MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000 minn ħalq uliedek
Parti minn artikolu tas-Sur Tony Zarb, Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union
Appoġġ mill-EMF
Il-European Metalworkers
Federation (EMF) f’ittra li bagħtet lill-Prim Ministru ħeġġitu
biex il-Gvern ma jiddeċiedix waħdu dwar il-privatizzazzjoni tat-Tarzna
u biex iżomm konsultazzjoni kontinwa mal-GWU dwar il-proċess tal-pjan
kollu tar-ristrutturar tat-Tarzna.
Dan biex jiġi assigurat li ma jkunx hemm impatt soċjalment negattiv
fuq il-ħaddiema ta’ din l-ażjenda.
L-EMF, li tiġbor fiha madwar 5.5 miljun ħaddiema fis-settur tal-metall
qiegħda ssegwi b’interess l-iżvilupp fil-kwistjoni dwar
il-privatizzazzjoni tat-Tarzna u stqarret l-appoġġ tagħha
lill-GWU fil-ħidma li qed tagħmel biex tassigura l-vijabilità tat-Tarzna.
Fl-ittra tiegħu lill-Prim Ministru, is-Segretarju Ġenerali tal-EMF,
Peter Scherrer, filwaqt li stqarr li l-EMF hija solidali mal-GWU f’din
il-kwistjoni fakkar fil-wegħda li għamel il-Gvern qabel l-elezzjoni li
għaddiet li mhux se jkun hemm tnaqqis ta’ ħaddiema mit-Tarzna u għaldaqstant
ħeġġeġ lill-Gvern biex jassigura li ma jkunx hemm tnaqqis ta’
ħaddiema mit-Tarzna mingħajr ma jinstabu alternattivi aċċettabbli.
Filwaqt li rriaffermat it-tħassib tal-GWU għat-tnaqqis drastiku ta’
ħaddiema li l-Gvern ħabbar li se jkun hemm mit-Tarzna, l-EMF appellat
biex il-Gvern jirrispetta l-liġijiet tal-Unjoni Ewropea dwar
il-privatizzazzjoni ta’ ażjendi pubbliċi.
L-EMF appellat ukoll lill-Gvern sabiex il-Gvern jimxi mad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar id-dritt tal-konsultazzjoni u għaldaqstant sostniet il-ħtieġa li l-Gvern jinnegozja mal-GWU sabiex tinstab soluzzjoni soċjalment responsabbli fl-aħjar interess tal-ħaddiema tat-Tarzna.
Lm41.8 miljun mis-sussidju baqgħu ma ngħatawx lit-Tarzna
Il-kumpanija Malta Shipyards li topera t-Tarzna, mit-twaqqif tagħha fil-2003, qatt ma bagħtet l-Accounts tagħha skond il-liġi lill-uffiċjali tal-Financial Services.
Għalhekk m’hemmx mezz kif tista’ tifli r-riżultati finanzjarji tat-Tarzna.
Bl-iskuża
li l-Accounts jikxfu tagħrif kummerċjali kunfidenzjali, il-Gvern qatt
ma ssottomettihom għall-iskrutinju tal-pubbliku u tal-ħaddiema tat-Tarzna
qalet il-Kampanja għall-Ħelsien Nazzjonali (CNI).
Is-CNI
tilmenta li f’ħafna drabi ngħataw ammonti li ma jaqblux ta’ kemm
tilfet it-Tarzna u ta’ kemm ingħatat għajnuna mill-Gvern matul is-seba’
snin tal-Pjan ta’ Ristrutturar miftiehem ma’ l-Unjoni Ewropea u li kellu l-bidu
fil-2002.
Lanqas
intqal x’ma ngħatawx lit-Tarzna mill-ammonti ta’ flus li skond il-Pjan
kellhom jingħataw.
Dan in-nuqqas ta’ tagħrif serva biex il-pubbliku ma jkunx jista’
jifforma stampa ċara tal-qagħda finanzjarja vera tat-Tarzna u l-pubbliku
jkollu joqgħd fuq id-diskors ta’ propaganda li minn żmien għal
żmien jingħad mill-Gvern, jew mit-tmexxija eżekuttiva tat-Tarzna.
Is-CNI
nnutat li l-Prim Ministru, waqt li ma jridx li l-verità kollha tkun magħrufa
permezz ta’ inkjesta indipendenti pubblika dwar it-Tarzna, poġġa fuq
il-mejda tal-Parlament, xi dokumenti li jikxfu ħwejjeġ importanti dwar
it-Tarzna.
Wieħed mid-dokumenti jagħti tagħrif dwar x’għajnuniet
kellhom jingħataw skond il-Pjan miftiehem ma’ l-Unjoni Ewropea, iżda
li baqgħu ma ngħatawx, mingħajr ma l-Gvern ta r-raġunijiet għaliex
naqas li jagħtihom.
*
Il-Pjan ta’
Ristrutturar kien ħaseb għall-għoti ta’ Lm32 miljun
f’“Social Cost Subsidy”.
*
Id-dokument
esebit mill-Gvern juri li Lm12-il miljun minnhom mhux se jitħallsu sa l-aħħar
ta’ din is-sena meta jintemm il-Pjan.
* Il-Pjan ħaseb għall-għoti ta’ Lm9.9 miljun f’“Capital Investment Subsidy”.
* Id-dokument esebit mill-Gvern juri li sa l-aħħar ta’ din is-sena Lm1.9 miljun minnhom ma jkunux ingħataw u dak l-ammont huwa ppjanat li jintefaq fis-sentejn li ġejjin, fil-2009 u 2010 (meta t-Tarzna tkun inbiegħet mill-Gvern lill-barranin).
* Il-Pjan approvat mill-Unjoni Ewropea kien jaħseb biex Lm4.5 miljun jingħataw fi “Training Grants”.
* Skond id-dokument esebit mill-Gvern, Lm3.6 miljun minnhom mhux se jintefqu sa l-aħħar tal-Pjan fl-aħħar ta’ din is-sena.
* Il-Pjan approvat mill-Unjoni Ewropea jipprovdi għall-għoti ta’ Lm21 għal “Financial Costs”.
*
Skond id-dokumenti
esebit mill-Gvern, sa l-aħħar tal-Pjan, Lm20.8 miljun minnhom ma
jkunux ingħataw lit-Tarzna.
*
B’kollox,
minn total ta’ għajnuniet approvati mill-Unjoni Ewropea fil-Pjan ta’
Ristrutturar, li jleħħaq Lm119 miljun, sa l-aħħar tal-Pjan
ma jkunux ingħataw lit-Tarzna Lm41.5 miljun minnhom.
Is-CNI
tinnota li l-Gvern ta’ spiss isemmi l-ammont ta’ sussidju mogħti lit-Tarzna
skond il-Pjan ta’ Ristrutturar, iżda qatt ma jnaqqas l-ammont ta’
Lm41.8 miljun li mhux se jkunu ngħataw sat-tmiem tas-seba’ snin tal-Pjan.

Il-Gvern
xi drabi semma’ wkoll li se jkollu jitlob lill-Unjoni Ewropea biex tagħtih
permess jagħmel tajjeb għal madwar 100 miljun Ewro (mhux Lm) telf li
qal li t-Tarzna akumulat f’seba’ snin.
Ma
qalx il-Gvern li se jkun iffranka madwar €100 miljun (jew Lm41.8 miljun) mill-ammont
ta’ għajnuniet li kellu jagħti lit-Tarzna skond il-Pjan miftiehem
ma’ l-Unjoni Ewropea u b’dak l-ammont se jaqta’ t-telf li qed jgħid
li t-Tarzna akkumulat.
Is-CNI
temmen li huwa xieraq li ssir inkjesta indipendenti pubblika dwar x’seħħ
sewwa mit-Tarzna fis-seba’ snin tal-Pjan ta’ Ristrutturar u għalhekk
is-CNI
tingħaqad fis-sejħa tal-ħaddiema tat-Tarzna u tal-General
Workers’ Union għall-inkjesta ħalli tkun magħrufa l-verità
kollha dwar it-Tarzna u dwar it-tmexxija tagħha.
Il-Gvern u l-Unjoni Ewropea m’għandhomx jibqgħu jaħbu mill-pubbliku
l-“Accounts” tat-Tarzna mill-2003 ’l hawn, għax kull għajnuna
mogħtija lit-Tarzna ġiet minn għand il-poplu u ebda Ewro ma tħallset
mill-Unjoni Ewropea, għalkemm din iddettathielna x’għajnuna tingħata
lit-Tarzna.
It-Tlieta, 29 ta’ Lulju, 2008
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju
Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ