MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
JEKK TIRRISPETTA L-KOSTITUZZJONI TA' PAJJIŻEK GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK JIRRISPETTA L-FEHMIET TIEGĦEK U MA JIVVOTAX FAVUR IL-KOSTITUZZJONI TA' L-UNJONI EWROPEA LI TKASBAR IL-KOSTITUZZJONI TA' MALTA
Mill-Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €360,000,000
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ
Fid-dikjarazzjoni
solenni magħmula fid-29 ta‘ Marzu, 2004, il-Kampanja Ħelsien
Nazzjonali CNI
mhux biss caħdet it-trattat ta’ sħubija ta’ Malta
fl-Unjoni
Ewropea,
li kien iffirmat minn Eddie
Fenech Adami
u Joe
Borg (illum President tar-Repubblika
u Kummissarju
Ewropew rispettivament).
Iżda wriet ukoll li dak it-trattat imur kontra dak li jgħidu
d-dikjarazzjonijiet, riżoluzzjonijiet, tratti, ftehim u konvenzjoni tal-Ġnus
Magħquda (GM). Intqal fid-dikjarazzjoni solenni li fost dawn hemm:
(1) “Is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni
Ewropea
tfisser li Malta titlef id-drittijiet tagħha fuq ħafna riżorsi
naturali li skond ir-Riżoluzzjoni ta’ l-Assemblea Ġenerali ta’ l-ĠM
ta’ l-14 ta’ Diċembru, 1962, dwar il-“Permanent Sovereignty over
Natural Resources”, għandhom jintużaw għall-iżvilupp u l-ġid
tal-poplu Malti.”
(2) “L-indħil, l-isforzar u t-theddid ta’ l-Unjoni
Ewropea
fuq il-poplu ta’ Malta ħalli jivvota favur sħubija fl-Unjoni
Ewropea
jiksru l-‘International Covenant on Civil and Political Rights’ u
l-‘International Covenant on Economic, Social and Cultural Rights’ li
l-Assemblea Ġenerali tal-ĠM addottat fis-16 ta’ Diċembru,
1996.”
Theddida
għas-sigurtà
Fid-dikjarazzjoni
solenni tas-CNI
ikompli jingħad:
(3) “Ir-rabtiet u r-restrizzjonijiet
li l-Unjoni
Ewropea
mponiet fuq Malta jxekklu bil-bosta d-dritt ta’ Malta li tirregola
l-attivitajiet tal-barranin f’Malta u jxekklu ħafna d-dritt ta’ Malta
li tagħżel liema sistemi ekonomiċi u soċjali tħaddem,
skond il-ħtiġijiet tal-pajjiż u dawk ir-rabtiet u
restrizzjonijiet imorru kontra c-‘Charter of Economic Rights and Rights of
States’ li l-Assemblea Ġenerali tal-ĠM addottat fit-12 ta’ Diċembru,
1974.
(4) “Fuq kollox, il-ftehim ta’ sħubija li Malta nnegozjat ma’ l-Unjoni
Ewropea
huwa ta’ ħsara għas-sigurtà u s-sliem tal-poplu Malti għax iħassar
l-istatus ta’ newtralità u mhux ta’ ġid għall-poplu Malti billi
ċaħad lill-Gvern Malti mill-mezzi ħalli jħares u jkattar
ix-xogħol u l-impjiegi f’Malta.”
Stqarrija
solenni
Id-dokument
tas-CNI
maħruġ fid-29 ta’ Marzu, 2004, jispiċċa b’din
id-dikjarazzjoni: “Minħabba dawn il-fatti u dawn ir-raġunijiet, aħna,
il-Kampanja Ħelsien
Nazzjonali CNI,
solennement nistqarru:
Li l-poplu Malti għandu dritt jaħdem biex iħassar it-trattat
tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea;
Li l-poplu Malti għandu dritt li jikseb lura l-Ħelsien
sħiħ, l-Indipendenza
u s-sovranità
nazzjonali;
Li l-poplu Malti għandu dritt li jerġa’ jħaddem politika ta’
newtralità attiva u ta’ koperazzjoni paċifika mal-popli kollha li bħalu
jemmnu u jħaddmu l-istess politika;
Li aħna mhux se nieqfu milli nissaraw bla biża’ biex inħeġġu
lill-poplu ta’ Malta u Għawdex ħalli jaħdem biex dawn l-għanijiet
nazzjonali qaddisa jintlaħqu.
Bħala xiehda tar-rieda soda tagħna, aħna qegħdin nibgħatu
din id-dikjarazzjoni solenni lill-għaqda tal-Ġnus Magħquda u qegħdin
nitolbu bir-rispett lis-Segretarju tagħha ħalli jqiegħda
fl-arkivji ta’ l-għaqda u biex jikkomunikaha lill-istati membri kollha
tagħha.
Aħna qegħdin ukoll nibgħatu din id-dikjarazzjoni solenni
lill-membri kollha tal-Parlament Ewropew u lill-istati membri kollha ta’ l-Unjoni
Ewropea bit-tama li tnissel fihom indiema għall-ħsara
kollha li l-ħatfa ta’ Malta min-naħa ta’ l-Unjoni
Ewropea qiegħda tikkaġuna lill-poplu
ta’ Malta u ta’ Għawdex.
Malta
ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ!”
Il-Kostituzzjoni
ta’ l-UE ttellifna l-Indipendenza u l-Ħelsien
It-trattat
tal-Kostituzzjoni l-ġdida ta’ l-Unjoni
Ewropea se jiġi ffirmat mill-Kapijiet
ta’ l-Istati u l-Gvernijiet tal-25 pajjiżi membri ta’ l-Unjoni
f’Ruma fid-29 ta’ Ottubru, 2004.
Il-25 pajjiż membru ta‘ l-Unjoni
jkollhom sentejn żmien biex jirratifikaw (japprovaw) it-trattat.
F’xi wħud mill-pajjiżi membri r-ratifika ssir b’votazzjoni fil-parlamenti nazzjonali.
F’Malta
r-ratifika ssir b’votazzjoni fil-Parlament Malti.
Minbarra r-ratifika mill-25 pajjiż membru, it-trattat irid jiġi
approvat ukoll mill-Parlament Ewropew.
Il-Parlament
Ewropew mistenni jkun l-ewwel wieħed li
japprovaha.
Dan
se jsir f’sessjoni plenarja tal-Parlament li se jkun hemm fi Strasbourg fil-15
ta’ Diċembru ta’ din is-sena, biex dan il-fatt ikollu influwenza fuq
il-popli tal-25 pajjiż membru ta’ l-Unjoni favur
il-Kostituzzjoni l-ġdida ta’ l-Unjoni.
Qabel,
fil-25 ta’ Novembru, se jkun hemm laqgħa li fiha jiehdu sehem
organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) biex dawn jingħataw tagħrif
dwar il-Kostituzzjoni l-ġdida, jiddiskutuha u mbagħad jagħmlu
propaganda favuriha fil-pajjiżi rispettivi tagħhom.
Kampanja
kbira ta' propaganda
L-Unjoni
Ewropea bi ħsiebha tagħmel propaganda
kbira favur il-Kostituzzjoni l-ġdida u għal dan l-għan se tibgħat
delegazzjonijiet mill-Kumitat ta’ l-Affarijiet Kostituzzjonali tal-Parlament
Ewropew biex iżuru l-parlamenti nazzjonali
matul l-2005.
F’numru ta’ pajjiżi membri ta’ l-Unjoni, l-għadd ta’ persuni li ma jaqblux mal-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni
m’huwiex żgħir.
F’xi
wħud mill-pajjiżi membri, l-oppożizzjoni għall-Kostituzzjoni
hija kbira u anke huwa stmat li dawk kontriha huma fil-maġġoranza.
Sabiex il-Kostituzzjoni tiġi approvata, l-UE
qiegħda tippjana strateġija differenti għal kull pajjiż
membru u qiegħda tikkordina l-istrateġija tad-diversi pajjiżi.
Fil-5
ta’ Ottubru se ssir laqgħa informali tal-Ministri ta’ l-Affarijiet
Barranin tal-pajjiżi membri ħalli janalizzaw l-isforzi li qegħdin
isiru biex l-UE tfisser lilha nfisha lill-popli tal-pajjiżi membri u biex jiflu t-tħejjijiet
għar-referenda popolari u għall-votazzjonijiet fil-parlamenti
nazzjonali.
Huwa għalhekk mistenni li l-Unjoni Ewropea
se tonfoq fondi kbar fi propaganda favur il- Kostituzzjoni l-ġdida li
fasslet.
Nuqqas
ta' approvazzjoni tal-Kostituzzjoni
Minkejja l-propaganda enormi favur il-Kostituzzjoni l-ġdida din tista’ ma tiġix approvata fil-pajjiżi kollha ta’ l-Unjoni.
Din il-possibbiltà qiegħda tħasseb lil xi mexxejja ta’ l-Unjoni.
Fost
dawn hemm il-President tal-Kummissjoni
Ewropea
Romano Prodi, li f’dawn il-ġranet sostna li ħaġa bħal din
tkun traġedja għall-Unjoni.
Huwa fatt li biex il-Kostituzzjoni l-ġdida tidħol fis-seħħ
kif tfasslet trid tiġi approvata minn kull wieħed mill-25 pajjiż
membru ta’ l-Unjoni.
Jekk dan ma jseħħx, jista’ jkun hemm sforz biex isiru diskussjonijiet mill-ġdid dwar bidliet fil-Kostituzzjoni.
Tista’
titlaqqa’ Konvenzjoni oħra halli tagħmel it-tibdil mixtieq.
Iżda jista’ jagħti l-każ li l-pajjiżi membri li japprovaw
il-Kostituzzjoni l-gdida kif saret, jiddeċiedu li japplikawha għalihom
anke jekk xi pajjiż membru jew xi pajjiżi membri ma jkunux marbutin
biha.
F’dak
il-każ ikun irid jiżi deċiż jekk il-pajjiż jew pajjiżi
li ma jintrabtux bil-Kostituzzjoni l-ġdida għandhomx jibqgħu membri sħaħ ta’ l-UE.
Li huwa ċert hu li mingħajr il-Kostituzzjoni l-ġdida, l-Unjoni
Ewropea
tibqa’ l-Unjoni
Ewropea
tal-lum, skond ma kien ġie miftiehem tliet snin ilu f’Nizza, fil-laqgħa
tal-Kapijiet ta’ l-Istati u Gvernijiet tal-15-il pajjiż membru u ta’
l-għaxar pajjiżi, fosthom Malta, li kienu qegħdin jinnegozjaw
biex isiru membri ta’ l-Unjoni.
Mexxejja
politiċi fil-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni ma jaqblux ma’ Romano
Prodi u jsostnu li tkun grazzja minn Alla li l-Kostituzzjoni l-ġdida ta‘
l-Unjoni
ma tiġix approvata.
Dawn jisħqu li l-għan tal-paċi bejn il-pajjiżi membri ta’
l-Unjoni,
kif ukoll l-għan tal-koperazzjoni bejniethom halli jiżviluppaw
ekonomikament u soċjalment, jistgħu faċilment jinkisbu mingħajr
ma l-pajjiżi membri jgħaddu aktar mis-setgħat tagħhom
lill-istat il-ġdid u kbir li l-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni
qiegħda toħloq.
Anki aħna f’Malta nemmnu f’dan.
Pajjiżna jista’ jimxi ’l quddiem fil-ġejjieni kif irnexxielu fis-snin imgħoddija li fihom kien indipendenti u ħieles.
Bil-Kostituzzjoni
l-ġdida nitilfu l-Indipendenza
u l-Ħelsien.
Xtarru sewwa dawn:
L-impatt
ta’ inizjattiva ta’ l-UE
Ftit
ilu tħabbar li l-Unjoni
Ewropea
qiegħda titħaddet ma’ Izrael ħalli jieħu sehem
fil-programm ta’ l-Unjoni magħruf bħala “European Neighbourhood
Programme” jew bħala “Wider European Initiative”.
Dan għandu l-għan li jgħolli l-livell tar-relazzjonijiet ta’ l-Unjoni
Ewropea
ma’ ċirku ta’ madwar 14-il pajjiż li jdawru l-Unjoni,
billi jkun hemm aċċess ħieles bejnhom u l-Unjoni ta’ prodotti,
servizzi, kapital u nies.
Fl-ewwel
mewġa ta’ pajjiżi li magħhom l-Unjoni
trid tiddiskuti hemm Izrael, il-Ġordan, il-Marokk, it-Tuneżija u
l-Ukrajna.
Jekk il-ftehim ta’ l-Unjoni
jseħħ ma’ dawn il-pajjiżi, nies mill-pajjiżi msemmijin
jingħataw id-dritt li jmorru joqogħdu u jaħdmu fil-pajjiżi
membri ta’ l-Unjoni
Ewropea,
inkluża Malta.
Din tkun problema oħra għal pajjiżna.
Iżda
l-membri Maltin fil-Parlament Ewropew jidhru aktar interessati jiftaħru li
tant il-Gvern Malti mhu xejn, li lanqas jista’ jkompli jdaħħal taxxa
minn fuq id-dixxijiet tas-satellita, milli jħabblu rashom dwar kif
ir-regoli ta’ l-Unjoni
se jolqtuna ħażin bit-twettiq ta’ l-“European Neighbourhood
Programme” ta’ l-Unjoni.
Anke l-partiti politiċi Maltin ma jidhrux li jimportahom dwar l-impatt li
dan se jkollu fuq l-impjiegi tal-ħaddiema Maltin.
Huma
biss marru tajjeb!
Erbat
ijiem ilu l-għaqdiet tal-bdiewa f’pajjiżna qamu kontra l-Gvern għax
sabu li l-ftehim li kien għamel ma’ l-Unjoni
Ewropea se jħarbathom.
Issa l-għaqdiet tas-sajjieda f’pajjiżna waqfu lill-Gvern għax
intebħu li r-regoli ta’ l-Unjoni Ewropea
li l-Gvern kien aċċetta, ma jgħoddux għas-sajd f’pajjiżna.
Kemm il-ftehim dwar il-biedja, kif ukoll il-ftehim dwar is-sajd, huma t-tnejn
opri ta’ Fenech Adami, il-Ministru
Joe Borg
u Cachia Caruana
li kien in-negozjatur ewlieni tal-Gvern Malti fid-diskussjonijiet ta’ l-Unjoni
Ewropea dwar il-ftehim tas-sħubija ta‘
Malta fl-Unjoni.
Dawn it-tliet min-nies kienu responsabbli għall-ftehim li tant ftaħru
kemm kien tajjeb bil-hila tagħhom u issa qed jinstab kemm huwa ħażin
minhabba l-inkompetenza tagħhom.
Imma issa l-bdiewa u s-sajjieda tagħna qegħdin iħallsu qares
talli emmnuhom.
Mhux hekk qed jagħmel Fenech Adami
li “kontra qalbu” spiċċa President tar-Repubblika.
Joe
Borg ukoll mar tajjeb għax inħatar Kummissarju
Ewropew tas-Sajd, meta wera li lanqas fis-sajd
f’pajjiżna ma kien jifhem.
U Cachia Caruana, in-negozjatur ewlieni li tant ippoża kemm kellu ħila jikseb
kundizzjonijiet tajbin għal pajjiżna u issa qegħdin naraw x’diżastru
ġabilna, mar tajjeb ukoll, għax ħatruh ambaxxatur
ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea.
L-ewwel bravura li rnexxielu jagħmel kien li jgħabbina b’dejn ta’ Lm10
miljun bix-xiri ta’ dar fi Brussels, li hija
kbira d-doppju ta’ dak li għandna bżonn.
Ġurament ta' lealta` li jieħdu l-Membri Parlamentari kollha
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li nkun tassew fidili u leali lejn il-Poplu u r- Repubblika ta’ Malta u l-Kostituzzjoni tagħha. (Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ Prim Ministru jew Ministru ieħor jew Segretarju Parlamentari.
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment u skond il-kuxjenza d-dmirijiet tiegħi bħala (Prim Ministru/Ministru/Segretarju Parlamentari) skond il-Kostituzzjoni u l-liġijiet ta’ Malta, mingħajr biża’ jew favur. ( Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ President.
Jiena ..............................................., solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment il-kariga ta’ President (li naqdi fedelment il-funzjonijiet tal-President) ta’ Malta, u li, skond l-aħjar ħila tiegħi nikkonserva, inħares u niddefendi l-Kostituzzjoni ta’ Malta. (Hekk Alla jgħini).
Sezzjoni 6 tal-Kostituzzjoni ta' Malta
6. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (7) u (9) ta’ l-artikolu 47 u ta’ l-artikolu 66 ta’ din il-Kostituzzjoni, jekk xi liġi oħra tkun inkonsistenti ma’ din il-Kostituzzjoni, din il-Kostituzzjoni għandha tipprevali u l-liġi l-oħra għandha, safejn tkun inkonsistenti, tkun bla effett.
Artiklu I-6 tal-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea
Dritt ta' l-Unjoni
Il-Kostituzzjoni u l-liġijiet adottati mill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni fl-eżerċizzju tal-kompetenzi konferiti lilha għandhom jipprevalu fuq id-dritt ta’ l-Istati Membri.
Tista' tafda lil min jikser il-ĠURAMENT tiegħu/tagħha?
Il-Ħamis, 30 ta’ Settembru, 2004.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola liċ-
Chairman
CNI,
Dr
Karmenu Mifsud Bonnici B.A. LL.D.
81,
Triq Ġuże Pace,
Ħamrun.
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ