MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000 minn ħalq uliedek
Vroma tal-Gvern dwar il-karozzi tal-mejtin

Il-propagandisti
ta’ l-Unjoni Ewropea qegħdin jiftaħru bil-vroma li l-Prim Ministru u
l-Ministru tat-Trasport għamlu bil-liberalizzazzjoni tal-karozzi tal-mejtin.
Il-Kampanja
għall-Ħelsien Nazzjonali (CNI)
ssostni iżda li minflok baxxew in-noll għall-ġarr tal-mejtin,
il-Gvern obda lill-Unjoni Ewropea u żied in-numru ta’ karozzi tal-mejtin
biex il-kompetizzjoni bejnithom tbaxxi n-noll.
Skond is-CNI,
meta l-Gvern żied in-numru ta’ karozzi tal-mejtin, għamel ħsara
lill-pajjiż, kif se jiġi hawn muri.
Jekk wieħed iqis li f’pajjiżna jsiru 3,000 funerali f’sena, u kien
hawn għaxar karozzi tal-mejtin u kull karozza inxtrat Lm40,000, intefaq
kapital ta’ Lm400,000 li ħareġ mill-pajjiż.
Kienu
jitħallsu għaxar liċenzji tal-karozzi u għaxar poloz
tas-sigurtà u jaħdmu għaxar sidien jew xufiera biex jingħata
servizz ta’ 3,000 funeral f’sena.
Fil-ħruġ ta’ għaxar liċenzji ġodda għall-karozzi
tal-mejtin, in-nefqa kapitali tal-karozzi għall-ġarr ta’ l-istess
numru ta’ mejtin, 3,000 fis-sena, titla’ għal Lm800,000, kolllha
flejjes li joħorġu barra l-pajjiż.
Jitħallsu
20 liċenzja u 20 polza tas-sigurtà u jaħdmu 20 sid jew xufier biex
jagħtu l-istess ammont ta’ servizz ta’ 3,000 funeral f’sena.
L-ispiża
kapitali u l-ispejjeż kurrenti għal 20 karozza tal-mejtin huma d-doppju
ta’ l-ispiża kapitali u l-ispejjeż kurrenti għal għaxar
karozzi tal-mejtin, fil-waqt li l-ammont ta’ servizz huwa l-istess ta’ 3,000
funeral.
Ħaġa
li kummerċjalment ma treġġix.
Kieku n-noll jibqa’ l-istess wara ż-żieda fin-numru tal-karozzi
tal-mejtin, kull sid ta’ l-20 karozza jibda jdaħħal, ras għal
ras, nofs kemm kien idaħħal sid meta n-numru ta’ karozzi tal-mejtin
kien in-nofs.
Jekk meta jirdoppja n-numru ta’ karozzi tal-mejtin, is-sidien idaħħlu
n-nofs ta’ dak li kienu jdaħħlu meta n-numru tal-karozzi kien in-nofs
u n-nol jibqa’ l-istess, kif tista’ tippretendi li s-sidien se jbaxxu n-noll
u jdaħħlu anqas min-nofs ta’ kemm kienu jdaħħlu qabel?
Is-CNI
hija tal-fehma li jekk il-Gvern jifhem li huwa ġust li sid karozza
tal-mejtin għandu jdaħħal nofs dak li kien idaħħal meta
n-numru ta’ karozzi tal-mejtin kien in-nofs (10 flok 20), kull ma kellu jagħmel
il-Gvern kien li jbaxxi n-noll bin-nofs.
Kienu
jiġu ffrankati n-nefqa kapitali ta’ għaxar karozzi tal-mejtin
(Lm400,000) u l-ħlas ta’ għaxar liċenzji ġodda u għaxar
poloz tas-siġurtà u d-dħul ta’ għaxar sidien jew xufiera.
Is-CNI
tgħid li sfortunatament għall-poplu tagħna, dawk li huma għomja
wara l-Unjoni Ewropea tilfu d-dehen li jiflu sew jekk il-politika tagħha,
f’dan il-każ, il-politika tal-liberalizzazzjoni, mhix addattata jew le għaċ-ċirkostanzi
partikolari ta’ pajjiżna.
Fil-każ tal-karozzi tal-mejtin, il-politika ta’ l-Unjoni Ewropea hi ekonomikment ħażina għal pajjiżna u soċjalment inġusta għas-sidien tal-karozzi tal-mejtin.
Il-poplu
mhux se jgawdi xejn aktar milli kien igawdi kieku mxejna kif hu l-aħjar għal
pajjiżna u aktar ġust għas-sidien tal-karozzi tal-mejtin, jiġifieri,
jitbaxxa n-nol kemm huwa xieraq li jitbaxxa.
Biex jikkonvinċi lill-pubbliku bil-vroma kbira li għamel, il-Gvern
ħallas mit-taxxi tal-poplu kumpens ta’ €230,000 lis-sidien tal-karozzi
tal-mejtin ta’ qabel ma ħarġu l-liċenzji ġodda.
U biex ikompli jgħaxxaqha, il-Gvern ftaħar li jistenna li jkun hawn
bejn 30 u 40 karozza tal-mejtin.
Dan ifisser li jekk f’pajjiżna ma jsirux aktar minn tmien funerali kuljum (2,920 fis-sena), jekk ikun hawn 30 karozza tal-mejtin, kuljum 22 minnhom joqogħdu jħarsu jaraw lil tmienja minn sħabhom jaħdmu u jekk ikun hawn 40 karozza tal-mejtin, kuljum 32 minnhom jibqgħu weqfin iħarsu.
Waqt
li n-nefqa kapitali li toħroġ mill-pajjiż għal 20 karozza
ġdida (ma’ l-għaxra li kien hawn), titla’ għal Lm800,000 u
jekk għal 30 karozza ġdida, titla’ għal miljun u mitejn elf
lira Maltija (Lm1,200,000), li jitħallsu lid-ditti barranin tal-karozzi.
Skond is-CNI
dan huwa ħela kriminali tar-riżorsi ta’ pajjiżna li għalih
huma ħatjin l-Unjoni Ewropea u l-Gvern kapriċċuż tagħna,
kelb fidil tagħha.
It-Tlieta, 29 ta’ Lulju, 2008
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju
Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ