MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA
L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000
€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
Dr Karmenu Mifsud Bonnici jħeġġeġ li mmorru lura lejn il-Konvenzzjoni tal-1951
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu

“Is-soluzzjoni
li twaqqaf l-inkoraġġiment lill-immigranti illegali li jiġu Malta huwa li
nagħlqu l-bibien tagħna, nibdew ninterpretaw il-Konvenzjoni tar-Refuġjati ta’
l-1951 tajjeb u nissospendu l-applikazzjoni minn Malta tal-konvenzjoni ta’
Dublin II.”
Dan qalu l-ex-Prim Ministru ta’ Malta Dr Karmenu Mifsud Bonnici, mexxej tal-Kampanja Ħelsien Nazzjonali (CNI) matul konferenza stampa li nżammet illum.
Dr Mifsud Bonnici qal li l-problema ta’ l-immigrazzjoni illegali bdiet meta l-Gvern Malti irrinunzja għar-riservi li kien għamel għall-Konvenzjoni ta’ l-1951 dwar l-istat ta’ refuġjat mad-dħul ta’ Malta fl-UE.

Il-Gvern
Malti mar kontra l-interessi nazzjonali minħabba il-pressjoni magħmula mill-Unjoni
Ewropea.
Huwa qal li ħadd ma qiegħed jgħarraf lill-poplu dwar ir-raġunijiet tassew għala qed isseħħ din l-invażjoni.
Huwa żied jgħid li l-pattulji tal-Frontex qegħdin jinkoraġġixxu l-invażjoni mill-immigranti illegali, jagħmlu l-vjaġġ tu il-Mediterran aktar żgur, u l-Frontex għalhekk mgħandhiex tiġi msaħħa.
Malta hija obbligata li tipprovdi ħarsien biss lil refuġjati kif stipulate fil-konvenzjoni tar-refuġjati, li tgħid li refuġjat huwa persuna li, minħabba biża msejjes tajjeb li jkun ippersegwitat għal raġunijiet ta’ razza, reliġjon, nazzjonalita’ jew għaliex ikun membru ta’ grupp partikolari jew opinjoni politika, ma jkunx jista’ jmue lura f’artu.
L-Immigranti
illegali jiġu Malta minħabba diffikultajiet ekonomiċi u għaldaqstant huma
m’humiex marbuta bil-konvenzjoni u għandhom imorru lura lejn pajjiżhom.
Dr Mifsud Bnnici qal li l-qasma fil-piż (burden sharing) huwa raġġ ta’ tama
għall-immigranti illegali għaliex huma jafu li wara 18-il xahar detenzjoni, huma
jakkwistaw dokumenti ta’ l-ivvjaġġar biex ikunu jistgħu jmorru f’pajjiżi oħra.
Jekk il-biċċa l-kbira ta’ l-immigranti qegħdin ifittxu ħajja f’pajjiżi Ewropej oħra u mhux f’Malta, il-gvern għandu jipprovdi għal dan minnufih.
Malta saret pajjiż ta’ transitu għall-immigranti illegali.
Dr Mifsud Bonnici qali li ħafna jitilqu jekk jingħataw ċans.
Din hija sitwazzjoni assurda għaliex m’huwiex tassew li l-Maltin ikunu qegħdin imorru kontra l-moralita’ Kristjana tagħhom, imma hija l-Unjoni Ewropea li qed tisforza lil Malta li żżomm lill-immigranti milli jmorru lejn l-Ewropa.
Huwa kompla jgħid li għall-kuntrarju, qegħdin inżommu lil-immigranti kontra r-rieda tagħhom.
Dr
Mifsud Bonnici qal li s-CNI
mhijiex impressjonata bir-riżultati ta’ l-inċident tal-Pinar li sar ftit jiem
ilu, minħabba li l-gvern ma kien qiegħed jagħmel dak li kellu jsir bl-immigranti
illegali imma dwar ir-regolamenti ta’ tfittxija u salvataġġ.
Dr Mifsud Bonnici ikkummenta fuq in-nuqqas tal-medja li tattendi
għall-konferenza u rrimarka li hija qed turi niqqas ta’ nteress fuq il-kwistjoni.
Huwa żied li l-medja għandha tfittex aktar fil-fond fuq l-immigrazzjoni illegali u tivvaluta s-sitwazzjoni tajjeb kif qed jagħmlu l-Maltin li huma mxebbgħin.
Bħalissa, is-CNI qed tagħmel kampanja għal petizzjoni u tħeġġeġ lin-nies biex jiffirmawha biex titwaqqaf il-kriżi ta’ l-immigrazzjoni illegali.
Attivisti tas-CNI ġabru l-firem bieb bieb
* mill-Marsa,
* Birżebbuġa,
* Ħal-Kirkop,
* Ħal-Safi,
* iż-Zurrieq u
* qed tippjana li tkompli żżur lokalitajiet oħra u
* postijiet pubbliċi.
It-Tlieta 28 ta’ April 2009
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ