MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha
€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
Il-mara tad-dar u l-Unjoni Ewropea
L-Unjoni Ewropea
tħeġġeġ lin-nisa tad-dar joħorġu jaħdmu
fultajm u tgħid lin-nisa tad-dar li ma joħorġux jaħdmu, huma
riżors uman moħli tal-pajjiż.
L-Unjoni tħeġġeġ it-twaqqif ta’ “Child Care Centres” biex jieħdu ħsieb it-tfal ta’ l-ommijiet li jmorru għax-xogħol.
F’Malta aċettajna li nħaddmu din il-politika ta’ l-Unjoni dwar l-impjieg tan-nisa tad-dar.
U ħafna nisa tad-dar huma sfurzati joħorġu jaħdmu fultajm, minħabba li ma jistgħux ilaħħqu ma’ l-ispejjeż tal-familja bid-dħul biss tar-raġel, jew bl-għajnuna soċjali mogħtija lilhom.
Il-konsgwenzi li seħħew f’pajjiżi oħrajn li ħaddmu din il-politika qegħdin inbatuhom f’pajjiżna, u se nbatuhom aktar ‘il quddiem.
Għax qegħdin nagħmlu l-iżbal li ninjoraw li l-ewwel responsabbilta’ tal-mara tad-dar li hija d-dar u l-familja.
Jekk ir-responsabbiltajiet tad-dar u tal-familja u saħħitha jippermettulha ħin u enerġija toħroġ mid-dar biex taħdem, għandu jkollha l-fakulta` u l-opportunita` li tagħmel dan.
Iżda r-responsabbilta tad-dar u tal-familja m’għandhomx iħallulha ħin u enerġija toħroġ taħdem aktar minn nofs ta’ nhar, ħalli jibqgħalha fin-nofs ta’ nhar l-ieħor, ħin u saħħa għax-xogħol tad-dar u tal-familja.
Ma hux sewwa li
nippretendu mill-mara tad-dar li barra milli tieħu ħsieb id-dar u
l-familja, toħroġ taħdem il-ġurnata kollha.
Għax jekk jiġri dan, inkunu qed nisfruttaw u nagħfsu żżejjed il-mara tad-dar, u barra milli nagħmlu ħsara lilha, inkunu qegħdin ukoll nheddu l-ħajja familjari tagħha u tal-membri tal-familja.
Għandna nifhmu li x-xogħol tad-dar u tal-familja huwa diġa` fultajm għal mara tad-dar, u għalhekk miegħu hija tista’ tagħmel, mhux xogħol ieħor fultajm barra d-dar, iżda biss xogħol partajm, jew aħjar, nofs ta’ nhar xogħol barra d-dar, barra x-xogħol tad-dar u tal-familja.
Mhux l-istess għandu jingħad għan-nisa li la għandhom responsabbilta` tad-dar u lanqas tal-familja.
Dawn għandhom ikollhom kull fakulta`, u jingħataw kull opportunita` li joħorġu jaħdmu fultajm kemm iridu.
Għalhekk il-politika ta’ l-UE li aħna qegħdin insegwu, li ma tagħmilx differenza bejn nisa li għandhom responsabbilta` tad-dar u tal-familja, u dawk li ma għandhomx din ir-responsabbilta`, hija ta’ ħsara l-ewwelnett għan-nisa stess, u fit-tieni lok, għas-soċjeta` u għall-pajjiż.
Għax is-soċjeta` u l-pajjiż jeħtieġu familji sodi, fejn il-mara tagħti l-ħin xieraq lil żewġħa u lil darha, u li l-ulied ikunu mrobbijin minn ommhom li għandha ħin x’tiddedika għalihom u għall-edukazzjoni tagħhom.
M’għandniex nimxu mal-politika ta’ l-UE li tagħmel pressjoni soċjali u ekonomika fuq il-mara tad-dar biex toħroġ taħdem fultajm.
Għandna minflok inħaddnu politika soċjali, li nagħtu inċentivi ekonomiċi ħalli mara tad-dar toħroġ tagħmel xogħol partajm u hekk jibqgħalha ħin u enerġija biżżejjed għax-xogħol tad-dar u tal-familja.
Pixxina

Il-ħela mill-Unjoni Ewropea tal-fondi li hija tiġbor mingħand il-pajjiżi membri hija skandaluża.
Xi żmien ilu l-Kummissjoni Ewropea bniet pixxina għall-użu tal-Kummissarji, u qiegħed japprova f’dawn il-ġranet, huwa pprovdut is-somma ta’ 20 miljun Ewro ħalli tinbena pixxina għall-impjegati li jaħdmu fil-Parlament u mal-Membri Parlamentari.
Il-ġustifikazzjoni li ngħatat għal din l-ispiża kapriċċjuża hija li x-xogħol ta’ l-impjegati ma jippermettilhomx jagħmlu eżerċizzju fiżiku wara l-ħin, u għalhekk ikun tajjeb li jkollhom din il-faċilita` tal-pixxina li se tqum 20 miljun Ewro, fuq il-post tax-xogħol.
Iż-żamma tal-kontijiet ta’ l-UE huwa skandlu kbir tal-mistħija għall-Unjoni u għal kull min jemmen fiha.

Għal 13-il sena infila l-awdituri ma ħassewx li setgħu jiffirmaw il-kontijiet ta’ l-Unjoni.
L-Unjoni daħħlet skema li tħallas sussidji mhux fuq l-ammont tal-prodotti tal-biedja, iżda fuq id-daqs tar-raba`, anki dak li ma jinħadimx.
B’din l-iskema l-Unjoni sabet il ħallset ammont kbir li ħafna sidien ta’ raba` li m’għandhomx x’jaqsmu xejn mal-biedja, bħal ma huma kumpaniji tal-ferroviji fl-Ingliterra, klabbs tal-“horse riding” u trobbija taż-żwiemel fil-Ġermanja u l-Isvezja, u klabbs tad-divertiment, u lil Kunsilli Lokali fid-Danimarka u fl-Ingliterra.
Dawn il-fondi li l-Unjoni ħallset b’dan il-mod jiġu mit-taxxi mħallsa miċ-ċittadini tal-pajjiżi membri li jintbagħtu kull sena lill-Unjoni.
Malta tħallas ‘il fuq minn 22 miljun Lira Maltin fis-sena.

Il-Kummissarju Ewropew Malti Joe Borg li huwa responsabbli mis-sajd, stqarr li huwa att “immorali” li l-Unjoni ġġiegħel lis-sajjieda jarmu lura kwantitajiet kbar ta’ ħut li jaqbdu iżjed mill-kwoti permessi mill-Unjoni.
L-Unjoni timponi kwoti ta’ kemm jistgħu jitniżżlu l-art ħut skond l-ispeċi tagħhom.
Din il-politika l-Unjoni għamlitha ħalli tikkonserva speċi ta’ ħut milli jinqered mis-sajd intensiv li jsir.
Iżda din il-politika ta’ l-Unjoni xorta waħda ma ssalvax il-ħut, għax meta l-ħut żejjed aktar mill-kwota jintefa` lura fil-baħar, jintefa` mejjet, u għalhekk ikun inqered xorta waħda.
Dan l-aħħar fi programm tal-BBC fl-Ingliterra ntwera sajjied li f’sajda mela 17-il qoffa bl-ammont ta’ ħut li qabad.
Huwa kellu jarmihom lura mejta fil-baħar kważi kollha.
Kelliemi ta’ organizzazzjoni volontarja qal fil-programm tal-BBC li s-sena l-oħra fl-ibħra madwar ir-Renju Unit inqabdu 186 miljun ħut, li 117 miljun minnhom intremew lura mejta.

Il-Ministru Ingliż tas-Sajd, Jonathan Shaw, ammetta li dan huwa ħela enormi ta’ ġid.
Għalkemm l-Unjoni Ewropea tammetti li dan l-aġir huwa immorali, ma tafx kif se tagħmel sabiex tikkonserva l-ħut milli jinqered bis-sajd żejjed.
L-Unjoni tistma li bejn 40 u 60 fil-mija tal-ħut li jinqabad fin-North Sea, jintrema lura mejjet.
Dan iseħħ meta eluf fid-dinja jmutu kuljum bil-ġuħ għax ma għandhomx x’jieklu.
Il-Ħamis, 29 ta' Novembru, 2007.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ