MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
Mill-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici
Chairman
Kampanja Ħelsien
Nazzjonali
CN
I
IL-KOSTITUZZJONI TA' L-UNJONI EWROPEA TKASBAR IL-KOSTITUZZJONI TA' MALTA
Min se jivvota kontra l-Kostituzzjoni ta’ Malta?
IL-MEMBRI tal-Parlament Malti jridu jistqarru jekk humiex favur jew kontra l-Kostituzzjoni ta’ Malta.
Il-Kostituzzjoni ta’ Malta tgħid li hija aqwa minn kull liġi f’Malta li ma taqbilx magħha.
Il-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea tgħid li hija aqwa mill-Kostituzzjoni ta’ pajjiż membru ta’ l-Unjoni.
Il-Parlament Malti se jintalab jivvota favur il-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea.
Min jivvota favuriha, ikun qed jivvota kontra l-Kostituzzjoni ta’ Malta.
Min huwa favur il-Kostituzzjoni ta’ Malta ma jistax jivvota favur il-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea.
Kull membru tal-Parlament Malti ħa ġurament li jkun fidil u leali għall-Kostituzzjoni ta’ Malta.
Għalhekk min jivvota favur il-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea li hija kontra l-Kostituzzjoni ta’ Malta, jkun qed jikser il-ġurament solenni li ħa.
Issa l-poplu Malti se jara min mir-rappreżentanti tiegħu fil-Parlament Malti se jivvota favur jew kontra l-Kostituzzjoni ta‘ pajjiżna.
Se ssir l-għażla bejn dawk li lesti jbiegħu l-Kostituzzjoni ta’ Malta u dawk li mhux lesti jittraduha.
Min jivvota favur il-Kostituzzjoni ta’ Malta, jistħoqqlu l-istmerrija tal-poplu Malti.
Min ma jridx li jqanqal kontrih l-għadab tal-poplu Malti, m’għandux iżeblaħlu l-Kostituzzjoni ta’ pajjiżu.
Il-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea tgħid li mhux biss hija, iżda kull liġi li l-Unjoni tagħmel fl-oqsma li għandha s-setgħa, tkun aqwa mil-liġijiet li l-Parlament Malti jagħmel u mill-istess Kostituzzjoni ta’ Malta.
Jekk Membru tal-Parlament Malti jivvota favur il-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni li tgħid dan, ikun qed iżebblaħ l-istess liġijiet li huwa jagħmel fil-Parlament Malti.
Il-membri tal-Parlament Malti li għandhom ftit dekor, ma jbaxxux xogħolhom b’dan il-mod.
Il-poplu Malti tahom mandat biex jagħmlu l-liġijiet li huma jemmnu huma l-aħjar għall-poplu.
Ma qalilhomx iżda biex jaċċettaw dak li l-Unjoni Ewropea tiddeċiedi li tagħmel kontra l-liġijiet magħmulin minnhom fil-Parlament Malti.
Il-membri tal-Parlament Malti lanqas jistgħu jaċċettaw dak li l-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea tgħid kontra l-Kostituzzjoni ta’ Malta, jekk tnejn minn kull tlieta tal-membri kollha tal-Parlament Malti ma jivvotawx biex jibdlu dak li tgħid il-Kostituzzjoni ta’ Malta.
Għalhekk jekk ma jkunx hemm il-maġġoranza ta’ tnejn minn kull tliet membri kollha tal-Parlament Malti, dak li tgħid il-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea kontra l-Kostituzzjoni ta‘ Malta, ma jkunx jiswa’ u ma jkunx validu, avolja l-Prim Ministru Malti jkun iffirmha.
Ġurament ta' lealta` li jieħdu l-Membri Parlamentari kollha
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li nkun tassew fidili u leali lejn il-Poplu u r- Repubblika ta’ Malta u l-Kostituzzjoni tagħha. (Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ Prim Ministru jew Ministru ieħor jew Segretarju Parlamentari.
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ President.
Jiena ..............................................., solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment il-kariga ta’ President (li naqdi fedelment il-funzjonijiet tal-President) ta’ Malta, u li, skond l-aħjar ħila tiegħi nikkonserva, inħares u niddefendi l-Kostituzzjoni ta’ Malta. (Hekk Alla jgħini).
Sezzjoni 6 tal-Kostituzzjoni ta' Malta
6. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (7) u (9) ta’ l-artikolu 47 u ta’ l-artikolu 66 ta’ din il-Kostituzzjoni, jekk xi liġi oħra tkun inkonsistenti ma’ din il-Kostituzzjoni, din il-Kostituzzjoni għandha tipprevali u l-liġi l-oħra għandha, safejn tkun inkonsistenti, tkun bla effett.
Artiklu I-6 tal-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea
Dritt ta' l-Unjoni
Il-Kostituzzjoni u l-liġijiet adottati mill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni fl-eżerċizzju tal-kompetenzi konferiti lilha għandhom jipprevalu fuq id-dritt ta’ l-Istati Membri.
Tista' tafda lil min jikser il-ĠURAMENT tiegħu/tagħha?
L-Erbgħa, 28 ta' Lulju, 2004.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola liċ-
Chairman
CNI,
Dr
Karmenu Mifsud Bonnici LL.D.
81,
Triq Ġuże Pace,
Ħamrun.
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar