MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
Mill-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici
Chairman
Kampanja Ħelsien
Nazzjonali
CN
I
IL-KOSTITUZZJONI TA' L-UNJONI EWROPEA TKASBAR IL-KOSTITUZZJONI TA' MALTA
M'GĦANDU jkun hemm ebda dubju li l-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea li l-Kapijiet tal-pajjiżi membri qablu dwarha u li se tiġi ffirmata f'Ruma fid-29 ta' Ottubru li ġej, torbot lill-pajjiżi membri li jieħdu ċerti passi militari li jikkompromettu l-politika ta' newtralita` li xi pajjiżi membri, bħal fil-każ ta' Malta, jħaddnu.
Filwaqt li fir-rigward tat-tfassil ta' politika komuni ta' difiża l-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea tgħid li d-deċiżjonijiet jittieħdu unanimament, fil-każ li sseħħ aggressjoni militari f'territorju ta' xi Stat Membru ta' l-Unjoni, il-Kostituzzjoni ta' l-UE torbot lil kull Stat Membru ieħor bl-obbligu li jagħti lill-istat li jkun aggredit, kull għajnuna li skond il-mezzi li għandu jista' jagħtih.
Dan l-obbligu ma jiddependix mill-kunsens ta' l-Istati Membri, iżda huwa obbligu impost mill-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea fuq kull Stat Membru ieħor, newtrali jew mhux.
B'dan il-provediment tal-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea, pajjiżna jista' jsib ruħu li jkollu jagħti għajnuna militari.
F'każ bħal dan pajjiżna jkollu jmur kontra l-politika ta' newtralita` u jikser il-Kostituzzjoni.
Niġbdu t-terroriżmu lejna
L-obbligu li Malta tindaħal f'każ ta' aggressjoni kontra pajjiż membru ta' l-Unjoni huwa mniżżel fl-Artiklu I-40 (7) tal-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea.
Din il-Kostituzzjoni tgħid aktar minn hekk.
Fl-Artiklu I-42 u III-231 il-Kostituzzjoni tgħid li l-Istati Membri kollha għandhom l-obbligu, mhux jekk iridu, li jieħdu passi flimkien f'każ li Stat Membru jġarrab attakk terroristiku.
Dan ifisser li jekk isiru attakki terroristiċi kontra l-Italja jew l-Ingliterra, li qegħdin jieħdu sehem fil-gwerra fl-Iraq, Malta tkun obbligata li tieħu l-istess passi li Stati Membri oħra li m'humiex bħalna, jieħdu biex jgħinu lill-Italja jew l-Ingliterra.
Dan jikkomprometti n-newtralita` ta' pajjiżna, jikser il-Kostituzzjoni tagħna u jesponi lill-poplu tagħna għall-periklu li jsib ruħu fil-mira ta' min jattakka l-Italja jew l-Ingliterra.
Wieħed għandu jiftakar li l-istess Kostituzzjoni ta' l-UE tgħid li hija tegħleb il-Kostituzzjoni ta' Malta dwar in-newtralita`.
Iżda dak li tgħid il-Kostituzzjoni tagħna ma jistax jinbidel ħlief bil-kunsens ta' tnejn minn tlieta tal-membri kollha tal-Parlament Malti.
Min ma jridx li dan jiġri, m'għandux jivvota favur ir-ratifika tal-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea.
Ġurament ta' lealta` li jieħdu l-Membri Parlamentari kollha
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li nkun tassew fidili u leali lejn il-Poplu u r- Repubblika ta’ Malta u l-Kostituzzjoni tagħha. (Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ Prim Ministru jew Ministru ieħor jew Segretarju Parlamentari.
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment u skond il-kuxjenza d-dmirijiet tiegħi bħala (Prim Ministru/Ministru/Segretarju Parlamentari) skond il-Kostituzzjoni u l-liġijiet ta’ Malta, mingħajr biża’ jew favur. ( Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ President.
Jiena ..............................................., solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment il-kariga ta’ President (li naqdi fedelment il-funzjonijiet tal-President) ta’ Malta, u li, skond l-aħjar ħila tiegħi nikkonserva, inħares u niddefendi l-Kostituzzjoni ta’ Malta. (Hekk Alla jgħini).
Sezzjoni 6 tal-Kostituzzjoni ta' Malta
6. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (7) u (9) ta’ l-artikolu 47 u ta’ l-artikolu 66 ta’ din il-Kostituzzjoni, jekk xi liġi oħra tkun inkonsistenti ma’ din il-Kostituzzjoni, din il-Kostituzzjoni għandha tipprevali u l-liġi l-oħra għandha, safejn tkun inkonsistenti, tkun bla effett.
Artiklu I-6 tal-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea
Dritt ta' l-Unjoni
Il-Kostituzzjoni u l-liġijiet adottati mill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni fl-eżerċizzju tal-kompetenzi konferiti lilha għandhom jipprevalu fuq id-dritt ta’ l-Istati Membri.
Tista' tafda lil min jikser il-ĠURAMENT tiegħu/tagħha?
Il-Ġimgħa, 30 ta' Lulju, 2004.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola liċ-
Chairman
CNI,
Dr
Karmenu Mifsud Bonnici LL.D.
81,
Triq Ġuże Pace,
Ħamrun.
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar