MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

 

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin

u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

 

NAĦILFU LI NEĦILSU LIL MALTA MILL-JASAR, IL-KOLONJALIŻMU U L-ĦAKMA DITTATORJALI ILLEGALI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA

L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!

 

L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000

€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek

 

minn Karmenu Mifsud Bonnici KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

Malta tħallas €68 miljun lill-UE

 

Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.

Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu

 Video Parlament Ewropew

 

Waqt li l-Unjoni Ewropea ordnat lill-Gvern Malti jrażżan l-infiq u jnaqqas l-iżbilanċ, hija ma rażżnitx u ma naqqsitx l-ammont ta’ flus li tixrob mingħand il-Maltin kull sena.

 

Skont l-estimi finanzjarji ppreżentati nhar it-Tnejn fil-Parlament, il-poplu Malti se jkollu jħallas fis-sena 2011 lill-UE s-somma ta’ €68 miljun.


 

 

Dan ifisser li fl-2011

* Malta se jkollha tħallas lill-UE

* €186,000 kuljum,

* u li kull Malti,

* inkluż it-tfal,

* se jkollna nħallsu €170,

* għax aħna maħkumin minnha.

 

Skont l-istess estimi finanzjarji,

* fis-sena 2009 Malta ħallset lill-UE €62,894,239,

* u fis-sena 2010 għandha tħallas €66,500,000,

* u s-sena d-dieħla,

* Malta se tħallas lill-UE miljun u nofs ewro aktar minn din is-sena.


Kemm il-Prim Ministru,

* kif ukoll il-Ministru tal-Finanzi,

* meta tkellmu fuq it-televiżjoni,

* stħaw isemmu kemm l-Unjoni Ewropea toħdilna

* talli qiegħda taħkimna.

 

Il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali tal-UE

 

L-Unjoni Ewropea għaddejja minn kriżi.

 

Il-protesti u l-irvellijiet popolari

* qegħdin jinxterdu mal-ibliet

* ta’ ħafna pajjiżi tal-Unjoni Ewropea:

* fl-Italja,

* Spanja,

* il-Portugall,

* il-Greċja,

* l-Ingilterra,

* Franza,

* l-Ungerija,

* fir-Repubblika Ċeka,

* fir-Rumanija

* u f’pajjiżi oħrajn tal-UE.

 

Il-popli qegħdin jipprotestaw

* kontra l-politika ddettata mill-UE

* ta’ qtugħ tal-benefiċċji soċjali,

* bdil għall-agħar tal-kundizzjonijiet tal-pensjonijiet,

* żieda fit-taxxi,

* tnaqqis fil-pagi

* u s-salarji,

* u anke sensji kbar mill-impjieg.


L-UE qiegħda ġġiegħel lill-gvernijiet tal-Pajjiżi Membri jnaqqsu l-infiq tagħhom u jbax­xu d-dejn li għandhom, u qiegħda theddidhom li twaħħalhom multi kbar jekk jonqsu milli jagħmlu dan.


Lil Malta l-UE qiegħda theddidha li twaħħalha multa ta’ €10 miljiun fis-sena.


Fl-istess ħin l-UE qiegħda ġġiegħel lill-Pajjiżi Membri joħorġu sehemhom mis-somma ta’ €110 biljun li qegħdin isellfu lill-Greċja u jagħmlu tajjeb għal sehemhom mis-somma ta’ €740 biljun li biha l-UAE trid tgħin lill-pajjiżi l-oħrajn tagħha li jkunu fil-periklu li jfallu.

 

Sehem Malta fis-self lill-Greċja huwa ta’ €47 miljun u fit-twaqqif tal-fond li jiggarantixxi pajjiżi oħrajn tal-UE, huwa ta’ bejn €350 miljun u €400 miljun.

 

Jitbaxxa l-livell tal-ghajxien

 

Bir-raġun il-popli tal-pajjiżi tal-UE qegħdin jipprotestaw kontra l-politika ekonomika u soċjali ddettata minnha, għax huma kienu mwegħdin li se jtejbu l-qagħda tagħhom meta ħeġġuhom jissieħbu fl-UE, u issa qegħdin isibu li huma se jkollhom minflok jaċċettaw li jbaxxu l-livell tal-għajxien tagħhom.

 

Il-popli qegħdin jaraw li l-piżijiet qegħdin jikbru għall-kotra, waqt li għal ftit, il-ġid qiegħed jiżdidilhom.

 

Din l-inġustizzja soċjali qiegħda sseħħ anke f‘pajjiżna, fejn il-ftit ta’ fuq qegħdin jingħataw ħafna perkaċċi meta diġà għandhom salarji għoljin ħafna, waqt li għall-impjegati u l-ħaddiema l-pagi huma baxxi u ma jlaħħqux maż-żidiet fl-għoli tal-ħajja u fl-ispejjeż għall-għajxien.

 

Il-kriżi ta’ ħafna pajjiżi tal-UE hija kemm finanzjarja, kif ukoll ekonomika.

 

Fil-qasam finanzjarju, tnejn biss mis-27 pajjiżi tal-UE (l-Iżvezja u l-Estonja) ma kisrux ir-regoli tal-Patt tal-Istabbiltà u t-Tkabbir tal-UE dwar l-ammont ta’ dejn ta’ mhux aktar minn 60% tal-Prodott Gross Domestiku u dwar l-ammont ta’ żbilanċ jew defiċit li ma jkunx ogħla minn 3% tal-Prodott Gross Domestiku.

 

Il-25 pajjiżi kisru jew waħda minn dawk ir-regoli, jew it-tnejn.

 

Din is-sena, Malta kisret it-tnejn, u fis-sena li ġejja, se tikser ir-regola dwar l-ammont tad-dejn nazzjonali, li huwa stmat li se jkun madwar 70% tal-Prodott Gross Nazzjonali.

 

Id-dejn nazzjonali ma jonqosx

 

Il-“bail-outs” tal-UE ta’ €110 miljun u ta’ €740 biljun mhux se jnaqqsu d-djun li għandhom il-pajjiżi li lilhom dawn il-flus se jnaqqsu d-djun li għandhom il-pajjiżi li lilhom dawn il-flus se jiġu mislufin.

 

Għax xi wħud mill-pajjiżi se jissellfuhom biex iħallsu dejn li diġà għandhom, u għalhekk kull mhu se jagħmlu hu li jħallsu lill-kredituri tagħhom tal-lum billi jissostitwuhom bi kredituri oħrajn.

 

Pajjiżi oħrajn,

* b’dak li se jissellfu mill-“bail-outs”,

* se jgħadduhom lill-banek tagħhom

* li jekk ma jingħatawx għajnuna kbira ta’ miljuni,

* jew aktarx biljuni ta’ ewro,

* ifallu.

 

Fl-ewwel każ, fis-sostituzzjoni tal-kredituri, aktarx li s-self mill-“bail-outs”, tal-UE jkun b’rati ta’ imgħax inqas minn dak li l-pajjiżi qegħdin iħallsu llum, u għalhekk dak li jiffrankaw fl-imgħaxijiet, jonqos mill-iżbilanċ jew defiċit tas-sena.


Iżda l-iżbilanċ jew defiċit tal-pajjiżi mhux se jonqos b’xi “bail-out” mingħand l-UE.

 

L-Unjoni Ewropea qiegħda ġġiegħel lill-Pajjiżi Membri jnaqqsu l-iżbilanċi jew defiċits billi l-gvernijet jadottaw miżuri ħorox ta’ awsterità ħalli jaq­tgħu mill-infiq (expenditure) u jżidu d-dħul (revenue) matul is-sena.

 

Ħafna mill-miżuri ħorox ta’ awsterità jolqtu l-kotra:

*  il-ħaddiema,

* l-impjegati,

* l-anzjani,

u dawk li jiddependu mill-għajnuniet soċjali.

 

Għalhekk qegħdin isiru protesti kbar

* u rvellijiet fil-bliet tal-pajjiżi tal-UE,

* fosthom il-protesta kbira ta’ madwar 100,000 membru

* tat-trejd­unjins Ewropej,

* li seħħet fi Brussels,

* il-kapitali tal-UE,

* fl-aħħar ta’ Settembru li għadda.


Il-mexxejja tal-UE ddeċidew fuq il-“bail-outs” ta’ €110 biljun u ta’ €740 biljun biex isalvaw l-ewro milli jisfaxxa.

 

Il-pajjiżi tal-UE li se joħorġu sehemhom mill-“bail-outs”,

* qegħdin jitgħabbew bil-piż tagħhom minħabba l-ewro,

* u għax l-UE imponiet fuq il-pajjiżi membri li jdaħħlu l-ewro,

* se jkollha tissellef €47 miljun biex tislifhom lill-Greċja,

* u qiegħda tiggarantixxi self ta’ bejn €350 biljun u €400 biljun

* biex jiġu mgħejjunin pajjiżi oħrajn tal-ewro.

 

Dan il-piż Malta ma kienx ikollha kieku żammet il-Lira Maltija u ma daħħlitx l-ewro, kif l-UE riedet.

 

Minflok benefiċċji, l-ewro ġabet lil Malta aktar piżijiet finanzjarji.

 

Il-krizi ekonomika

 

Il-politika fallimentarja tal-UE fil-qasam finanzjarju ħalliet effett negattiv ħafna fuq il-qasam ekonomiku, tant li ħafna pajjiżi tal-UE għaddejjin minn kriżi ekonomika li qiegħda tissarraf f’qagħad ta’ ’l fuq minn 23 miljun ħaddiem u tnaqqis fil-konsum u l-kummerċ.

 

F’ħafna pajjiżi tal-UE

* għalqu mijiet ta’ fabbriki,

* naqsu l-produzzjonijiet u l-esportazzjoni,

* intilfu eluf ta’ postijiet tax-xogħol,

* u l-ekonomija jekk ma ċkinetx,

* naqset ir-rata li biha kienet qiegħda tikber.

 

Il-kaġun ewlieni ta’ dan kollu hija l-politika tal-UE dwar it-trasferiment ħieles tal-kapital mill-pajjiżi tal-UE

u l-liberalizzazzjoni tal-importazzjoni fil-pajjiżi tal-UE.

 

Din il-politika tal-UE ġabet li l-ammonti kbar ta’ kapital mill-pajjiżi tal-UE ġew investiti f’pajjiżi barra l-UE, u sehem kbir tal-manifattura li kienet issir fl-UE, ittieħdet fil-pajjiżi bara l-UE u tiġi importata u mibjugħa fl-UE bis-saħħa tal-liberalizzazzjoni tal-importazzjoni.

 

Il-qgħad ta’ 23 miljun huwa l-aktar ikkaġunat minn din il-politika ekonomika diżastruża tal-UE.


La l-“bail-outs” enormi tal-biljuni ta’ ewro tal-UE, u lanqas il-miżuri ħorox ta’ awsterità ordnati mill-UE mhuma se jsolvu l-kriżi ekonomika ta’ ħafna mill-pajjiżi tal-UE.

 

Anzi, ħafna persuni prominenti kemm fil-qasam finanzjarju, kif ukoll f’dak ekonomiku, isostnu li d-deċiżjonijiet li l-UE qiegħda tieħu biex tipprova tegħleb il-kriżi finanzjarja u l-kriżi ekonomika, se jħażżnu mhux itejbu l-qagħda fiż-żewġ oqsma.

 

Huma jisħqu li l-UE jeħtiġilha tibdel radikalment il-politika li biha mxiet s’issa u li imponiet fuq il-pajjiżi membri tagħha.

 

Htiega ta' bidla fil-politika

 

L-ewwel ma l-UE trid tifhem hu li ċ-ċirkostanzi differenti tal-pajjiżi membri jixirqilhom miżuri finanzjarji u ekonomiċi differenti li jkunu addattati għaċ-ċirkostanzi partikolari tagħhom, u li politika uniformi għall-pajjiżi kollha tal-UE tagħmel ħsara mhux ġid lil x’uħud minnhom.


Fit-tieni lok,

* l-UE imissha tifhem

* li miżuri li jrażżnu t-tkabbir ekonomiku

* se jgħarrqu l-qagħda ekonomika u soċjali,

* u se jbaxxu l-livell tal-għajxien

* tal-kotra tal-popli milqutin mill-miżuri.

 

Għall-kriżi li qiegħda taħkem ħafna pajjiżi tal-UE, jeħtieġ politika alternattiva għal dik neo-liberali li l-UE tħaddan, kif għadha kif ġiet sostnuta mill-ġdid mill-Parlament Ewropew fis-seduta tal-20 ta’ Ottubru, meta addotta r-rapport imħejji mill-Kumitat Speċjali li kien twaqqaf dwar il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali.

 

Il-politika neo-liberali ta’ awsterità tal-UE

* sejra aktarx tkabbar ir-riċessjoni,

* toħloq inkwiet soċjali,

* u żżid il-qgħad,

* mentri hemm bżonn li jsiru investimenti kbar

* ħalli jinħoloq ix-xogħol u jiżdiedu l-impjiegi.


Waqt li l-mexxejja tal-UE qegħdin jgħakksu lill-kotra tal-poplu b’miżuri ħorox ta’ awsterità, huma naqsu milli jdaħħlu taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-banek, meta kienu l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-banek li ġabu l-kriżi finanzjarja dinjija.


Mhux biss, iżda l-UE ħeġġet lill-gvernijiet tal-Pajjiżi Membri jagħtu lill-istituzzjonijiet finanzjarji u lill-banek biljuni ta’ ewro biex isalvawhom milli jegħrqu, u issa l-gvernijiet qegħdin jiġi mġegħlin jiġbru lura l-biljuni li ħarġu, mingħand il-kotra tal-popli bil-miżuri ħorox ta’ awsterità.

 

Għalxejn il-popli kienu stennew li l-membri tal-Parlament Ewropew jaraw l-inġustizzja soċjali u t-tbatija finanzjarja li l-politika tal-mexxejja tal-UE qiegħda toħloq.

 

Il-maġġoranza tal-Membri Parlamentari Ewropej urew lilhom infushom insensittivi għall-oppożizzjoni po­polari mifruxa mal-pajjiżi kollha tal-UE, u approvaw li jkomplu jittieħdu miżuri ħorox ta’ astwerità li sejrin jikxfu aktar kemm l-UE mhix demokratika u m’għandhiex kuxjenza soċjali.

 

Malta hatja wkoll

 

Malta, sakemm tibqa’ msieħba fl-UE, ikollha twettaq il-politika tal-UE.

 

Iżda Malta hija wkoll responsabbli għat-tfassil tal-politika tal-UE, għax il-Prim Ministru Malti jieħu sehem fit-teħid tad-deċiżjoniijiet tal-UE.

 

Għalhekk Malta, jekk ma turix li hija ma taqbilx mal-politika diżastruża tal-UE u soċjalment inġusta, ikollha sehem mill-ħtija għall-konsegwenzi ħżiena ta’ dik il-politika.


L-effetti negattivi tal-politika diżastruża tal-UE qegħdin jinħassu mill-poplu ta’ pajjiżna, għax wara s-sħubija ta’ Malta fl-UE, il-kotra tal-familji raw il-livell tal-għajxien tagħhom jitbaxxa għax id-dħul tal-familji mhux qed jiżdied daqskemm jiżdied l-għoli tal-ħajja u l-ispejjeż għall-għajxien.

 

Effett ieħor tas-sħubija fl-UE u tal-Politika tal-UE kien l-għeluq ta’ ħafna fabbriki u s-sensji lil eluf ta’ ħaddiema, kif ukoll it-tnaqqis fil-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ eluf ta’ ħaddiema oħrajn.


Il-pajjiż kollu ntlaqat ħażin bil-politika tal-UE dwar l-immigranti illegali u bil-preżenza ta’ eluf ta’ barranin mill-pajjiżi tal-UE li qegħdin jieħdu l-ħobż tal-Maltin.

 

L-esportazzjoni minn Malta naqset   

* u d-dejn nazzjonali kompla kiber,  

* filwaqt li kull sena pajjiżna             

* jkollu jħallas miljuni kbar ta’ ewro

* lill-Unjoni Ewropea.                        

      
Iżda huwa fil-qasam soċjali li l-politika tal-UE hija l-akbar theddida għall-poplu Malti.

 

Għax qabel ma pajjiżna ssieħeb fl-UE,                            

* il-poplu Malti kiseb l-aqwa servizzi soċjali fl-Ewropa,

* bis-saħħa tal-politika ta’ ġustizzja soċjali                    

* mħaddma f’Malta ħielsa mill-ħakma barranija.          

 

Il-politika tal-UE,

* minflok issaħħaħilna s-servizzi soċjali,

* qiegħda theddidomlna

* għax il-politika neo-liberali tagħha

* aktar jimpurtaha li s-setturi ta’ fuq tal-poplu jissaħħu,

* milli li l-kotra tal-poplu tintrefa’ u tgħolli l-livell tal-għajxien.


Mhux f’Malta biss, iżda anke f’ħafna pajjiżi oħrajn tal-UE, il-politika finanzjarja, ekonomika u soċjali tagħha qiegħda tagħmel ħsara lill-kotra tal-popli.

 

Il-politiċi Maltin li jaċċettaw din il-politika tal-UE, jaqsmu fir-responsabbiltà tal-ħtija għall-ħsara kollha li qiegħda sseħħ f’pajjiżna u fil-pajjiżi l-oħrajn tal-UE.

 

Il-Ħamis 28 ta’ Ottubru 2010

 

 

Fittex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.

 

IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA

 

<< Lura <<

 

e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk 

 

Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna

 

Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien

 

Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien? 

Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.

Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-

Segretarju Finanzjarju  CNI,

60A, Triq id-Dejqa,

Valletta

 

Isem .......................................................

Indirizz ...................................................

ID Numru ...............................................

 

Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek

 

Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ