MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

 

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin

u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

 

NAĦILFU LI NEĦILSU LIL MALTA MILL-JASAR, IL-KOLONJALIŻMU U L-ĦAKMA DITTATORJALI ILLEGALI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA

L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!

 

L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha

€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek

 

minn Karmenu Mifsud Bonnici KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

L-1 ta’ Mejju... jum ta’ protesta kontra l-UE

 

Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.

Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu

 Video Parlament Ewropew

 

Se nagħlqu sitt snin fl-1 ta’ Mejju, li sseħibna fl-Unjoni Ewropea.

 

Hawn fostna min se jfaħħar b’ferħ din il-ġrajja, iżda hawn daqstant oħrajn li mhux se juru ferħ.

 

In-National Barometer Report ta’ ftit ġimgħat ilu jgħid li skond stħarriġ ta’ l-opinjoni pubblika, 45% biss tal-Maltin u l-Għawdxin intervistati qablu li s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea kien pass pożittiv.

 

Dan l-istħarriġ wera li kien hemm tnaqqis ta’ 12% mis-57% ta’ appoġġ tal-istħarriġ ta’ ftit xhur qabel li kienu jaqblu li s-sħubija kienet għażla pożittiva għal pajjiżna.

 

Hemm bosta raġunijiet għala l-maġġoranza tal-Maltin u l-Għawdxin huma ddiżappuntati bis-sħubija tal-gżejjer tagħna fl-Unjoni Ewropea sitt snin wara d-dħul fl-Unjoni.

 

Eluf ta’ Maltin u Għawdxin

* tilfu l-impjieg mill-fabbriki

* li kellhom jagħlqu b’konsegwenza tal-politika

* li l-Unjoni imponiet fuqna,

* bħalma tilfu l-impjieg l-eluf ta’ ħaddiema tat-Tarzna,

* li l-Gvern qered kif riedet l-Unjoni

* u l-baħħara tas-Sea Malta,

* li l-Gvern xolja biex ta’ n-negozju tat-trasport tal-merkanzija minn u lejn Malta

* lill-kumpanija barranija u aġenti tagħha tal-qalba.

 

Dawn il-ħaddiema u l-membri tal-familji tagħhom għandhom mitt raġun iduru kontra l-Unjoni Ewropea.

 

L-istess għandhom raġun jilmentaw minħabba s-sħubija fl-Unjoni,

* l-eluf ta’ nisa tad-dar u anzjani

* li f’dawn l-aħħar sitt snin

* raw il-ħajja togħla b’rati ħafna aktar

* miż-żiediet li ngħataw fil-pagi,

* fil-pensjonijiet u benefiċċji soċjali

* u minħabba f’hekk tbaxxa l-livell tal-għajxien tagħhom.

 

L-għoli tal-ħajja jiħrax biż-żidiet fit-tariffi tas-servizzi pubbliċi u bit-tneħħija tas-sussidji mill-Istat li l-Gvern iddeċieda biex iwettaq il-politika ta’ l-Unjoni Ewropea.

 

Hekk ukoll spiċċaw iddiżappuntati bis-sħubija fl-Unjoni

* dawk l-imprendituri li kienu jipproduċu għas-suq Malti,

* li kellhom iżarmaw l-impriżi tagħhom

* u jitilfu l-investimenti li kienu għamlu fihom

* għax l-Unjoni ġiegħlet lill-Gvern

* ineħħilhom kull protezzjoni li kellha l-industrija lokali.

 

Daru kontra l-Unjoni Ewropea is-sajjieda

* li ma jistgħux jistadu għall-ħut kif kienu jagħmlu qabel

* għax huma mxekklin mir-regolamenti ta’ l-Unjoni dwar is-sajd

* u li kieku għaddiet ta’ l-Unjoni,

* kieku lanqas jistgħu jistadu aktar għat-tonn.

 

Huma ddiżgustati bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea

* ħafna Għawdxin li raw fi gżirithom fl-aħħar snin

* jagħlqu l-fabbriki,

* jintilfu mijiet ta’ mpjiegi

* u jonqos il-kummerċ,

* minkejja li l-Għawdxin kienu mwegħdin

* li bis-sħubija fl-Unjoni

* gżirithom kienet se ssir reġjun li jfur bil-ġid.

 

Jinsabu diżappuntati l-eluf ta’ kaċċaturi u nassaba

* li raw l-Unjoni Ewropea u l-Gvern wara s-sħubija

* jċaħħduhom min-namra ta’ ħajjithom

* u mill-iżvog li l-mistrieħ li kienu mdorrijin bihom.

 

Il-kotra tal-poplu bir-raġun tlum is-sħubija fl-Unjoni,                   

* filwaqt li seħħ il-kontra,                                                              

* bil-qgħad jikber,                                                                          

* il-faqar jizdied,                                                                             

* l-esportazzjoni tal-pajjiż naqset,                                                  

* it-taxxi żdiedu,                                                                              

* id-dejn tal-pajjiż kompla kiber kull sena                                     

* u b’danakollu,                                                                               

* kull sena qegħdin inħallsu lill-Unjoni Ewropea l-miljuni,            

* €62.5 miljun is-sena l-oħra,                                                          

* u fuq €66.5 miljun  ieħor għandna nħallulha din is-sena.            

 

Id-dehra patetika tal-Prim Ministru u l-Ministri,

* wieħed wara l-ieħor,

* sejrin lejn Brussels,

* biex jieħdu l-ordnijiet mingħand l-Unjoni Ewropea,

* iddarras lil kull min jgħożż il-ġieħ li pajjiżna

* jitmexxa skond ir-rieda tal-maġġoranza tal-poplu Malti

* u mhux kif tgħid l-Unjoni Ewropea,

* li f’ħafna każi tkun kontra l-interessi veri ta’ pajjiżna.

 

L-istess ma tistax ma tħossokx imnikket

* tara l-pesta tal-korruzzjoni li biha l-Unjoni hija mifnija,

* qiegħda tinfirex sewwa f’kull livell tal-ħajja f’pajjiżna,

* kif ukoll tara s-sħubija fl-Unjoni ttellfilna ħafna mill-valuri sbieh

* li l-poplu Malti kien mogħni bihom.

 

Hija ġrajja ta’ għajb li Jum il-Ħaddiem,                                

* l-1 ta’ Mejju,                                                                       

* huwa pprofanat bit-tifkira tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea

* fl-1 ta’ Mejju ta’ sitt snin ilu.                                             

   

Ikun jixraq li l-ħaddiema Maltin                               

* iħarsu dak il-jum bħala wieħed ta’ protesta wkoll

* kontra l-Unjoni Ewropea                                        

* li bil-politika anti-soċjali tagħha                            

* qiegħda ġġib il-qgħad ta’ aktar minn 23 miljun     

* fil-pajjiżi kollha ta’ l-Unjoni                                    

* u tkabbar il-faqar għal miljuni akbar ta’ familji.   

 

Iż-żjara ta’ Malmstrom f’pajjiżna mhix mixtieqa

 

Iż-żjara ta’ Ċeċilja Malmstrom, il-Kummissarju Ewropew għal-Affarijiet Interni, mhix mixtieqa.

 

Għax għalkemm l-iskuża taż-żjara

* hija l-ftuħ f’Malta mill-Unjoni Ewropea

* ta’ l-uffiċċju tal-Aġenzija tal-Ażil għar-refuġjati,

* l-għan ewlieni huwa li Malta taċċetta r-regoli ġodda

* li l-Unjoni għamlet għall-missjoni tal-Frontex għall-immigranti illegali.

 

Sal-lum ir-regoli tal-Frontex huma

* li l-laneċ li jagħmlu r-rondi

* jieħdu l-immigranti illegali li jsibu f’nofs il-baħar,

* lejn l-eqreb port fejn ikunu.

L-Unjoni issa biddlet ir-regoli

* u għamlet li l-immigranti illegali,

* jinstabu fejn jinstabu,

* jittieħdu fil-pajjiż li għandu l-uffiċċju tal-missjoni tal-Frontex,

* li huwa pajjiżna f’nofs il-Mediterran.

 

Għalhekk ir-regoli ġodda li l-Unjoni għamlet,

* se jgħabbuna b’aktar immigranti illegali

* li qabel kienu jittieħdu Sqallija u Lampedusa.

 

Ir-regoli ġodda tal-Frontex ma jippermettux li l-laneċ ireġġgħu lura l-immigranti illegali biex jitqies għandhux dritt għall-ażil, jew li jingħata protezzjoni sekondarja.

 

Dan ifisser li sakemm isir l-istħarriġ meħtieġ, l-immigranti illegali kollha jkollhom jinżammu f’pajjiżna.

 

Dawn ir-regoli ġodda tessqu mill-Kummissjoni Ewropea lill-Kunsill tal-Ministri  li approvahom, għalkemm il-Prim Ministru Malti ma vvutax favurihom.

 

Fil-Parlament Ewropew il-Membri Maltin ivvutaw kontrihom, iżda l-Parlament approvahom.

 

Il-prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Interni qalu

* li jekk l-Unjoni Ewropea tinforza r-regoli ġodda,

* pajjiżna jkollu ma jkomplix jieħu sehem fil-missjoni tal-Frontex.

 

Iżda l-Kummissarju Malmstrom tisħaq li Malta għandha taċċetta r-regoli ġodda tal-Frontex u tħaddimhom.

 

Hija ġiet Malta biex iġġiegħel lill-Gvern Malti joqgħod għalihom.

 

Ċeċilja Malmstrom

* mhux biss bħala Kummissarju responsabbli mill-Frontex,

* taqbel mar-regoli ġodda,

* iżda hija ħadet sehem mill-aktar attiv biex il-Parlament Ewropew japprovahom.

 

Infatti, hija bagħtet ittra personali lil kull membru parlamentari biex tħeġġu jivvota favurhom.

 

B’hekk hija wriet li ma jimpurtahiex li r-regoli ġodda tal-Frontex se jagħmlu ħsara kbira lill-poplu tagħna.

 

Il-poplu Malti jmissu issa juri lil Malmstrom li huwa ma jimpurtaħx minnha.

 

Għandna naħtfu l-opportunita' biex neħilsu mill-piżijiet tal-missjoni Frontex billi noħorġu minnha.

 

Iżda li nibżgħu li mhux talli ma nagħmlux dan il-pass għaqli,

* talli se nagħmlu pass ieħor ħażin li se jkabbar il-problemi ta’ pajjiżna,

* billi se jinfetaħ l-uffiċċju tal-Aġenzija tal-Ażil għar-refuġjati f’Malta.

 

Dan ikun ifisser li Malta se ssir ċentru tal-ħidma mill-Unjoni Ewropea favur ir-refuġjati, u għalhekk ma nkunux nistgħu nkomplu nilmentaw li pajjiżna ma jiflaħx jilqa’ refuġjati.

 

Tajjeb li nfakkru li meta fis-sena 1971                                                             

* l-Gvern ta’ Borg Olivier iffirma l-Konvenzjoni Dinjija dwar ir-Refuġjati,

* għamel għadd kbir ta’ riservi għall-Konvenzjoni                                       

* li bihom ma ħalliex li pajjiżna jimtela’ bir-refuġjati.                                   

 

Iżda l-Unjoni Ewropea ġiegħlet lill-Gvern ta’ Fenech Adami

* fin-negozjati għas-sħubija fl-Unjoni,

* biex iħassar ir-riservi kollha,

* għax inkella l-Unjoni ma kinitx se taċċetta li ssieħeb lil Malta,

* u konsegwenza ta’ dan,

* kellna l-invażjoni ta’ eluf ta’ immigranti illegali

* jitolbu li jitqiesu bħala refuġjati.

 

Issa l-Gvern ta’ Gonzi

* se jkompli jgħarraq il-qagħda

* billi jiftaħ l-uffiċċju tar-refuġjati,

* u b’hekk

* niġbdu numru akbar minnhom lejn pajjiżna.

 

U ż-żjara ta’ Malmstrom se tgħin dan.

 

Ħsara lill-ideal Ewropew

 

Fost il-persuni prominenti li huma kritiċi ħafna tal-UE, insibu lil Roman Ħerżog, li kien President tal-Ġermanja u li kiteb artiklu intitolat “L-UE tagħmel ħsara lill-ideal Ewropew”.

 

Huwa jsostni li l-UE għandha bżonn terġa’ tikseb il-fiduċja tal-pubbliku, inkella dan se jiċħad l-ideal li waqqaf l-għaqda tal-pajjiżi ta’ l-Ewropa u jista’ jwassal biex l-UE tisfaxxa.

 

Roman Ħerżog jgħid li l-impressjoni ta’ ħafna hija li l-UE tiddeċiedi ħwejjeġ mingħajr mhi tqis kif il-poplu jaħsibha dwarhom u mingħajr ma tqis id-drawwiet u l-kulturi tal-popli u tiddeċiedi dwar ħwejjeġ li jistgħu jkunu deċiżi b’mod aħjar mill-gvernijiet nazzjonali.

 

Huwa jikkritika li l-UE għandha numru kbir ta’ regolamenti li tagħmel u jisħaq li l-pajjiżi membri ta’ l-UE m’għandhomx iħallu lill-UE tindaħal f’oqsma li fihom huma għandhom is-setgħa li jiddeċiedu, u dan billi jħarsu l-prinċipji tas-sussidjarjeta’ li jgħid li jekk ħaġa tista’ tiġi deċiża aħjar f’livelli anqas għoljin, m’għandhiex tiġi deċiża f’livell ogħla, f’dan il-każ, mill-UE.

 

Ħerżog jisħaq li kemm il-Qorti ta’ l-UE, kif ukoll il-PE għandhom interess ikabbru s-setgħat ta’ l-UE u għalhekk huwa essenzjali ħafna li l-politiċi, il-midja u l-pubbliku ta’ l-Istati Membri jħarsu aktar kontra l-indħil żejjed min-naħa tal-UE.

 

Anki persuni li kienu akkaniti għall-UE, illum qegħdin jaraw li s-sistema tagħha mhux taħdem tajjeb u li l-PE ma jixraqlux li jkollu aktar setgħat, għax għandu għadd kbir ta’ membri ta’ ħila żgħira li moħħhom biss biex ikabbru s-setgħat tagħhom, aktar wara li daħal fis-seħħ it-Trattat ta’ Lisbona.

 

Qabel it-Trattat, il-propagandisti tiegħu kienu jsostnu l-ħtieġa li jsir it-Trattat għax kienu jgħidu li r-regoli tiegħu kienu se jħaffu t-tmexxija ta’ l-UE, jagħmluha aktar effiċjenti u demokratika.

 

Issa li t-Trattat seħħ, ħafna minnhom qed igergru u jilmentaw li huwa tqil biex jinftiehem u ma solviex ħafna mill-problemi li kienu u għadhom jeżistu.

 

Uffiċjali stess ta’ l-UE jilmentaw li ma jafux kif partijiet tat-Trattat se jitħaddmu, waqt li l-kapijiet tal-pajjiżi ta’ l-UE ma kinux jafu x’kienu qegħdin jiffirmaw.

 

Il-Ħamis, 29 ta’ April, 2010

 

Fittex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.

 

IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA

 

<< Lura <<

 

e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk 

 

Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna

 

Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien

 

Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien? 

Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.

Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-

Segretarju Finanzjarju  CNI,

60A, Triq id-Dejqa,

Valletta

 

Isem .......................................................

Indirizz ...................................................

ID Numru ...............................................

 

Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek

 

Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ