
lill-Iraq.
In-newtralità
irrilevanti
Sa
tliet snin ilu l-Unjoni Ewropea kienet tistqarr li dak li l-Kostituzzjoni tagħna
tgħid dwar in-newtralità kien ta’ ostaklu għall-ftehim tas-sħubija
ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
Sa sentejn ilu l-Prim Ministru Fenech Adami kien jgħid li n-newtralità
hija llum irrilevanti, jigifieri, ma kinetx tiswa għaż-żminijiet
tal-lum.
Meta l-Kummissjoni Ewropea sabet ma’ wiċċha l-oppożizzjoni mis-CNI
u mill-FMI
għall-ksur tan-newtralità skond il-Kostituzzjoni ta’ Malta, hija fetħet
għajnejn il-Gvern Malti għall-inkwiet li kien se jidħol fih jekk
kien jibqa’ jgħid li n-newtralità kienet irrilevanti.
Fenech Adami għalhekk
biddel id-diska.
Mhux talli l-Gvern Malti ma baqax jgħid li n-newtralità kienet irrilevanti,
iżda saħansitra talab lill-Unjoni Ewropea ħalli hija tagħrafha
fil-ftehim li Malta kienet se tagħmel magħha.
Iżda
għadd ta’ pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropea, fosthom il-Ġermanja
u Franza, ma accettawx li jiddikjaraw li jagħrfu n-newtralità ta’ pajjiżna
fil-ftehim tas-sħubija.
Dikjarazzjoni
unilaterali biss
Għalhekk
meta l-Gvern sab li l-Unjoni Ewropea ma kinitx lesta tagħraf fit-trattat ta’
sħubija n-newtralità ta’ pajjiżna, il-Gvern kellu jikkuntenta
b’dikjarazzjoni li jagħmel huwa biss u li tiġi mehmuza mat-Trattat
li ġie ffirmat f’Ateni fis-16 ta’ April.
Mhux biss id-dikjarazzjoni tan-newtralità ta’ Malta hija biss tal-Gvern Malti,
iżda minnufih qabel id-dikjarazzjoni fit-Trattat hemm dikjarazzjoni oħra
tal-15-il membri preżenti kollha ta’ l-Unjoni li tgħid li kull
dikjarazzjoni magħmula mill-pajjiżi ġodda li kienu se jissieħbu
fl-Unjoni ma kinetx tiswa aktar mir-regoli u l-kundizzjonijiet li bihom il-pajjiżi
ġodda kienu qegħdin jintrabtu.
Din id-dikjarazzjoni tal-15-il pajjiż li llum huma membri ta’ l-Unjoni
Ewropea li ntehmżet mat-Trattat tas-16 ta’ April iġġib fix-xejn
il-kliem tal-Prim Ministru Malti u tal-Gvern meta jgħidu li l-Unjoni
Ewropea ntrabtet li tħares in-newtralità ta’ Malta.
Fil-fatt il-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropea m’humiex qegħdin
jirrispettaw in-newtralità tagħna meta huma jibagħtu bċejjeċ
tal-gwerra tagħhom fil-Port il-Kbir tagħna, bħal ma għamlu
meta ġimgħatejn ilu daħlet skwadra tan-NATO u damet hawn għal
xi erbat ijiem.
Il-ftehim
ma' l-UE igerrex l-industriji u l-kumpaniji
Il-ħsara
tal-ftehim li l-Gvern Nazzjonalista għamel ma’ l-Unjoni Ewropea bdiet tinħass
anki qabel ma Malta tissieħeb fl-Unjoni fl-1 ta’ Mejju tas-sena d-dieħla.
L-aħbar
xokkanti li l-kumpanija ta’ l-elettronika ST Microelectronics ta’ Ħal
Kirkop se tieħu parti mix-xogħol li kien qiegħed jinħadem
fil-fabbrika tagħha f’Malta għall-fabbrika tagħha fil-Marokk
kixfet il-verità dwar l-effetti ħżiena tal-ftehim ma’ l-Unjoni
Ewropea.
L-effetti tal-ftehim fuq l-industrija tal-manifattura u fuq l-industrija
tas-servizzi se jkunu diżastrużi għal Malta.
L-ispejjeż jogħlew minħabba l-ftehim u b’hekk il-manifattura u s-servizzi f’Malta jsiru anqas kompetittivi milli huma llum.
It-tnaqqis
fil-kompetittività iġiegħel l-industriji u l-kumpaniji li llum għandna
f’Malta biex ifittxu li jmorru f’pajjiżi oħra barra l-Unjoni
Ewropea fejn l-ispejjeż huma inqas u għalhekk l-industriji u l-kumpaniji
jistgħu jkunu aktar kompetittivi.
Il-kobor
tas-suq mhux kollox
Il-propagandisti
tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea kienu jħambqu li meta Malta tidħol
fis-suq kbir ta’ l-Unjoni Ewropea l-industriji jikbru u l-kumpaniji jiżdiedu.
Issa
li Malta ntrabtet li tidħol fl-Unjoni Ewropea fl-ewwel ta’ Mejju tas-sena
d-dieħla, mhux talli l-industriji mhux qegħdin jikbru u l-kumpaniji
mhux qegħdin jiżdiedu, iżda saħansitra qegħdin naraw
dawk li għandna llum jonqsu għax jew jagħlqu għax ma jifilħux
ikomplu, jew jagħlqu ġalli jmorru jiftħu f’pajjiżi oħra
barra l-Unjoni Ewropea.
Iż-żieda fl-ispejjeż minħabba l-ftehim li l-Gvern għamel
ma’ l-Unjoni Ewropea ma jolqotx biss lill-industriji u l-kumpaniji li llum
hawn f’pajjiżna.
Jolqot ħażin ukoll lill-investiment barrani ġdid li minħabba fih ma jiġix lejn pajjiżna iżda li kieku ma kellniex il-ftehim ma’ l-Unjoni Ewropea, kien jinġibed lejn pajjiżna bl-inċentivi u l-għajnuniet li konna nagħtu.
Għax
issa minħabba l-ftehim li l-Gvern Nazzjonalista għamel ma’ l-Unjoni
Ewropea, lanqas nistgħu nkomplu nagħtu l-inċentivi u l-għajnuniet
lill-industriji u lill-kumpaniji biex joperaw minn Malta.
L-akbar
ħsara lill-haddiema
It-telf ta’ industriji u ta’ kumpaniji milli jiġu f’pajjiżna jew billi jitilqgħu minn pajjiżna huwa kbir għall-ekonomija tagħha.
Iżda
huwa l-agħar mill-ħaddiema li jitilfu l-impjieg u għaż-żgħażagħ
li jitilfu l-opportunitajiet ta’ mpjiegi ġodda għalihom.
Jekk il-Gvern Nazzjonalista ma jimpurtaħx mill-ħaddiema li jiġu
ssensjati u miż-żgħażagħ li ma jsibux fejn jaħdmu,
il-General Workers’ Union u l-Partit Laburista żgur li jinteressahom
ħafna.
Għalhekk
huwa mistenni li kemm l-Union kif ukoll il-Partit jibqgħu jħabbirku
biex ma nħallux iseħħu l-effetti ħżiena tal-ftehim.
L-Unjoni
Ewropea ċimiterju għall-industrija u l-informatika
Rapporti
minn ħafna pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropea jgħidu li l-qagħda
ta’ l-ekonomija hija mwegħra.
Skond
l-ekonomisti, il-qagħda ekonomika se teħżien għal li ġej.
Uffiċjali ta’ 'trade unions' tal-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni
Ewropea jbassru żminijiet koroħ kemm fil-qasam ta’ l-industrija
tal-manifattura kif ukoll fil-qasam tas-servizzi.
Uffiċjal ta’ 'trade union' Daniża stqarr li għal li ġej,
l-Ewropa se tkun ċimiterju ta’ l-industriji għax il-fabbriki
tal-manifattura qegħdin jitilqgħu mill-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni
Ewropea u jiftħu f’pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea.
L-istess
qiegħed jiġri fil-każ ta’ kumpaniji ta’ l-informatika u
tal-kompjuters.
Fil-każ tal-fabbriki tal-manifattura, dawn l-aktar li qegħdin ifittxu
hu li jmorru fiċ-Ċina.
Fil-każ
tal-kumpaniji ta’ l-informatika u tal-kompjuters, l-aktar li qegħdin
imorru hu lejn l-Indja.
Din il-mewġa ta’ emigrazzjoni mill-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni
Ewropea ta’ kumpaniji u ta’ fabbriki qiegħda tkun kaġun ta’ qgħad
akbar milli kien hemm sal-lum fl-Unjoni Ewropea.
Għalhekk
il-qagħda tal-qasam ta’ l-impjiegi u tax-xogħol fl-Unjoni Ewropea
hija mwegħra u t-tbassir huwa li mhux se titjieb aktar ma kumpaniji u
fabbriki jitilqgħu mill-Ewropa.
Is-suq
jikber, il-fabbriki jonqsu
It-telf
tal-kumpaniji ta’ l-informatika u l-fabbriki tal-manifattura mill-pajjiżi
membri ta’ l-Unjoni għall-pajjiżi tal-kontinent ta’ l-Asja għandu
tagħlima kbira għalina l-Maltin.
Għalkemm
is-suq ta’ l-Unjoni Ewropea huwa suq kbir ta’ mijiet ta’ miljuni u qiegħed
jikber bid-dħul fl-Unjoni ta’ aktar pajjiżi, xorta waħda qiegħed
jitlef l-industrija tal-manifattura u l-kumpaniji ta’ l-informatika. Il-kobor
tas-suq mhux garanzija ta’ aktar xogħol u ta’ aktar impjiegi.
Il-fabbriki ta’ l-Ewropa tal-manifattura u l-kumpaniji ta’ l-informatika
telqin mill-Unjoni Ewropea għax l-ispejjeż tal-produzzjoni u l-ispejjeż
tal-kumpaniji fl-Ewropa huma ħafna akbar mill-ispejjeż fil-pajjiż
ta’ l-Asja.
Bil-faċilitajiet li hawn tat-trasport tal-merċa u bis-servizzi li llum
hawn ta’ l-elettronika, il-prodotti maħduma fl-Asja u l-informazzjoni li
tinżamm fl-Asja jinġiebu għall-pajjiżi ta’ l-Ewropa fejn
jistgħu jinbiegħu jew jintużaw, mingħajr diffikultà u
minkejja l-ispejjeż biex isir dan, xorta waħda aktar ifendi milli
kieku l-merċa tinħadem fil-fabbriki fl-Ewropa u l-informatika tinżamm
f’ċentri fl-Ewropa.
Is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropa u fis-suq tagħha ma jiswiex
biex iġib lejn Malta industriji tal-manifattura u kumpaniji ta’ l-informatika.
Dawn
jiġu mhux minħabba l-kobor tas-suq, iżda biss jekk f’Malta
jkunu aktar kompetittivi.
Il-ftehim
ma’ l-Unjoni Ewropea se jaqla’ l-inkwiet

Il-Gvern
Nazzjonalista jaf li jekk iwettaq il-ftehim li huwa għamel ma’ l-UE, se
joħloq inkwiet serju f’pajjiżna bl-ammont ta’ sensji li se jkun
hawn.
Il-Gvern qiegħed jieħu passi ħalli jipprova jilqa’ għall-inkwiet li jinqala’ billi ordna li l-pulizija jitħarrġu fil-kontroll tal-folol u kif jilqgħu għar-rambaġġ.
Il-pulizija
qegħdin jingħataw taħriż regolari fl-użu tat-tarka, taħriġ
li kienm ilu ma jsir għal ħafna snin.
F’ħafna bliet fil-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropea jsiru
dimostrazzjonijiet ta’ protesta kontra l-politika ta’ l-Unjoni.
L-aħħar dimostrazzjoni ta’ protesta saret f’Ruma waqt il-laqgħa tal-mexxejja tal-pajjiżi membri ta’ l-UE u ta’ dawk li se jissieħbu fiha.
F’dik l-okkażjoni l-Prim Ministru Fenech Adami daq ftit xi jfissru l-protesti popolari li jsiru fl-Ewropa kontra l-Unjoni Ewropea.
Biex
titħares is-sigurtà tal-Prim Ministru, huwa kellu jħalli ħesrem
il-palazz fejn kien se jagħmel konferenza stampa u kellu jħassarha, għax
id-dimostranti rnexxielhom jersqu viċin ħafna l-palazz fejn kien qiegħed
il-Prim Ministru.
Din id-dimostrazzjoni ta’ protesta li saret f’Ruma fil-bidu ta’ Ottubru
kellha tifsira importanti ħafna.
Għax
uffiċjali tal-Konfederazzjoni tat-Trade Unions ta’ l-Ewropa (ETUC)
organizzaw il-protesta kontra l-politika ekonomika ta’ l-Unjoni Ewropea li
qiegħda tikkaġuna ħafna qgħad fil-pajjiżi membri ta’
l-Unjoni, u kontra l-politika ta’ l-Unjoni li qiegħda tħeġġeġ
lill-gvernijiet tal-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni biex inaqqsu s-servizzi
soċjali u l-pensjonijiet mogħtija mill-Gvern.

It-‘trade unions’ Ewropej tant taw importanza lil din id-dimostrazzjoni ta’
protesta f’Ruma, li saħansitra John Monks, is-Segretarju Ġenerali
tal-Konfederazzjoni tat-‘trade unions’ Ewropej, ħa sehem fiha.
Barra d-dimostrazzjoni ta’ protesta li saret f’Ruma fil-bidu ta’ Ottubru,
ħafna bliet oħra tal-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni raw
dimostrazzjonijiet kbar kontra l-politika ta’ l-Unjoni Ewropea.
Saru
dimostrazzjonijiet impressjonanti ħafna f’Londra, f’Pariġi,
f’Ateni, fi Brussels u f’Madrid.
Id-dimostrazzjonijiet
kienu kbar ħafna u kienu xhieda ta’ kemm huwa kbir it-tgergir u kemm huma
ħafna l-ilmenti kontra l-UE fil-pajjiżi membri tagħha, speċjalment
fost il-ħaddiema ta’ dawn il-pajjiżi membri.
Jidher li l-Gvern Nazzjonalista jaf li minn mument għall-ieħor se jfaqqgħu l-protesti fit-toroq tagħna hekk kif il-konsegwenzi ħżiena tal-ftehim magħmul ma’ l-Unjoni Ewropea jagħfsu lill-poplu, speċjalment lill-ħaddiema u lill-familji tal-ħaddiema.
Għalhekk
reġgħu ħarġu t-tarki lill-pulizija.
Il-Ħamis, 30 ta’ Ottubru, 2003
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ