MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
Konferenza Stampa mill-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici
Chairman Kampanja Ħelsien Nazzjonali CN
IL-KOSTITUZZJONI TA' L-UNJONI EWROPEA TKASBAR
IL-KOSTITUZZJONI TA' MALTA
JEKK TIRRISPETTA L-KOSTITUZZJONI TA' PAJJIŻEK GHID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGHEK JIRRISPETTA L-FEHMIET TIEGHEK U MA JIVVOTAX FAVUR IL-KOSTITUZZJONI TA' L-UNJONI EWROPEA LI TKASBAR IL-KOSTITUZZJONI TA' MALTA.
L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000
€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
It-Trattat
Kostituzzjonali Ewropew: Fil-Partit Laburista m’hemmx diskussjoni ħielsa
– Karmenu Mifsud Bonnici
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu
Il-Mexxej tal-Kampanja
għall-Ħelsien Nazzjonali CNI
l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici l-bieraħ sostna li mhux veru li hemm
diskussjoni ħielsa fil-Partit Laburista
dwar it-Trattat Kostituzzjonali Ewropew għax
li qiegħed isir huwa biss “propaganda” favur il-mozzjoni tal-Grupp
Parlamentari u l-Eżekuttiv.
Huwa semma kif il-mozzjoni li se jressaq huwa din il-ġimgħa waqt il-Konferenza
Ġenerali Straordinarja lanqas biss ġiet diskussa fuq
l-istazzjon Super 1 u lanqas ma ngħata
l-indirizzi tad-delegati biex jibgħatilhom ir-raġuni għaliex huwa
ma jridx lill-istess delegati jivvotaw favur it-Trattat
Kostituzzjonali Ewropew.
F’din l-ittra, waqt li jgħid lid-delegati għalfejn m’għandhomx
jivvotaw favur it-Trattat, isostni wkoll li jekk bħala delegati ħa
jbatu l-konsegwenza tal-ftehim tas-sħubija għax hekk riedet il-maġġoranza
tal-poplu allura paċenzja, “iżda li
issa nivvotaw aħna favur dan l-għawġ kollu jkun tradiment
tat-twemmin Laburista u disprezz għall-Partit tagħna”.
Waqt li kien qiegħed ikellem lill-ġurnalisti fil-kwartieri tas-CNI
fil-Mosta, l-Avukat Mifsud Bonnici semma wkoll li waqt li l-pajjiżi l-oħrajn
ta’ l-Unjoni Ewropea qegħdin jiddiskutu
x’għandu jinbidel fil-politika ta’ l-Unjoni
Ewropea, f’Malta dan mhux jiġri u f’konferenza li saret nhar
is-Sibt li għadda ma saret ebda kritika oġġettiva għat-Trattat.
“Kulma sar kien biss paniġierku u propoganda favur it-Trattat li turi
l-faqar intellettwali u politiku li hawn f’Malta u kemm m’aħniex kapaċi
nikkontribwixxu xejn għar-revizjoni ta’ l-Unjoni
Ewropea”.
Huwa qal ukoll
li jekk nivvotaw “iva” għat-Trattat, l-Unjoni
Ewropea se tieħu l-impressjoni li għal Malta kollox jgħaddi
waqt li l-poplu juri li huwa baħnan għax lest jilqa’ dak li ma jridx
ħaddieħor.
L-Avukat Mifsud Bonnici spjega wkoll għalfejn fl-opinjoni tiegħu l-ħames
riżervi tal-Partit Laburista biex
japprova t-Trattat ma jreġux.
Waqt li qal li dawn ir-riżervi m’għandhomx valur ħlief li
jorbtu lill-Partit Laburista fil-Gvern,
l-Avukat Mifsud Bonnici staqsa jekk l-Unjoni Ewropea
taqbilx magħhom.
“F’dak il-każ Gvern Laburista jkun
lest li joħroġ lil Malta mill-Unjoni Ewropea?”,
huwa staqsa waqt li stqarr li jekk il-Partit
Laburista ma jkunx lest jagħmel dan, allura din tkun prova oħra
ta‘ kemm l-istess riżervi m’għandhomx siwi.
Dwar l-ewwel riżerva, dik li t-Trattat ma jippreġudikax in-newtralità
kostituzzjonali ta’ Malta, l-Avukat Mifsud Bonnici qal li bit-Trattat il-pajjiżi
kollha ta’ l-Unjoni Ewropea jkunu marbutin
b’politika barranija komuni u jekk ikun hemm theddida ta’ attakk
terroristiku jew attakk, il-pajjiżi jridu jagħtu l-għajnuna.

Barra minn hekk Malta se tikkontribwixxi wkoll fl-ispejjeż għall-armata
Ewropea u ebda pajjiż ma jista’ joħroġ minn
dan l-obbligu.
Fuq it-tieni riżerva, li tgħid li t-Trattat ma jippreġudikax
oqsma tal-Kostituzzjoni Maltija li
jirrikjedu ż-żewġ terzi tal-voti fil-Parlament biex jinbidlu,
huwa sostna li l-liġijiet ta’ l-Unjoni Ewropea
se jipprevalu fuq il-kostituzzjonijiet tal-pajjiżi membri.
Dwar it-tielet
riżerva, li bħala gżira li teħtieġ tgħolli
l-livell ta’ espansjoni ekonomika u ta’ l-impjiegi din il-qagħda teħtieġ
tingħata kunsiderazzjoni sħiħa, il-kelliem staqsa x’jagħmel
Gvern Laburista jekk l-Unjoni
Ewropea ma taċċettax li jgħin lill-ekonomija Maltija
b’xi sussidju.
Fir-rigward tar-raba’ riżerva, fejn jingħad li t-Trattat ma jippreġudikax
l-awtonomija ta’ Malta fit-twettiq tal-ħarsien soċjali, l-Avukat
Mifsud Bonnici sostna li t-Trattat ma jippermettix lil xi pajjiż ikompli
jagħti s-servizzi soċjali b’xejn u għalhekk
Malta
jkollha bilfors iċċekken il-‘welfare state‘, inklużi
l-kundizzjonijiet dwar il-pensjonijiet.
Fuq il-ħames riżerva, li tgħid li t-Trattat ma jippreġudikax
il-qagħda ta’ Għawdex bħala reġjun-gżira bi bżonnijiet
ekonomiċi u soċjali, il-Mexxej tas-CNI
wieġeb li fit-Trattat imkien ma jissemma Għawdex.
L-ex-Mexxej Laburista u Mexxej tas-CNI
qal li jkun ta’ għajb għall-Partit
Laburista “jekk jinqata‘ mill-kurrent progressiv fil-kontinent Ewropew
u jivvota “iva” għal Trattat li mhux se jidħol fis-seħħ,
u jrid jinbidel bil-fors, għax il-popli ta’
Franza
u
l-Olanda vvotaw
kontrih waqt li l-gvernijiet tar-Renju Unit u d-Danimarka iddeċidew li għalissa
jpoġġu r-referendum dwaru fuq l-ixkaffa.
L-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici rrefera wkoll għall-kontribuzzjoni li
fl-2003 Dr Alfred Sant u Dr
George Vella kienu għamlu lill-Konvenjoni Ewropea
dwar l-Abbozz tat-Trattat Kostituzzjonali fejn huma kienu saħqu li
s-sistema preżenti li l-President tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea tgħaddi minn pajjiż għal ieħor kull
sitt xhur għandha tibqa’ bħal ma kellu jibqa’ wkoll il-prinċipju
li kull pajjiż ikollu kummissarju.
L-Avukat Mifsud
Bonnici rrimarka li t-Trattat jipproponi l-ħatra ta’ President
ta’ l-Unjoni Ewropea għal sentejn u nofs kif ukoll li mhux kull
pajjiż bilfors se jkollu kummissarju.
Mistoqsi jekk hux se jitlob li fil-votazzjoni għall-mozzjoni dwar it-Trattat
Kostituzzjonali Ewropew jitħalla jagħmel xi timbru tiegħu
fuq il-vot qabel ma delegat jivvota, l-Avukat Mifsud Bonnici wieġeb li le għax
huwa jittama fl-irġulija tas-Segretarji Distrettwali.
'
Ġurament ta' lealta` li jieħdu l-Membri Parlamentari kollha
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li nkun tassew fidili u leali lejn il-Poplu u r- Repubblika ta’ Malta u l-Kostituzzjoni tagħha. (Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ Prim Ministru jew Ministru ieħor jew Segretarju Parlamentari.
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment u skond il-kuxjenza d-dmirijiet tiegħi bħala (Prim Ministru/Ministru/Segretarju Parlamentari) skond il-Kostituzzjoni u l-liġijiet ta’ Malta, mingħajr biża’ jew favur. ( Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ President.
Jiena ..............................................., solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment il-kariga ta’ President (li naqdi fedelment il-funzjonijiet tal-President) ta’ Malta, u li, skond l-aħjar ħila tiegħi nikkonserva, inħares u niddefendi l-Kostituzzjoni ta’ Malta. (Hekk Alla jgħini).
Sezzjoni 6 tal-Kostituzzjoni ta' Malta
6. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (7) u (9) ta’ l-artikolu 47 u ta’ l-artikolu 66 ta’ din il-Kostituzzjoni, jekk xi liġi oħra tkun inkonsistenti ma’ din il-Kostituzzjoni, din il-Kostituzzjoni għandha tipprevali u l-liġi l-oħra għandha, safejn tkun inkonsistenti, tkun bla effett.
Artiklu I-6 tal-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea
Dritt ta' l-Unjoni
Il-Kostituzzjoni u l-liġijiet adottati mill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni fl-eżerċizzju tal-kompetenzi konferiti lilha għandhom jipprevalu fuq id-dritt ta’ l-Istati Membri.
Tista' tafda lil min jikser il-ĠURAMENT tiegħu/tagħha?
It-Tlieta, 28 ta’ Ġunju, 2005.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar