MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

 

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin

u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

 

NAĦILFU LI NEĦILSU LIL MALTA MILL-JASAR, IL-KOLONJALIŻMU U L-ĦAKMA DITTATORJALI ILLEGALI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!

 

L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha

€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek

 

L-invażjoni tal-immigranti illegali nistgħu nwaqqfuha

 

Il-poplu Malti bi dritt jistenna li l-Parlament Malti jagħmel dmiru u jaġixxi mingħajr aktar dewmien ħalli jwaqqaf l-invażjoni mill-immigranti illegali f’pajjiżna.

 

Minflok azzjoni deċiżiva, s’issa kellna biss ħafna diskors, diskussjonijiet twal u laqgħat fuq laqgħat, mingħajr ebda miżura konkreta li ma tħallix aktar immigranti illegali jidħlu u li tibgħat minn pajjiżna l-eluf li diġà hawn.

Għadu ma sar xejn biex tingħeleb din il-kriżi f’pajjiżna, u m’hemmx ħjiel li l-passi meħtieġa biex dan iseħħ, se jittieħdu fiż-żmien qrib.

 

Għalhekk għandna l-bżonn li nissoktaw bil-kampanja tal-ġbir tal-firem għall-petizzjoni popolari li titlob lill-Parlament Malti jieħu azzjoni konkreta ħalli titwaqqaf l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.

 

Diġà nġabru l-firem tal-abitanti

* tal-Marsa,   

* Birżebbuġa,

* Ħal Kirkop,

* Ħal Safi, u 

* f’dawn il-ġranet qegħdin jinġabru l-firem tal-abitanti taż-Żurrieq.

 

Il-poplu jwiegeb

 

Nistgħu ngħidu li l-poplu qiegħed iwieġeb bi ħġaru għas-sejħa biex jiffirma l-petizzjoni popolari.

 

Ftit ħafna huma dawk li jagħżlu li jibqgħu lura milli jiffirmaw.

 

Il-maġġoranza l-kbira tifhem li l-Parlament m’għandux jonqos milli jħares lil uliedna u ulied uliedna mill-inkwiet soċjali u t-theddida għas-saħħa u s-sigurtà li eluf ta’ immigranti illegali joħolqu f’pajjiżna.

Il-poplu jħoss li l-immigrazzjoni illegali hija llum l-akbar problema li għandna.

 

Stħarriġ uffiċjali tal-UE stess jikkonferma dan.

 

Meta l-kotra kbira tal-poplu hija allarmata u rrabjata bl-invażjoni tal-immigranti illegali, titnikket tara li l-Parlament Malti jibqa’ passiv ma jagħmel xejn konkret ħalli jilqa’ għall-invażjoni.

 

Aktar u aktar meta tisma’ jingħad li pajjiżna ma jista’ jagħmel xejn, għax kollox jiddependi issa mill-politika dwar l-immigranti tal-UE

 

Il-htija tal-UE

 

Għalkemm huwa minnu li pajjiżna jinsab f’din il-kriżi tal-immigranti illegali ħtija tal-UE, mhux minnu li pajjiżna ma jista’ jagħmel xejn dwarha.

 

L-UE taħti għall-invażjoni tal-immigranti illegali, għax ġiegħlet lill-Gvern Malti jirrinunzja għar-riservi kollha li pajjiżna kien għamel meta aċċetta l-Konvenzjoni dwar ir-Refuġjati.

Dan il-fatt kixfu s-Sur Louis Cilia, li kien qed jirrappreżenta lill-Gvern Malti fin-negozjati ma’ l-UE dwar il-ftehim tas-sħubija ta’ Malta.

 

F’ittra li s-Sur Cilia kiteb fid-29 ta’ April, 2008, fit-Times, qal dwar it-taħditiet mal-UE:

 

“One of the issues discussed was whether Malta should ratify some of the outstanding articles of the 1951 UN Convention Relating to the Status of Refugees. When in 1971 Dr Borg Olivier as Prime Minister and Minister of Foreign Affairs signed the instrument of accession to the convention he did so with some reservations to a number of important articles in the convention on the grounds of Malta’s ’own special problems, its peculiar positions and characteristics’.

 

“The Maltese delegation at Brussels in 1998 initially maintained the same position taken by Malta in 1971 stating that in view of the country’s small size, its situation in the centre of the Mediterranean and critical economic development, Malta was still not in a position to take on an unlimited influx of refugees as would be the case if the convention was fully ratified. To strengthen our argument we pointed out that some of the most prominent members of the EU had also maintained (and were at that time still maintaining) these reservations (and others) in the said Refugees Convention.

“The EU representatives brusquely brushed away our arguments stating that we as new members would have to comply with all existing rules and regulations and that what was applicable to old members was not necessarily applicable to new members.

“Old members had come under a different set of rules and new members were getting in under a new set of rules that were not negotiable if they were of a mandatory nature, as was the case with the said articles of the UN Refugees Convention.”

 

Il-Gvern Malti jcedi

 

Il-Gvern Malti ċeda għall-pressjoni tal-UE u ħassar ir-riservi kollha li pajjiżna kellu għall-Konvenzjoni dwar ir-Refuġjati.

 

Fid-dokument li fih id-Dikjarazzjonijiet u Riservi dwar il-Konvenzjoni tar-Refuġjati tal-1951, insibu miktub dan:

“25. The instrument of accession deposited by the Government of Malta was accompanied by the following reserva­tion: ‘Article 7, paragraph 2, articles 14, 23, 27 and 28 shall not apply to Malta, and articles 3, 4 and 5, articles 8, 9, 11, 17, 18, 21, 32 and 34 shall apply to Malta compatibly with its own special problems, its peculiar position and characteristics’.

 

“On 17 January 2002, the Secretary-General received the following communication from the Government of Malta:

 

‘The Government of Malta… hereby with­draws the reservations relating to article 7(2), articles 14, 27, 28, 7(3) (4) (5), 8, 9, 17, 18, 31 and 32… and confirms that: ‘Article 23 shall not apply to Malta, and articles 11 and 34 shall apply to Malta compatibly and with its own special problems, its peculiar position and characteristics.’ Further, on 24 February 2004, the Secretary-General received from the Government of Malta, the following communication: (The Govern­ment of Malta) ’declare that the Government of Malta, having received the remaining reservations and declaration, hereby withdraws the reservations relating to Article 23, and the reservations in respect of Articles 11 and 34 wherein these applied to Malta compatibly with its own special problems, its peculiar position and characteristics’.”

B’hekk l-UE fetħet beraħ il-bibien ta’ Malta għall-invażjoni ta’ l-immigranti illegali bil-kompliċità tal-Gvern Malti li ma kellux il-fibra jħares l-interessi tal-poplu u mingħajr ma stqarr lill-poplu x’tort għamillu.

 

Hemm x'jista' jsir

 

Minbarra li ċeda għall-pressjoni tal-UE u ħassar ir-riservi kollha li pajjiżna kellu għall-Konvenzjoni dwar ir-Refuġjati tal-1951, il-Gvern Malti aċċetta ukoll il-Council Regulation (EC) 343/2003 tat-18 ta’ Frar 2003, magħrufa bħala d-Dublin II, li tobbliga lill-pajjiż jifli l-applikazzjonijiet li jsiru biex jingħata l-istatus ta’ refuġjati.

L-UE tippretendi li Malta tapplika l-Konvenzjoni tal-1951 u r-regolamenti tad-Dublin II għall-immigranti illegali kollha li jiġu jew jinġiebu f’pajjiżna.

 

Il-Gvern u l-Parlament Malti qegħdin joqogħdu għal dak li l-UE trid.

Kemm l-UE, kif ukoll il-Gvern u l-Parlament Malti huma żbaljati meta japplikaw il-Konvenzjoni tal-1951 u d-Dublin II għall-immigranti illegali f’pajjiżna, għax il-Konvenzjoni u d-Dublin II jibdew japplikaw jekk l-immigranti jagħmlu applikazzjoni biex jitqiesu bħala refuġjati.

 

Iżda l-immigranti illegali li jinġabru mill-baħar ma jkunux iridu joqogħdu f’Malta, għax huma jkunu jridu jkomplu l-vjaġġ lejn l-Ewropa.

L-istess ħaġa jingħad għall-immigranti illegali li jinżlu Malta bi żball, għax mingħalihom waslu l-Italja.

 

Ħadd minnhom ma jkollu x-xewqa li jkun refuġjat f’Malta u ladarba jafu li jekk jitolbu li jitqiesu refuġjati f’Malta, ma jistgħux jitolbu li jmorru refuġjati fl-Ewropa, ħadd minnhom ma jaqbillu japplika għall-istatus ta’ refuġjat waqt li jkun f’Malta.

Iżda minkejja dan, qed jiġri li l-immigranti illegali kollha li jiġu jew jinġiebu f’Malta jkunu miflijin jekk humiex intitolati li jitqiesu refuġjati, jew li jingħataw protezzjoni umanitarja u sakemm jiġi deċiż dan, jinżammu f’ċentri ta’ detenzjoni.

M’għandna ebda obbligu nagħmlu dan, għax l-immigranti illegali m’għandhom ebda intenzjoni li joqogħdu f’pajjiżna u għalhekk lanqas li jitiqesu refuġjati f’pajjiżna.

 

Il-problema tal-immigranti illegali qegħdin noħolquha aħna billi nfissru ħażin kemm il-Konvenzjoni tal-1951 kif ukoll id-Dublin II, għax qegħdin nagħmlu dak li trid minna l-UE li tridna ma nħallux l-immigranti illegali jmorru fil-pajjiżi l-oħrajn tal-UE.

 

Servizz lill-immigranti

 

L-aqwa għajnuna u l-aktar servizz li nistgħu nagħtu lill-immigranti illegali huwa li ma nżommuhomx bilfors f’pajjiżna, u li nħalluhom imorru fejn iridu jmorru fl-Ewropa.

 

Jekk l-UE ma tridhomx, iżżommhom milli jidħlu fil-pajjiżi tagħha hija, mhux iġġiegħel lilna nżommuhom bilfors u kontra r-rieda tagħhom f’Malta.

Għalhekk l-UE taħti doppjament għall-kriżi li għandna tal-immigranti illegali.

 

L-ewwel għax fetħitilna l-bibien beraħ għall-invażjoni tagħhom, meta ġiegħlitna nneħħu r-riservi għall-Konvenzjoni tar-Refuġjati.

 

U t-tieni, meta qiegħda ġġiegħlna nżommuhom f’Malta bilfors u ma nħalluhomx ikomplu sejrin lejn l-Ewropa, fejn iridu jmorru u fejn kellhom l-għan imorru meta telqu minn pajjiżhom.

Jekk il-Parlament Malti jagħmel dmiru lejn il-poplu Malti u jaqta’ li l-immigranti illegali jitħallew imorru fejn iridu fl-Ewropa, ikun qiegħed jagħmel bħalma l-UE tridna nagħmlu fil-każ tal-passa tat-tjur u l-għasafar.

 

L-UE ma tridniex nonsbuhom, iżda lill-immigranti illegali tridna nżommuhom ma joħorġux minn gżiritna.

 

Għandna nagħmlu kif trid nagħmlu lill-passa, jiġifieri nħalluha għaddejja.

L-istess lill-immigranti illegali għandna nħalluhom sejrin fejn iridu.

 

Pajjiżna m’għandux għalxiex ikun marbut bil-politika tal-UE dwar l-immigrazzjoni.

 

Għandna nimxu b’politika li ma tagħmlilniex ħsara billi ma napplikawx la l-Konvenzjni tal-1951 u lanqas id-Dublin II, ladarba l-immigranti illegali m’għandhom ebda intenzjoni li joqogħdu f’pajjiżna.

 

Għaliex nibku fl-1 ta’ Mejju…

 

Fl-Ewwel ta’ Mejju ta’ din is-sena jaħbat il-ħames anniversarju tal-jum bl-akbar għajb għall-poplu tagħna, għax tilef l-Indipendenza u l-Ħelsien billi ssieħeb fl-Unjoni Ewropea.

Tajjeb li f’dan il-jum nagħmlu l-kontijiet ta’ xi tlifna meta tajna rajna f’idejn il-barranin tal-UE.

 

Mhux biss xi tlifna, iżda anke kemm swietilna s-sħubija.

 

 

 

 

Tant tiswielna, li għalkemm ninsistu biex jgħidulna x’inhi l-ispiża għal pajjiżna,

* qatt ma jagħtuna tagħrif la kemm pajjiżna qiegħed iħallas lill-UE u

* lanqas xi spejjeż pajjiżna qed jagħmel biex ilaħħaq ma’ dawk il-ħwejjeġ li l-UE trid mingħandna.

 

Għax kieku jingħata dan it-tagħrif, il-poplu jintebaħ li qegħdin nirroftaw mhux immorru minn fuq.

Tajjeb ukoll li niftakru fil-gwaj li s-sħubija fl-UE ġabitilna.

 

L-ewwel u fuq kollox,

* ħolqitilna l-akbar kriżi li għandna,

* dik tal-immigranti illegali.

 

Niftakru ukoll

* fis-salib tal-għoli tal-ħajja

* li tqal ħafna wara li sseħbina fl-UE,

* mingħajr ma l-pagi u

* s-salarji żdiedu

* biex iżommu l-pass tal-ħajja.

Ma nistgħux ninsew ukoll

* l-eluf ta’ ħaddiema li tilfu l-impjieg li kellhom

* b’konsegwenza tas-sħubija u

* tal-politika tal-UE.

 

Mhux biss

* il-ħafna fabbriki li kellhom jagħlqu,

* iżda ukoll l-eqdem industrija li pajjiżna kellu,

* it-Tarzna,

* fejn bis-saħħa tal-politika tal-UE,

* intilfu mijiet ta’ impjiegi

* tal-aqwa nies tas-sengħa.

 

Ħafna ħaddiema oħrajn li ma tilfux l-impjieg,

* kellhom tnaqqis fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom,

* ukoll minħabba s-sħubija u l-politika Ewropea.

L-UE għattnitna

* bil-piż ta’ taxxi ġodda,

* ibda mit-18% VAT fuq is-servizzi u

* l-prodotti,

* l-eko-taxxi,

* il-levies fuq il-prodotti taż-żejt u

* l-għafsa l-kbira tat-tneħħija tas-sussidji

* bħal fil-każ tar-rati tad-dawl u l-ilma,

* għax l-UE hekk trid.

U nafu li dan mhux kollox,

* għax l-agħar għadu ġej fis-snin li ġejjin,

* bit-theddida għall-pensjonijiet,

* is-servizzi soċjali u

* għall-isptar b’xejn.

 

L-ewwel li jmiss hija

* ż-żieda fil-kirjiet

* bil-liberalizzazzjoni tas-suq tal-kiri tad-djar.

Fuq kollox,

* is-sħubija fl-UE

* tellfitna ġieħna bħala nazzjon sovran u

* reġgħet għamlitna poplu kolonjali mmexxi mill-barrani.

 

Għalhekk għandna għax nibku mhux nifirħu fl-Ewwel ta’ Mejju.

 

Il-Ħamis, 30 ta’ April, 2009.

 

IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA

 

<< Lura <<

 

e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk 

 

Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna

 

Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien

 

Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien? 

Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.

Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-

Segretarju Finanzjarju  CNI,

60A, Triq id-Dejqa,

Valletta

 

Isem .......................................................

Indirizz ...................................................

ID Numru ...............................................

 

Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek

 

Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ