MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
Konferenza Stampa mill-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici
Chairman Kampanja Ħelsien Nazzjonali CN
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000
JEKK TIRRISPETTA L-KOSTITUZZJONI TA' PAJJIŻEK GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK JIRRISPETTA L-FEHMIET TIEGĦEK U MA JIVVOTAX FAVUR IL-KOSTITUZZJONI TA' L-UNJONI EWROPEA LI TKASBAR IL-KOSTITUZZJONI TA' MALTA.
IL-KOSTITUZZJONI TA' L-UNJONI EWROPEA TKASBAR IL-KOSTITUZZJONI TA' MALTA
Dikjarazzjoni solenni mis-CNI għall-Ħelsien Nazzjonali
Il-President
tal-Kampanja għall-Ħelsien Nazzjonali (CNI),
Dr Karmenu Mifsud Bonnici, waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet mogħtija
l-bieraħ fl-uffiċċju tagħhom fil-Mosta, ippreżenta
b’mod uffiċjali dikjarazzjoni solenni f’isem il-poplu Malti u Għawdxi,
bil-għan li l-istituzzjonijiet Ewropej jiġu konxji mill-fatt li l-Maltin
għandhom il-jedd li jiġġieldu biex jerġgħu jiksbu lura
l-ħelsien, l-indipendenza, is-sovranità u n-newtralità ta’ pajjiżna.
Il-President
Mifsud Bonnici qal li din id-dikjarazzjoni ġiet irreġistrata l-bieraħ
fil-għodu fl-atti notarili mill-membri kollha tal-Kumitat.
Dr Karmenu Mifsud Bonnici tenna li trattat li l-Gvern Nazzjonalista ffirma ma’
l-UE is-sena li għaddiet, huwa wieħed li qiegħed iċaħħad
is-sovranità ta’ pajjiżna.
Qal ukoll li din id-dikjarazzjoni qed tintbagħat lill-Istati Membri kollha
ta’ l-UE kif ukoll lill-Membri Parlamentari kollha tal-Parlament Ewropew.
Dan
bit-tama li jqum fihom sens ta’ rimors u tagħmilhom konxji tal-ħsara
li trattat li ffirmat Malta ma’ l-UE se jkollu fuq il-poplu Malti u Għawdxi
kollu.
“Malta ħielsa u newtrali tegħleb kull diffikultà li għandna
llum” issokta jghid Karmenu Mifsud Bonnici.
Żied jgħid li din id-dikjarazzjoni se jkollha effett qawwi fuq dawk kollha li qegħdin jippretendu li hawn qbil fost il-poplu Malti kollu fuq it-trattat tas-sħubija ma’ l-UE.
Huwa
tenna li huma se jkunu ta’ vuċi għal dawk kollha li la kienu jaqblu
mat- trattat qabel ir-referendum tas-sena l-oħra u li sal-lum għadhom
jiċħdu l-ftehim ta’ sħubija.
Il-Membru tal-Kumitat, Eddie Privitera qal li kien tort tal-Gvern Nazzjonalista u tal-kamp ta’ l-Iva li ma għarrfux lill-poplu Malti li pajjiżna ma kienx se jkun intitolat għal fondi li kienu wegħduna mill-Unjoni Ewropea.
Dan għar-raġuni li fl-2001, il-kumitat soċjali u ekonomiku ta’ l-UE qal ċar u tond li Malta kienet mistennija li taqbeż il-livell ta’ 75 fil-mija u allura ma tistax tkun eleġibbli għall-fondi.
Dan
minħabba l-fatt li flimkien ma’ Malta deħlin bosta pajjiżi oħra
u li l-livell tagħhom huwa ferm inqas minn dak ta’ pajjiżna.
Ġurament ta' lealta` li jieħdu l-Membri Parlamentari kollha
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li nkun tassew fidili u leali lejn il-Poplu u r- Repubblika ta’ Malta u l-Kostituzzjoni tagħha. (Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ Prim Ministru jew Ministru ieħor jew Segretarju Parlamentari.
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment u skond il-kuxjenza d-dmirijiet tiegħi bħala (Prim Ministru/Ministru/Segretarju Parlamentari) skond il-Kostituzzjoni u l-liġijiet ta’ Malta, mingħajr biża’ jew favur. ( Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ President.
Jiena ..............................................., solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment il-kariga ta’ President (li naqdi fedelment il-funzjonijiet tal-President) ta’ Malta, u li, skond l-aħjar ħila tiegħi nikkonserva, inħares u niddefendi l-Kostituzzjoni ta’ Malta. (Hekk Alla jgħini).
Sezzjoni 6 tal-Kostituzzjoni ta' Malta
6. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (7) u (9) ta’ l-artikolu 47 u ta’ l-artikolu 66 ta’ din il-Kostituzzjoni, jekk xi liġi oħra tkun inkonsistenti ma’ din il-Kostituzzjoni, din il-Kostituzzjoni għandha tipprevali u l-liġi l-oħra għandha, safejn tkun inkonsistenti, tkun bla effett.
Artiklu I-6 tal-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea
Dritt ta' l-Unjoni
Il-Kostituzzjoni u l-liġijiet adottati mill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni fl-eżerċizzju tal-kompetenzi konferiti lilha għandhom jipprevalu fuq id-dritt ta’ l-Istati Membri.
Tista' tafda lil min jikser il-ĠURAMENT tiegħu/tagħha?
30 ta’ Marzu, 2004.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar