MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin

u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

 

NAĦILFU LI NEĦILSU LIL MALTA MILL-JASAR, IL-KOLONJALIŻMU U L-ĦAKMA DITTATORJALI ILLEGALI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!

 

L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek

Malta ħielsa f’Ewropa ħielsa

Mill-Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI

Meta fl-Ewropa kien għad hemm il-purtiera tal-ħadid, kien jingħad li l-parti ta’ l-Ewropa taħt l-Unjoni Sovjetika kienet l-Ewropa mhux ħielsa u l-Ewropa tal-Punent, kienet tissejjaħ l-Ewropa ħielsa.

Illum, bir-regoli u l-liġijiet li l-
Unjoni Ewropea għandha, il-pajjiżi membri tagħha m’għadhomx ħielsa li jmexxu lilhom infushom.

Jista’ jingħad li kienu ħielsa biex jagħżlu li jissieħbu jew li ma jissieħbux fl-Unjoni.

Iżda la darba ssieħbu, m’għadhomx aktar pajjiżi ħielsa.

Mela erħajna ġejna fis-sitwazzjoni li l-
Ewropa hija maqsuma fi tnejn: l-Ewropa ħielsa u l-Ewropa mhux ħielsa.

Bid-differenza li llum, kontra dak li kien jgħodd fl-imgħoddi, l-Ewropa mhux ħielsa hija l-Ewropa tal-Punent, inkluża Malta.

L-
Ewropa ħielsa hija magħmula mill-Isvizzera, min-Norvegja, mill-Islanda, minn Greenland, mill-Andorra, mill-Vatikan, Monaco, ir-Russja, u l-pajjiżi l-oħra Ewropej bħal Lichtenstein, li m’humiex marbutin bir-regoli u l-kundizzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea.

F’Malta hawn eluf li jridu li pajjiżna jerġa’ jikseb l-
INDIPENDENZA u l-ĦELSIEN u li l-Ewropa terġa’ tkun ħielsa.

Iżda jekk il-pajjiżi membri l-oħra ta’ l-Unjoni Ewrpea ma jimpurtahomx mill-ħelsien, aħna jimpurtana ħafna li Malta tkun tagħmel parti mill-Ewropa ħielsa.

Biex tagħmel dan, Malta trid terġa’ tinfeda mill-ħakma tal-barrani, għaliex bil-ftehim tas-sħubija li sar ma’ l-Unjoni Ewropea, Malta reġgħet ġiet maħkuma, din id-darba mill-Unjoni Ewropea.

L-għajta ta’ l-
INDIPENDENZA u l-ĦELSIEN mhux se tnin iżda se tikber biż-żmien.

Se tiżdied sakemm jerġa’ jkollna Mintoff ieħor li jmexxina biex niksbu lura l-INDIPENDENZA u l-ĦELSIEN li għadna kif tlifna.

Għal dan il-għan is-CNI se tkompli taħdem.

Qiegħda tistieden lill-Maltin u l-Għawdxin, u partikolarment liż-żgħażagħ, ħalli ningħaqdu flimkien għat-tieni ġlieda ta’ l-INDIPENDENZA u l-ĦELSIEN ta’ art twelidna, bl-għajta ta’ MALTA ĦIELSA f’Ewropa Ħielsa.  

L-UE timponi taxxi

Kull settur tal-poplu pprotesta kontra l-Eco Tax, li l-Gvern ġab l-iskuża li hija biss kontribuzzjoni għall-ispejjeż taż-żamm ta’ l-ambjent nadif.

Ħadd iżda ma pprotesta li din it-taxxa qiegħda timponiha fuq il-Gvern Malti l-Unjoni Ewropea.

 Lanqas il-Gvern ma kellu l-kuraġġ jammetti dan il-fatt.

Anzi l-
Eurofanatiċi li ma jaċċettaw ebda kritika kontra l-politika ta’ l-Unjoni Ewropea, kienu qarrqu bil-poplu Malti meta qalulu li l-Unjoni ma tindaħalx fit-taxxi li pajjiż membru ta’ l-Unjoni jimponi fuq iċ-ċittadini tiegħu.

Qarrqu bil-poplu għaliex l-Unjoni imponiet fuq il-Gvern Malti li jdaħħal it-taxxa tal-VAT.

Kienet l-Unjoni li ġagħlet lill-Gvern Malti li jagħmel it-TAXXA fuq il-MEDIĊINI u fuq l-IKEL.

Hija l-Unjoni li timponi fuq il-Gvern Malti l-ammont ta’ DAZJU, jew TARIFFA, fuq l-oġġetti li nixtru mill-pajjiżi li m’humiex fl-Unjoni Ewropea.

L-
Unjoni Ewropea tindaħal lill-Gvern tagħna mhux biss dwar dawn it-taxxi li semmejna, iżda anki dwar l-eżenzjoni mill-ħlas tat-taxxi.

Hija ma tħallix lill-Gvern jagħti benefiċċju lill-investituri f’pajjiżna li ma jħallsux it-taxxa li ħaddiehor li m’għandux l-eżenzjoni, iħallas.

Lanqas tħalli lill-Gvern inaqqas ir-rati ta’ l-imgħax fuq self moghti lil min jagħmel negozju jew jipproduċi oġġetti, ħalli jiġu mgħejjuna jħaddmu aktar ħaddiema.

Il-
Eurofanatiċi m’għandhomx id-diċenza jammettu li l-Unjoni Ewropea trid li jasal iċ-żmien meta t-taxxi fil-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni jkunu kollha l-istess.

Huma jġibu l-iskuża li dwar it-taxxi, irid ikun hemm il-kunsens tal-pajjiżi membri kollha.

Ma jgħidux li pajjiż membru jista’ jiġi sfurzat jagħti l-kunsens tiegħu bil-fors għax jekk ma jagħtiħx, l-Unjoni ma tagħtihx il-fondi li jkun jippretendi li jingħata mill-Unjoni.

Malta hija l-iżken pajjiż membru fl-
Unjoni.

Anki kieku kellna leħen qawwi daqs tal-pajjizi membri akbar minna, xorta waħda m’għandniex is-saħħa tagħhom biex nirreżistu l-pressjoni u l-impożizzjoni ta’ l-Unjoni.  

L-ingann, l-akbar arma ta’ l-Unjoni Ewropea

L-ikbar arma li l-Unjoni Ewropea għandha hija dik ta’ l-INGANN.

Lill-poplu ta’ pajjiż li tridu jissieħeb magħha, turih il-karrotta sakemm jissieħeb. 

Wara li jissieħeb, twieżnu l-bastun.

L-uffiċjali ta’ l-
Unjoni, meta jkunu qegħdin iħarrġu rekluti ġodda fis-servizz ta’ l-Unjoni, jiftaħru magħhom li jużaw din it-tattika biex jisirqu l-appoġġ tal-poplu għas-sħubija fl-Unjoni.

Aktar milli l-popli tal-pajjiżi barra l-
Unjoni, huma l-mexxejja politiċi tagħhom li jitħeġġu favur l-Unjoni Ewropea.

Dawn imbagħad jitħabtu ħalli jkaxkru l-poplu favur l-Unjoni billi jaħbulu l-effetti ħżiena ta’ sħubija fl-Unjoni u jkabbrulu l-vantaġġi tagħha.

Din it-tattika l-Unjoni wżata ma’ Fenech Adami u sħabu, u dawn irnexxielhom iqarrqu bil-maġġoranza tal-poplu.

Illum, wara li Malta ssieħbet fl-Unjoni, qegħdin nintebħu li tmejlu bina billi qegħdin inħarrbu l-effetti ħżiena tas-sħubija li ħbewlna.

Iżda laqtitna disgrazzja oħra.

Bl-iskuża li l-maġġoranza tkellmet, qalulna biex noqogħdu għall-ingann li għamlulna, meta dmirhom kien li jiġġieldu ħalli negħlbuh mill-aktar fis.

X’uħud minnhom veru qatgħu qalbhom, iżda x’uħud huma għal qalbhom fl-Unjoni għax iħossuhom Ewropej aktar milli Maltin.

Ħadu gost, b’dak li ġara, allavolja l-poplu qiegħed ibati.

Għalhekk iwaħħlu fil-Gvern u mhux fl-Unjoni Ewropea li tikkmanda lill-Gvern Malti x’għandu jagħmel.

Ikun min ikun fil-Gvern, sakemm nibqgħu marbutin bil-ftehim li sar ma’ l-
Unjoni Ewropea, il-poplu Malti, u speċjalment il-ħaddiema, ikomplu jbatu.

Min verament ma jridx li tkompli din it-tbatija, għandu jiġġieled ħalli l-ftehim li sar jinbidel.

Il-Ħamis, 29 ta’ Lulju, 2004.

 

IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA

 

<< Lura <<

 

e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk 

 

Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna

Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien

Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien? 

Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.

Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-

Segretarju Finanzjarju  CNI,

60A, Triq id-Dejqa,

Valletta

 

Isem .......................................................

Indirizz ...................................................

ID Numru ...............................................

 

Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek

 

Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ