MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA
L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha
€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
minn Karmenu Mifsud Bonnici KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI
L-UE kontra soċjetà ġusta u demokratika
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu


Il-politika liberali Kapitalista mħaddma mill-UE wasslet għall-kriżi finanzjarja u ekonomika li ħarbtet il-pajjiżi membri, għax dik il-politika ma taċċettax li l-finanzi u l-ekonomija jkunu kkontrollati u regolati.
Il-miżuri li l-UE ġiegħlet li jittieħdu biex tingħaleb il-kriżi jkompli jbiegħdu lill-Partiti Laburisti u Soċjalisti milli jħaddmu politika Soċjalista.
Il-Partiti Laburisti u Soċjalisti ma jistgħux jipproponu soluzzjonijiet Soċjalisti għall-problemi soċjali u ekonomiċi tal-lum sakemm jibqgħu marbutin li jħarsu l-politika Liberali Kapitalista ta’ l-UE.
Huma jistgħu biss ifakkru b’nostalġija x’kien irnexxilhom iwettqu fis-snin imgħoddijin meta kienu ħielsa li jippromwovu l-ideoloġija Soċjalista Demokratika u jibnu stat soċjali u soċjetà ta’ wens u solidarjetà.
Imma ma jistgħux jipproponu għal-lum u l-ġejjieni miżuri Soċjalisti, għax dawn huma bil-maqlub tal-miżuri ddettati mill-politika Liberai Kapitalista tal-UE.
L-UE tobbliga lill-pajjiżi membri li jimxu skond il-politika soċjali u ekonomika tagħha kif imfissra fit-trattati tagħha, u l-aktar fl-aħħar Trattatta’ Lisbona.
Wieħed mill-elementi ewlenin tal-politika Liberali Kapitalista ta’ l-UE huwa
l-moviment ħieles tal-kapital, li bellgħuh lill-Partiti Laburisti u Soċjalisti
billi fl-istess ħin ippropogaw bħala element ewlieni ieħor il-moviment ħieles
tal-ħaddiema, bħallikieku li l-ħaddiema jmorru mnn pajjiżhom jaħdmu f pajjiż
ieħor, huwa faċli l-istess bħal ma huwa faċli li tittrasferixxi flus minn pajjiż
għall-ieħor.
Il-moviment ħieles tal-kapital
Il-moviment
ħieles tal-kapital kien il-fattur ewlieni li ħarbat miljuni ta’ postijiet
tax-xogħol fil-pajjiżi ta’ l-UE, billi għamilha possibbli li kumpaniji l-kbar
jemigraw mill-pajjiżi ta’ l-UE għal pajjiżi oħrajn fejn il-pagi u
l-kundizzjonijiet tax-xogħol huma baxxi.
Fl-istess ħin tal-moviment ħieles tal-kapital seħħet fl-UE l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ biex il-prodotti ta’ l-industriji mwaqqfin barra l-UE bil-kapital Ewropew, jesportaw lill-pajjiżi ta’ l-UE l-prodotti maħdumin, mingħajr xkiel u mingħajr dazji.
B’hekk, miljuni ta’ ħaddiema fl-UE tilfu xogħolhom bħala konsegwenza ta’ dawn iż-żewġ fatturi ewlenin tal-politika Liberali Kapitalista tal-UE.
Element ieħor tal-politika Liberali Kapitalista ta’ l-EU huwa dak li l-istat ma jistax jagħti għajnuna (‘state aid’) lill-industriji kummerċjali tal-pajjiż, biex ma jtellifx il-kompetizzjoni ħielsa ta’ l-industriji kompetittivi kemm fl-istess pajjiż, kif ukoll fil-pajjiżi l-oħrajn membri ta’ l-UE.

L-istati
kienu jagħtu għajnuna lill-industriji ħalli dawn ikomplu joperaw u jħaddmu
lill-impjegati tagħhom.
Meta l-UE twaqqaf l-għajnuna li l-istat ikun qed jagħti lill-industrija, l-UE tkun qiegħda ġġib fit-tmiem l-impjieg tal-ħaddiema ta’ dik l-industrija.
B’hekk il-politika ta’ l-UE tissagrifika x-xogħol tal-ħaddiema għall-ideoloġija tal-kompetizzjoni ħielsa.
Il-konsegwenzi ta’ din il-politika huma sensji ta’ eluf kbar ta’ ħaddiema f’ħafna pajjiżi ta’ l-UE, fosthom Malta.
L-UE hija kuntenta li tħaddem politika li tħallas miljuni ta’ ewro lil eluf ta’ ħaddiema ssensjati f’pajjiż membru, minflok li tħalli l-miljuni ta’ ewro jingħataw lill-kumpaniji ta’ dak il-pajjiż ħalli jkunu jistgħu jkomplu jħaddmu lill-istess ħaddiema.
Hija waqqfet il-Globalization Fund biex jikkumpensa lill-ħaddiema li jitilfu xogħolhom fil-pajjiżi membri ta’ l-UE meta l-kumpaniji li kienu jimpjegawhom imorru f’pajjiżi oħrajn.
Tħallashom il-miljuni, iżda ma tippermettix li l-miljuni jingħataw f’għajnuniet lill-kumpaniji biex ikomplu joperaw u jħaddmu lill-ħaddiema.
Liberalizzazzjoni tas-suq

Il-politika
liberali kapitalista ta’ l-UE lanqas tippermetti li l-istat jagħti protezzjoni
lill-industrija lokali, kemm biex jipproteġi l-impjiegi, kif ukoll biex inaqqas
l-ammont ta’ flus li joħorġu mill-pajjiż u ma jibqgħux jiċċirkolaw fl-ekonomija
tal-pajjiż.
Il-Partitti Laburisti u Soċjalisti bil-maqlub tal-politika ta’ l-UE, għandhom l-interess li jkabbru l-industrija li taħdem għas-suq lokali, u għal dan il-għan huma ppreparati li jagħtu għajnuna diretta lill-industrija lokali, u li jagħtu ammont ta’ protezzjoni lill-prodotti maħdumin lokalment, anki permezz ta’ dazji fuq prodotti kompetittivi importati.
Bil-politika ta’ l-UE ta’ liberalizzazzjoni tas-suq, igawdu l-produtturi tal-pajjiżi barranin, u jbatu l-produtturi tas-suq lokali, u magħhom, ibatu l-ħaddiema li jitilfu xogħolhom minħabba t-tnaqqis tal-bejgħ tal-prodotti lokali.
Element importanti ieħor tal-politika Liberali Kapitalista ta’ l-UE huwa li t-twemmin fil-privatizzazzjoni.
L-UE ma tridx li l-qligħ minn attivitajiet kummerċjali jmur direttament għand il-poplu kollu permezz ta’ intrapriżi statali.
Trid
li l-qligħ imur għand il-ftit li għandhom il-kapital ħalli dawn ikomplu jżidu
l-ġid tagħhom.
Għalhekk l-UE ma tħallix li l-Istat ikun sid ta’ banek, allavolja dawn jaħdmu bil-flus tal-poplu li jiddepożita l-flus għandhom.
Iżda mbagħad meta l-banek isibu ruħhom f’diffikultajiet, l-UE tinsisti ma’ l-Istati biex dawn jagħtuhom miljuni kbar biex isalvawhom.
U l-UE tisħaq ma’ l-istati li dawn idaħħlu miżuri ta’ awsterità ħalli l-poplu jagħmel tajjeb għall-miljuni li l-Istati jkunu għaddew lill-banek tal-privat.
Il-Partiti Laburisti u Soċjalisti għandhom twemmin kompletament differenti minn dak ta’ l-UE dwar il-privatizzazzjoni.
Huma jemmnu li hija ħaġa ġusta li l-poplu inġenerali għandu jitħalla jgawdi minn attivitajiet kummerċjali li jkunu ta’ l-Istat, jew l-Istat għandu sehem xieraq fihom, u li dan jista’ jsir mingħajr ma s-settur privatikun imċaħħad li jopera mingħajr xkiel.
Il-partiti Laburisti u Soċjalisti waslu biex jappoġġjaw il-kunċett ta’ ‘public private partnership’ ħalli jżewwġu l-interessi tas-settur privat mal-profitt li l-poplu jista’ jgawdi mill-parteċipazzjoni ta’ l-istat f’intrapriżi mħallta.
Iżda l-UE mhix favur dan il-kunċett għax tinsisti li kull attivita kummerċjali għandha titħalla f’idejn is-settur privat biss.
Barra dawn il-fatturi li jifirdu t-twemmin Soċjalist mill-politika liberali Kapitalista ta’ l-Unjoni Ewropea, hemm diverġenzi kbar oħrajn bejniethom li qegħdin ixekklu lil-partiti milli jwettqu miżuri soċjali u ekonomiċi meħtieġa biex tinbena soċjetà ġusta u demokratika, partikolarment fil-qasam tas-servizzi soċjali u s-servizzi essenzjali. Politika Soċjalista hija irrikonċiljabbli mal-politika Liberali Kapitalista ta’ l-UE.
L-UE u l-Banek
L-Unjoni
Ewropea ma tħallix li l-Istat ikun sid ta’ banek, allavolja dawn jaħdmu bil-flus
tal-poplu li jiddepożita l-flus għandhom.
Iżda mbagħad meta l-banek isibu ruħhom f’diffikultajiet, l-UE tinsisti ma’ l-istati biex dawn jagħtuhom miljuni kbar biex isalvawhom... kif ġara fil-Greċja.
Iż-żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea kontra l-Kapitaliżmu Amerikan
minn Charles Micallef, Kampanja Helsien Nazzjonali
L-Unjoni
Ewropea jeħtieġ li tibqa’ mbiegħda mill-Kapitaliżmu selvaġġ Amerikan li jagħmel
ħsara kbira lill-klassi tal-ħaddiema tal-Ewropa.
L-UE jeħtieġ li terġa’ tgħożż il-kunċett ta’ Ewropa Soċjali li ħa l-ħajja f’ħafna pajjiżi Ewropej qabel ma ssieħbu fl-Unjoni, u li għaraf joħloq bilanċ bejn is-sistema Kapitalista u s-sistema Soċjalista Demokratika.
Illum f’ħafna pajjiżi ta’ l-UE, bħalma qed jiġri f’pajjiżi oħrajn madwar id-dinja, qegħdin jinħolqu movimenti taż-żgħażagħ biex jiġġieldu l-Kapitaliżmu Amerikan.
Huma ma jridux li l-pajjżi Ewropej isiru ġungla fejn min hu b’saħħtu, jimxi ‘l quddiem, u min mhux b’saħħtu, jibqa’ mgħaxxex f’rokna jistenna li tieħdu l-mewt.
Dawn il-movimenti moderni taż-żgħażagħ huma mdejjqin bil-kumpaniji u korporazzjonijiet multi-nazzjonali kbar li jagħmlu li jridu u li jogħġobhom bil-ħaddiema, bil-popli u bl-ambjent fejn ikunu.

Dawn
il-movimenti ġodda taż-żgħażagħ Ewropej iddejqu jaraw lill-Kapitalisti Ewropej
jinkoraġġixxu u jiddefendu l-immigrazzjoni illegali li qiegħda tipprovdi ‘cheap
labour’ u tkun mezz ta’ qligħ akbar għas-sidien li jħaddmuhom, waqt li
l-ħaddiema żgħażagħ Ewropej ikollhom jirreġistraw għax-xogħol u jaraw
lill-immigranti barranin sfruttati mis-sidien li jaqilgħu ħafna flus minn
fuqhom.
Iż-żgħażagħ ta’ l-UE ma jridux jaraw lill-pajjiżi tagħhom marbutin mal-karru tal-politika Amerikana, li ġibdet warajha xi wħud mill-pajjiżi ta’ l-UE fl-invażjoni ta’ l-Iraq u fil-gwerra ta’ l-Afganistan, u li issa waslet li tirtira mill-ewwel pajjiż u se jkollha tagħmel l-istess mit-tieni wieħed f’qasir żmien.
Ikun tajjeb
jekk l-Istati Uniti issa jdoqqu l-irtirata wkoll mill-pajjiżi ta’ l-Amerika
Latina, ħalli dawn ikunu ħielsa mill-eġemonija Amerikana li ma tħallihomx iqumu
fuq saqajhom, u hekk jieħdu r-ruħ kif iwarrbu l-indħil tal-politika Amerikana
permezz tas-CIA.
Iż-żgħażagħ ta’ l-UE qegħdin jifhmu li għalkemm il-Kapitaliżmu Amerikan ħatt l-Unjoni Sovjetika Kommunista, ir-Russja u l-Istati Uniti ma jistgħux jaraw għajn m’għajn f’ħafna oqsma, u ‘l quddiem jista’ jkollhom gwerra bierda bejniethom.
Iż-żgħażagħ ta’ l-UE lanqas iridu li l-pajjiżi tagħhom ikunu skjavi ta Mr Dollar Amerikan.
Iż-żgħażagħ
ta’ l-UE jafu li llum qabel għada l-UE għandha tinqata’ mill-politika Amerikana
fil-Lvant nofsani, ħalli ma tinbaramx fi gwerra kontra l-Iran, li l-Iżrael u
l-Istati Uniti jqanqlu billi jattakkaw l-impjant nukleari li nbena bis-saħħa
tar-Russi u li għadu kif beda jitħaddem ix-xahar li għadda.
Attakk fuq l-Iran ifisser attakk fuq id-dinja Islamika, u mhux sew li Iżrael u l-Istati Uniti jiġbdu magħhom fl-inkwiet mad-dinja Islamika lill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
Iż-żgħażagħ ta’ l-UE jifhmu li l-UE jaqblilha ma tkunx allinjata ma’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u l-aħjar tkun newtrali.
Huma ma jifhmux għax l-Istati Uniti u Iżrael għandhom l-armi nukleari u xi wħud mill-pajjiżi ta’ l-UE wkoll għandhom dawn l-armi, għax pajjiżi oħrajjn għandhom jiġu mċaħħdin anki mill-enerġija nukleari li jużaw għal skopijiet mhux militari.
Iż-żgħażagħ jistaqsu:
jekk l-Iran nukleari tista’ tkun theddia għal pajjiżi oħrajn, Iżrael b’madwar 200 bomba nukleari mhux theddida? Għaliex l-Unjoni Ewropea għandha tiddiskrimina bejn l-Iżraeliti u l-Iranjani?
Iż-żgħażagħ ta’ l-UE qegħdin jaraw li l-Kapitaliżmu Amerikan irid jaħkem kullimkien u wasal biex niġġes lill-Kommunisti Ċiniżi, li issa jidhru li għalihom l-ekonomija tiġi l-ewwel, imbagħad l-ugwaljanza u s-sigurtà soċjali, li tfisser li l-kapital jiġi qabel il-ħaddiema.
Għalhekk hemm bżonn li ċ-ċittadini kollha ta’ l-UE (inklużi aħna l-Maltin sakemm nibqgħu fl-UE) ma nħallux li l-UIE issir parti integrali mill-Kapitaliżmu Amerikan.
Għandna niftakru li sentejn ilu dan ġab id-diżastru finanzjarju li d-dinja kollha għadha ma rkupratx minnu, u li huma l-aktar il-ħaddiema f’ħafna pajjiżi ta’ l-UE li qegħdin iġarrbu n-nuqqasijiet u jerfgħu l-piżijiet biex tissewwa l-ħsara li saret mill-Kapitaliżmu frodist u soċjalment irresponsabbli.
Il-Ħamis 30 ta’ Settembru 2010

Fittex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ