MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LILL-KANDIDAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2009 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €153,400 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
L-Unjoni Ewropea kontra n-newtralità ta’ pajjiżna
Il-Ġimgħa l-oħra, fil-Parlament,
saru stqarrijiet dwar l-Unjoni Ewropea u l-politika barranija ta’ Malta, li
nkwietaw lil dawk kollha li jridu jħarsu l-interessi tal-poplu Malti qabel
kollox.
Intqal bla tlaqliq li l-politika
barranija ta’ Malta hija dettata mill-Unjoni, u ntweriet il-fehma li dak li l-Kostituzzjoni
ta’ Malta tgħid dwar in-newtralità ta’ pajjiżna, għandu jinbidel.
Skond il-Kostituzzjoni Maltija, pajjiżna għandu jwettaq politika ta’ newtralità
msejsa fuq in-non-alinejament.
Dan ifisser li pajjiżna m’għandux iħaddan il-politika barranija tal-pajjiżi tal-punent tal-Ewropa jekk din ma tkunx ukoll il-politika barranija tal-pajjiżi tal-lvant tal-Ewropa, partikolarment tar-Russja.
Dan jimplika ukoll li pajjiżna
m’għandux jaddotta politika tal-pajjiżi Ewropej li tkun kontra l-pajjiżi
Musulmani u pajjiżi Għarab.
Iżda l-politika barranija non-alinejata kif trid tkun il-politika ta’ newtralità
ta’ Malta.
Għalhekk huwa oġġezzjonabbli ħafna
li l-Parlament Malti jaċċetta li l-politika barranija ta’ pajjiżna tkun
iddettata mill-UE.
Jekk il-Gvern jaqbel ma’ dan, l-Oppożizzjoni jmissha tistqarr li ma taqbilx.
Ma taqbilx għal żewġ raġunijiet.
L-ewwel għaliex il-politika ta’ newtralità u non-alinejament hija fl-aħjar interessi tal-poplu tagħna għax hija politika li l-aktar tagħti sigurtà u ħarsien lill-poplu Malti.
Fit-tieni lok, għax il-politika
barranija ta’ l-UE, la darba mhix politika ta’ newtralità u non-alinejament, ma
taqbilx ma’ dak li trid il-Kostituzzjoni Maltija, u m’għandniex niksru dak li
tgħid il-Kostituzzjoni.
Dan kollu barra l-fatt importanti ħafna li juri kemm pajjiżna tilef l-indipendenza
u s-sovranità tiegħu meta fil-Parlament jistqarr li l-politika tagħna hija
dettata mill-Unjoni, u ħadd mill-Parlament ma jqum jipprotesta kontra dan.
Il-fehma li dak li l-Kostituzzjoni Maltija tgħid dwar in-newtralità m’għadux
aktar addattat għal żminijietna, reġgħet instemgħet fil-Parlament, wara li
kienet tqanqlet xi xhur ilu u ntesiet.
Din hija x-xewqa tal-mexxejja tal-UE u tal-partiti Ewropej li ma jaqblux mal-politika tan-newtralità.
L-Unjoni Ewropea u l-partiti
Ewropej qegħdin jagħmlu pressjoni, mingħajr ma tidher, fuqna ħalli nħassru dak
li tgħid il-Kostituzzjoni tagħna dwar in-newtralità, jew għall-inqas, indgħajfuh,
ħalli ftit ftit nispiċċaw biex naċċettaw il-politika komuni ta’ l-Unjoni dwar
il-politika barranija, dwar is-sigurtà u anke, dwar id-difiża komuni.
Ma naqblux li għandna nbiddlu xi tgħid il-Kostituzzjoni tagħna dwar in-newtralità.
Iżda jekk għandu jsir xi tibdil, dan għandu jkun mhux kif trid l-UE u l-partiti Ewropej, iżda biex insaħħu aktar id-dmir tagħna li nimxu b’politika ta’ newtralità, biex nikkundanna wl-użu tal-forza militari kontra pajjiżi oħra, biex innaqqsu l-infieq fuq l-armi u l-armamenti, u biex jinqerdu għal kollox l-armi nukleari.
Fi ftit kliem, biex verament naħdmu
attivament għall-paċi u l-ftehim bejn il-ġnus kollha, hu x’inhu t-twemmin
politiku u reliġjuż tagħhom, kif tgħidilna nagħmlu l-Kostituzzjoni ta’ pajjiżna.
J
osgħobina ninnotaw li l-UE qiegħda ftit ftit tarma għall-ġlied.
Hemm bżonn li l-poplu Malti juri li mhux lest ikun kompliċi ma’ l-Unjoni fil-militarizzazzjoni tagħha u fil-konfrontazzjonijiet li tista’ tidħol għalihom, kemm kontra r-Russja, kif ukoll kontra l-pajjiżi Musulmani jew il-pajjiżi Għarab.
Għandna nitbegħdu mill-politika barranija tal-Unjoni Ewropea u mhux nagħmluha tagħna.
Inwaqqfu l-immigrazzjoni illegali f’Malta
Fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna l-Unjoni Ewropea hija ta’ ħsara kbira għalina.
Mhux biss l-Unjoni ma tatniex l-għajnuna li kellna dritt għaliha, iżda rabtitna b’politika u regolamenti li ma jħalluniex inwaqqfu l-immigrazzjoni illegali.
Għax tridna naraw jekk inqisuhomx
bħala refuġjati, u jekk għandhiex nagħtuhom trattament umanitarju u nħalluhom
joqogħdu u jaħdmu f’Malta.
Tridna wkoll nintegrawhom mal-poplu
tagħna, u nagħtu l-permess ħalli huma jġibu n-nies tal-familja tagħhom joqogħdu
hawn.
L-Unjoni Ewropea waqqfet l-aġenzija Frontex biex tagħmel rondi fil-baħar
tal-Mediterran, u twassal lejn l-eqreb pajjiż tal-Unjoni l-immigranti li r-rondi
jsibu jbaħħru lejn l-Ewropa.
Minflok tnaqqas il-mewġa tal-immigranti, il-Frontex qiegħda tkun ta’ kuraġġ għalihom għax tnaqqsilhom il-periklu ta’ għarqa.
U għalhekk l-immigranti illegali
dejjem jiżdiedu, u ħafna minnhom jispiċċaw jinġiebu Malta mil-laneċ tal-Frontex.
Issa l-UE ħabbret li se tħaddem il-prinċipju tal-‘burden sharing’ fil-każ ta’
dawk li jitqiesu refuġjati, li jekk jitħaddem, ikun ifisser li r-refuġjati
jitqassmu bejn il-pajjiżi tal-Unjoni li volontarjament jagħżlu li jerfgħu
fil-piż tagħhom.
Din il-miżura ma tiskuraġġix l-immigranti illegali li jfittxu li jiġu fil-pajjiżi Ewropej, iżda bil-maqlub hija ta’ inkoraġġiment għalihom għax jittamaw li jitqiesu refuġjati u jitqassmu fil-pajjiżi tal-Unjoni.
L-invażjoni tal-immigranti illegali
titwaqqaf biss jekk huma jkunu jafu li l-bibien tal-pajjiż huma magħluqin
għalihom u li ħadd minnhom ma jkun lest jissogra ħajtu u jaħli flusu jħabbar
lejn Malta meta jkun ċert li se jintbagħat lura minnufih.
B’din il-politika ta’ tolleranza
zero lejn l-immigrazzjoni illegali, tinqata’ darba għal dejjem, u mhux
bil-miżuri li tridna nħaddmu l-Unjoni Ewropea.
Barranin li ma jkollhomx il-permess skond il-liġi tagħna, li jidħlu u joqogħdu
f’pajjiżna, jiġu minn fejn jiġu, m’għandhomx jitħallew f’pajjiżna.
Iċ-ċokon tal-pajjiż u n-nuqqasijiet li għandna, ma jippermettulniex nagħmlu mod ieħor.
Wara li eluf ta’ ħutna Maltin
kellhom iħallu pajjiżna minħabba dawn in-nuqqasijiet, m’għandniex inħallu
barranin fejn ma stajniex inżommu lil ħutna stess.
Jekk irridu nuru s-solidarjetà mal-barranin li għandhom nuqqasijiet kbar aktar
minna, għandna ngħinuhom mhux billi nħalluhom jgħixu fiċ-ċentri ta’ detenzjoni
li huma neqsin minn kull kumdità li tixraq lill-bnedmin, iżda billi nagħtuhom
għajnuna finanzjarja skond ma jista’ pajjiżna, ħalli jtejbu l-kundizzjonijiet
tal-għixien fil-pajjiżi tagħhom.
U jekk l-UE trid verament tagħti għajnuna kif jixraq lill-immigranti, għandha torganizza skemi ta’ immigrazzjoni regolari fil-pajjiżi minfejn jitilqu l-immigranti illegali.
L-Unjoni tidher li bdiet tifhem li
hekk għandha tagħmel, għax ftit ta’ żmien ilu fetħet l-ewwel uffiċċju fil-pajjiż
Afrikan, Mali, minfejn għandna numru ta’ immigranti f’pajjiżna minn dak
il-pajjiż li għadu jiżviluppa.
L-immigrazzjoni illegali hija pjaga għal pajjiżna, iżda hija pjaga akbar
għall-istess immigranti li jġarrbu tbatija kbira, u ħafna drabi anke l-mewt,
barra milli jgħaddu żmien twil f’kundizzjonijiet li m’humiex xierqa għad-dinjità
umana.
Għandna dmir morali li ninkoraġġuha b’kull mezz, u nissostitwuha b’immigrazzjoni regolari organizzata u ffinanzjata mill-UE.
Il-miljuni li l-Unjoni qiegħda
tonfoq fl-aġenzija Frontex, għandha tiddedikahom biex torganizza skemi ta’
immigrazzjoni regolari mill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw tal-Afrika.
B’hekk naqtgħu ukoll in-negozju kriminali organizzat li qed isir minn fuq l-immigranti
illegali.
Gwaj kbir bis-sħubija fl-UE
Ħafna mill-gwaj li qed jifni lill-poplu tagħna ġej mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea.
Ħafna mill-impjiegi li tlifna,
tlifniehom minħabba l-politika u r-regoli tal-Unjoni li kellna bilfors inħaddmu.
L-akbar eżempju ta’ dan kien it-tħarbit
ta’ 1,700 ħaddiema tas-sengħa tat-Tarzna, li l-UE riedet tfalliha u tagħlaqha.
Parti kbira mill-għoli tal-ħajja hija riżultat tat-taxxi li l-UE ġiegħlitna
ndaħħlu.
L-ewwel fosthom hija t-taxxa tal-VAT li tgħolli l-prezzijiet tal-prodotti u s-servizzi bi 18 fil-mija, u li se tieħu mingħand il-poplu Malti 477 miljun ewro is-sena d-dieħla.
Eżempju ieħor ta’ kif l-UE qiegħda
tgħollilna l-ħajja hija s-sisa u t-taxxi li l-Unjoni tinsisti li nħallsu fuq
il-prodotti taż-żejt.
Dawn it-taxxi u s-sisa jixorbu 99 miljun ewro oħrajn mingħand il-poplu.
L-aħħar eżempju ta’ kif l-UE qiegħda tgħollilna l-ħajja hija ż-żieda esaġerata fit-tariffi tad-dawl u l-ilma.
Għax l-Unjoni trid li l-poplu jħallas direttament għall-ispiża kollha ta’ dawn is-servizzi essenzjali.
L-Unjoni ma tridx li l-parti mill-ispiża
ta’ dawn is-servizzi essenzjali li titħallas mit-taxxi mħallsin mill-poplu
lill-Gvern, li jagħmel tajjeb għal parti mill-ispiża taghhom.
Iżda issa li l-Gvern għamel dak li l-Unjoni ordnatlu u għadda fuq il-poplu dak
kollu li kien iħallas mit-taxxi, madwar 50 miljun ewro fis-sena, m’għamilx kif
kellu jagħmel kieku ried ikun onest mal-poplu, innaqqas it-taxxi li l-poplu
jħallas b’50 miljun ewro, ħalli dak li l-poplu se jħallas direttament fiż-żieda
tat-tariffi, jinqata’ mit-taxxi li l-poplu jħallas lill-Gvern.
F’din l-istorja tat-tariffi tad-dawl u l-ilma hemm biċċa ingann kbir.
Għax l-Unjoni Ewropea qiegħda ssostni li l-Gvern m’għandux jissussidja d-dawl u l-ilma, meta fil-fatt huwa l-poplu li qed jissussidja bit-taxxi li jħallas lill-Gvern, li minnhom il-Gvern jagħmel tajjeb għal parti mill-ispiża tad-dawl u l-ilma.
Il-Gvern ma jissussidjahomx minn flusu, iżda minn flus il-poplu li jħallas it-taxxi.
Issa l-poplu se jiġi mġiegħel ikompli jħallas it-taxxi, avolja se jieħu fuqu dak l-ammont tal-ispiża tad-dawl u l-ilma li kien jitħallas mit-taxxi mħallsin mill-poplu.
B’hekk il-Gvern bil-barka
tal-Unjoni Ewropea qed jisraq lill-poplu jekk ma jnaqqasx it-taxxi bl-istess
ammont li l-poplu se jħallas iżjed fit-tariffi tad-dawl u l-ilma.
La darba l-Gvern irid jgħaddi fuq il-poplu madwar 50 miljun ewro fis-sena li l-Gvern
kien iħallas għad-dawl u l-ilma mit-taxxi tal-poplu, il-Gvern jekk ma jridx
jisloħ lill-poplu, jista’ jiġbor 50 miljun ewro inqas mill-477 miljun ewro li se
jiġbor mit-taxxa tal-VAT; u dan jista’ jagħmlu billi jbaxxi r-rata tal-VAT minn
18 fil-mija għal 16 fil-mija.
B’hekk il-poplu jkun iħallas 50 miljun ewro aktar fit-tariffi tad-dawl u l-ilma, iżda jkun qed iġibhom mill-50 miljun ewro li jkun se jħallas inqas VAT fuq il-prodotti u s-servizzi li jixtri matul is-sena.
Il-Gvern ikun iffranka s-sussidju għas-servizzi tad-dawl u l-ilma, u l-poplu ma jkunx tgħabba b’piż ieħor kbir ta’ 50 miljun ewro.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
Il-Ħamis, 27 ta’ Novembru, 2008
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ