MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000 minn ħalq uliedek
Tagħrif ta’ interess dwar l-Unjoni Ewropea
Pajjiżna jieħu l-ewwel fost il-pajjiżi ta’ l-Unjoni
Ewropea l-aktar iffollati, kif juri dan it-tagħrif.
Nies għal
kull kilometru kwadru.
* Finlandja – 17;
* Svezja 22;
* Estonja – 30;
* Latvja – 53;
* Irlanda 58;
* Ċipru - 79;
* Bulgarija – 81;
* Greċja – 84;
* Spanja – 85;
* Awstrija – 97;
* Rumanija - 98;
* Slovenja – 98;
* Ungerija – 109;
* Slovakkja – 110;
* Franza – 113;
* Portugall – 114;
* Polonja - 122;
* Danimarka – 125;
* Repubblika Ċeka – 129;
* Lussemburgu – 151;
* Italja – 192;
* Ġermanja – 231;
* Renju Unit – 245;
* Belġju – 335;
* Olanda – 478;
*
MALTA 1,333.
Meta pajjiżna għandu popolazzjoni tant kbira għad-daqs
tiegħu, huwa delitt nazzjonali li naċċettaw eluf ta’ immigranti
illegali fi gżiritna.
l-Italja qiegħda tieħu passi ħalli tibgħat lura lill-immigranti illegali.
Malta hija sitt darbiet iktar iffollata mill-Italja, u l-politiċi tagħna ma għandhomx id-dehen u l-kuraġġ jeħduha kontra l-Unjoni Ewropea.
L-ivażjoni ta’ eluf ta’ immigranti illegali hija waħda mill-agħar konsegwenzi tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
L-Unjoni Ewropea tipproduċi muntanji ta’ karti kull sena, li
l-Prim Ministru, il-Ministri u l-Membri Parlamentari tagħna lanqas qegħdin
jaqrawhom.
Barra ħafna dokumenti oħrajn, l-Unjoni toħroġ kuljum, ġieli aktar minn ħarġa waħda, ġurnal uffiċjali ( bħall-Gazzetta tal-Gvern), li fl-ewwel parti tiegħu jkollu
* r-Regolamenti,
* Direttivi,
* Deċiżjonijiet u
* Ftehim li tagħmel l-Unjoni,
* u fit-tieni parti, ikun hemm tagħrif
* dwar l-Unjoni u
*
n-notifiki li toħroġ.
Xi wħud mill-ħarġiet tal-ġurnal uffiċjali ta’ l-Unjoni jkollhom fl-ewwel parti tagħhom, ħafna paġni;
* dik tal-15 ta’ Jannar ta’ din is-sena, kellu 678 paġna;
* dak ta’ l-24 ta’ Jannar kellu 1,068 paġna;
*
u dak ta’ l-14 ta’ Marzu kellu 1,180 paġna.
F’xi ġranet jiġu ppubblikati aktar minn ħarġa waħda tal-ġurnal uffiċjali ta’ l-Unjoni.
Fid-19 ta’ Marzu kien hemm ħames ħarġiet differenti
ta’ l-ewwel parti tal-ġurnal, u fit-18 ta’ marzu kien hemm erba’
ħarġiet differenti tat-teni parti tal-ġurnal.
Barra l-muntanji ta’ karta tal-ġurnal uffiċjali ta’ l-Unjoni, kull pajjiż ta’ l-Unjoni jipproduċi muntanji ta’ katra oħrajn ħalli jwettqu dak li l-Unjoni tordna fil-ġurnal uffiċjali tagħha.
Fl-aħħar 13-il sena l-Awdituri ta’ l-Unjoni Ewropea rrifjutaw li japprovaw l-‘accounts’ ta’ l-Unjoni.
Għandhom problemi kbar dwar il-baġit tal-biedja u dwar
il-fondi dtrutturali, li flimkien jagħmlu 80 fil-mija tal-baġit ta’
l-Unjoni.
Skond Hubert Weber, il-President ta’ l-awdituri, madwar ħamsa fil-mija ta’ dawn iż-żewġ baġits mhux magħruf fejn intefqu, jew ma ntefqux kif kellhom jintefqu.
It-tort ta’ dawn in-nuqqasijiet enormi huma kemm l-inkompetenza, l-injoranza
u anki l-frodi.
Fil-biedja, fi kwart ta’ każi li l-awdituri flew, sabu li l-bdiewa applikaw għas-sussidji dwar raba’ li ma kellhomx.
Sabu wkoll li ngħataw sussidji lil min ma għandux x’jaqsam mal-biedja,
* bħall-klabbs tal-golf,
* “riding schools”, u
* kumpaniji tal-ferroviji,
billi dawn ingħataw fondi mis-“set aside scheme” li twaqqfet biex tissussidja lis-sidien ta’ l-art biex ma jaħdmuhiex.
F’pajjiżi ta’ l-ewropa t’isfel, l-awdituri sabu li ngħataw
fondi għal siġar taż-żebbuġ li ma kinux jeżistu.
L-UE mhux teqred il-korruzzjoni, iżda tkabbarha.
Fl-Unjoni Ewropea jitkellmu 23 ilsien differenti.
L-ispejjeż għat-traduzzjoni fl-ilsna differenti tad-dokumenti
ta’ l-Unjoni u għad-diskorsi li jsiru, ilaħħqu
mat-€352,000,000 fis-sena.
Juhani Loonroth, id-Direttur Ġenerali tat-taqsima tas-servizz
tat-traduzzjoni, stqarr li l-ispejjeż qegġdin jiżdiedu kull darba
li jissieħeb pajjiż ġdid fl-Unjoni, u qegħdin “getting out
of control”.
Hemm impjegati madwar 2,500 traduttur, u dawn jittraduċu madwar
2,000,000 paġna fis-sena, bi spiża ta’ madwar €1,00,000 kuljum.
L-ispiża tat-traduzzjoni qiegħda tiżdied b’rata ta’
ħamsa fil-mija fis-sena, u l-baġit għas-snin 2007 – 2013 jlħaq
il-€1,000,000,000.
Dawn il-flus kollha l-Unjoni tiġborhom mill-kontribuzzjonijiet tal-pajjiżi membri. Malta qiegħda tħallas lill-Unjoni €5,000,000 fix-xahar.
Il-kontribuzzjonijiet tal-pajjiżi lill-Unjoni kolha ġejjin
mit-taxxi li ċ-ċittadini tal-pajjiżi membru jħallsu.
*
Lord Norman Lamont, l-eks-Chancellor of the Exchequer tar-Renju Unit, qal hekk:
“Il-vantaġġi
ta’ l-Unjoni Ewropea huma diffiċli biex tiddefinihom. Ma nistax insib
vanyaġġ wieħed ekonomiku li minnu pajjiżna qiegġed
igawdi fl-Unjoni Ewropea”.
Dan il-kliem jgħodd ukoll għal pajjiżna llum.
* Il-privatizzazzjoni saret alla falz”.
Hekk kiteb tajjeb ħafna Dun Anġ Seychell fit-18 ta’ Awissu
f’dan il-ġurnal.
Hija ħasra li f’pajjiżna jeżistu eluf kbar li jaqblu
perfettament mal-kitba ta’ Dun Anġ, iżda ftit li xejn għandhom
il-kuraġġ jesprimu dak li jemmnu fil-pubbliku.
* Il-kap ta’ l-Audio Visual Unit tal-Parlament Ewropew, Anne Margrete Wachtmeister, oġġezzjonat li l-‘crew’ tal-Unit jintużaw biex il-BBC tintervista membru ewroxettiku ta’ l-Unjoni Ewropea, għax sostniet li l-‘crew’ huma mpjegati tal-Parlament u għalhek ma għandhomx jintużaw biex tkun tista’ ssir kritika lill-Unjoni Ewropea.
Hija heddedt lil ma tħallix lill-BBC jirraporta x-xogħol
tal-Parlament Ewropew jekk ixandar l-intervista.
Il-BBC xorta waħda xandar l-intervista, minkejja t-theddida
tal-Kap ta’ l-Audio Visual Unit tal-Parlament Ewropew.
La l-Privat jaf imexxi aħjar mill-Gvern, għaliex ma
nipprivitazzawx il-Gvern ħalli l-pajjiż jitmexxa aħjar?
L-Unjoni
Ewropea qiegħda tiġġarraf minn ġewwa.
200 metru tas-saqaf tal-Parlament Ewropew fi Strasbourg, sfronda.
Ħadd
ma weġġa’
X’ma
nformaniex l-Onor Chris Said
minn
Eddy Privitera
F’Dawn
l-aħħar jiem, l-Onor Chris Said, Segretarju Parlamentari responsabbli
għall-Komunikazzjoni u l-Informazzjoni, ta rendikont ta’ kif u fuq hiex
intefqu l-fondi li l-Unjoni Ewropea allokat għal Malta għas-snin
2004-2006.
Huwa
ammetta li dawn il-fondi għadhom ma waslux kollha, iżda qal li ż-żmien
li fih jistgħu jaslu l-fondi ttawwal b’sentejn, sal-aħħar
tal-2008.
Imkien ma ċaħad dak li qal il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, Dr
Charles Mangion, li fl-aħħar sitt xhur kull ma l-Gvern irnexxielu jdaħħal
mill-Unjoni Ewropea kienu biss 12,000,000 ewro.
Meta tqis li l-Gvern qiegħed iħallas madwar 5,000,000 ewro fix-xahar
lill-Unjoni Ewropea, faċli tasal għall-konklużjoni kemm kienet
ħolma l-wegħda ta’ Lm100,000,000 fis-sena.
Imma aktar importanti fil-konferenza stampa li ta l-Onor Chris Said, kien x’ma
qalx.
Aħna
ilna nisfidaw lill-Gvern biex jagħti d-dettalji kollha ta’ kemm qiegħda
tiswielna s-sħubija fl-Unjoni Ewropea, kemm bħala Gvern, u ferm aktar
minn hekk, bħala poplu.
Għalhekk illum qegħdin nistiednu lill-Onor Chris Said jiġbor l-informazzjoni
kollha dwar il-punti li se nsemmu, u jagħmel konferenza stampa oħra li
fiha jagħti lill-midja t-tagħrif kollu li jkun ġabar dwar dawn
il-punti:
1)
Kemm inħallsu kull xahar lill-Unjoni Ewropea għall-baġit tagħha?
2)
Kemm miljuni swiet lill-Gvern bejn l-1999 u l-2004 biex jipprepara u jwaqqaf l-istrutturi
kollha biex Malta setgħet tidħol fl-Unjoni Ewropea? (Il-kalkoli kienu
madwar Lm20,000,000 fis-sena).
3)
Kemm qegħdin jiswew lill-Gvern il-mijiet ta’ ‘civil servants’, kemm
f’Malta u kemm barra minn Malta, li xogħolhom hu konness mas-sħubija
fl-Unjoni Ewopea? (Eżempju wieħed: kemm qed jiswew il-ħaddiema
tad-Dwana li jiġbru l-Common External Tariff li tmur direttament għand
l-Unjoni Ewropea, waqt li l-Gvern Malti jħallas il-pagi?)
4)
Kemm konna qegħdin nirċievu miljuni ta’ liri Maltin mill-Protokoll
ma’ l-Italja, li twaqqaf għax Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea?
5)
Kemm naqas il-qligħ tal-Bank Ċentrali ta’ Malta fl-aħħar
disa’ snin, u kemm mistenni li jkun il-qligħ din is-sena, wara li daħħalna
l-ewro?
Issa niġu għal kemm qiegħda tiswa s-sħubija fl-Unjoni
Ewropea direttament lill-poplu Malti, mhux lill-Gvern.
Nistaqsu
lill-Onor Said jiġbor din l-informazzjoni u jgħaddiha lill-midja wkoll:
1.
Kemm miljuni ħallas il-poplu Malti sal-lum bħala taxxa tal-VAT, li
kienet imposta fuq il-Gvern Malti biex Malta setgħet tidħol fl-Unjoni
Ewropea?
2.
Kemm ħallas ECO tax il-poplu Malti sal-lum – taxxa oħra mposta mill-Unjoni
Ewropea?
3.
Kemm miljuni tħallsu f‘taxxi fuq il-prodotti taż-żejt, bħad-diżil,
petrol, pitrolju u prodotti oħrajn, minħabba t-taxxa minima fuq dawn
il-prodotti, imposta fuqna mill-Unjoni Ewropea?
4.
Kemm ħallas sal-lum taxxa tal-VAT il-poplu Malti fuq prodotti li nħaddmu
Malta u qabel la konna nħallsu dazju fuqhom u lanqas VAT?
5.
Kemm ħallas taxxa tal-VAT il-poplu Malti sal-lum fuq servizzi li qabel ma
kienet titħallas ebda taxxa fuqhom?
Naħseb li għal-lum biżżejjed. Issa naraw jekk is-Segretarju
Parlamentari responsabbli mill-propaganda tal-Gvern jaċċettax l-istedina
tagħna, ħalli l-poplu jkun jista’ jiġġudika marx minn fuq
jew minn taħt bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea.
Il-Ħamis, 28 ta’ Awissu, 2008
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju
Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ