MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin huma marbutin li jħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000
Mitluba r-riżenja ta’ Simon Busuttil u dawk li assiguraw il-kaċċa fir-rebbiegħa: Il-Gvern se jitlef il-każ fil-Qorti Ewropea –
Karmenu Mifsud Bonnici
Il-mistoqsija
li qiegħda ssir mill-kaċċaturi issa li l-istaġun tar-rebbiegħa
mhux se jinfetaħ, hija dik ta’ jekk hemmx xi tama li dan fil-fatt jinfetaħ
fis-snin li ġejjin.
Għalkemm ħafna huma qalbhom maqtugħa li dan jinfetaħ, hemm diversi kaċċaturi li qegħdin jorbtu t-tama tagħhom mal-fatt li forsi l-Gvern Malti jirbaħ il-każ li hemm pendenti quddiem il-Qorti Ewropea.
Dwar
dan, iżda, tkellem b’mod ċar iċ-Ċerpersin tal-Kampanja
Ħelsien Nazzjonali (CNI)
l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici.
Fi tweġiba għall-mistoqsija minn l-orizzont, l-eks-Prim Ministru għamilha
ċara li
“l-Gvern se jitlef din il-kawża. Dan għas-sempliċi raġuni li qed jingħad bl-aktar mod ċar li l-wirt naturali komuni huwa aktar importanti u jiżboq l-interessi tal-kaċċaturi. M’hemmx fejn tmur aktar”,
hu qal.



Waqt li ma daħalx fil-merti dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa, l-Avukat
Mifsud Bonnici qal li l-mod kif żviluppat il-kwistjoni tal-kaċċa
fir-rebbiegħa jidher li hemm żewġ alternattivi għall-Membru
Parlamentari Ewropew Simon Busuttil, il-Kummissarju Ewropew Joe Borg, il-President
tar-Repubblika Eddie Fenech Adami u l-Prim Ministru Lawrence Gonzi.
Dawn huma li jew jirriżenjaw għax l-assigurazzjonijiet ingħataw
b’qerq jew inkella l-alternattiva li jisħqu li l-ftehim mal-Kummissjoni
Ewropea jrid jiġi onorat.
Dr
Mifsud Bonnici qal li l-Gvern diġà tilef żewġ okkażjonijiet
li fihom seta’ għamel pressjoni biex il-Kummissjoni Ewropea tonora l-ftehim
li l-Gvern Malti dejjem qal li akkwista u nnegozja.
Dan
kien waqt l-iffirmar tat-Trattat ta’ Lisbona u meta daħlu membri sħaħ
il-Bulgarija u r-Rumanija.
Enfasizza li f’dawn iż-żewġ okkażjonijiet il-Gvern seta’
għamel pressjoni biex il-Kummissjoni Ewropea tonora l-ftehim u dan billi
jittratjeni milli jiffirma jew jaqbel fuq it-Trattat ta’ Lisbona u fuq id-dħul
tal-Bulgarija u r-Rumanija.
Iċ-Ċerpersin tal-Kampanja Ħelsien Nazzjonali qal li
“s-sentenza
tal-Qorti ta’ l-Unjoni Ewropea li ordnat lill-Gvern Malti ma jħallix
il-kaċċa tal-gamiem u s-summien fir-rebbiegħa tqanqal
kwistjonijiet ta’ prinċipju fundamentali. Mingħajr ma wieħed
jidħol fil-mertu tal-kwistjoni tal-kaċċa fir-rebbiegħa, hemm
fin-nofs il-‘bona fede’ tal-Kummissjoni Ewropea meta nnegozjat mal-Gvern
Malti s-sħubija ta’ pajjiżna fl-UE, kif ukoll l-assigurazzjonijiet
li ngħataw lill-poplu Malti u lill-kaċċaturi qabel ir-Referendum
tas-sena 2003 mill-Prim Ministru Eddie Fenech Adami, mill-Viċi Prim
Ministru Lawrence Gonzi, mill-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Joe Borg u miċ-Ċermen
tal-MIC Dr Simon Busuttil.”
Dr Mifsud Bonnici tenna li l-Gvern Malti żgura lill-poplu u lill-kaċċaturi, li l-UE kienet ftehmet li l-kaċċa fir-rebbiegħa tibqa’ sseħħ. Il-poplu u l-kaċċaturi vvotaw favur il-ftehim tas-sħubija b’dik l-assigurazzjoni f’moħħhom. Qal ukoll li llum il-Gvern qed jixli lill-Kummissjoni Ewropea li qiegħda tmur lura mill-ftehim li għamlet miegħu dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa.
“Issa l-Kummissjoni Ewropea kisbet mingħand il-Qorti ta’ l-Unjoni Ewropea, l-ordni biex il-Gvern ma jwettaqx dak li huwa kien ftiehem mal-Kummissjoni dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa.”
L-Avukat Mifsud Bonnici kompla jgħid li “quddiem dan l-aġir ħażin
tal-Kummissjoni Ewropea u l-ordni arbirtarja tal-Qorti ta’ l-Unjoni Ewropea,
il-Gvern Malti, il-President tar-Repubblika Fenech Adami, il-Prim Ministru Gonzi,
il-Kummissarju Ewropew Borg u l-Membru Parlamentari Ewropew Busuttil, għandhom
żewġ alternattivi.
“Jew jirriżenjaw għax l-assigurazzjonijiet li kienu taw lill-poplu
Malti u lill-kaċċaturi nstab li kienu foloz u mogħtijin b’qerq,
jew jisħqu li l-ftehim mal-Kummissjoni Ewropea kien kif isostnu huma.
“Ladarba l-UE mhix tonora dak il-ftehim, il-ftehim ta’ sħubija fl-UE għandu jaqa’ u Malta m’għandhiex tibqa’ msieħba fl-Unjoni Ewropea,”
temm jgħid iċ-Ċerpersin tas-CNI.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
It-Tnejn, 28 ta’ April, 2008
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ