MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin

u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

 

NAĦILFU LI NEĦILSU LIL MALTA MILL-JASAR, IL-KOLONJALIŻMU U L-ĦAKMA DITTATORJALI ILLEGALI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!

 

Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000 minn ħalq uliedek

 

F’ġieħ il-ħaqq u s-sewwa

 

Il-qofol tal-kwistjoni tat-Tarzna hija x’se jiġri mill-ħaddiema li ma jistgħux jirtiraw volontarjament mix-xogħol, kif il-Gvern iridhom jagħmlu. 

 

Il-GWU qiegħda ssostni li l-ħaddiema li ma jirtirawx volontarjament m’għandhomx jispiċċaw mingħajr impjieg. 

 

Il-Gvern ma jridx jintrabat b’dan, u jrid li madwar 1,000 ħaddiem jispiċċaw mit-tarzna.

Is-
CNI tfakkar lill-Gvern li fil-2003 huwa kien għażel l-aħjar ħaddiema li kellhom jibqgħu jaħdmu fit-Tarzna u lill-oħrajn, jekk ma ħadux is-somma offruta biex jirtiraw mix-xogħol, il-Gvern żammhom f’impieg mal-kumpanija ġdida li waqqaf, l-Industrial Projects and Services Ltd u ħaddiema fejn kellu bżonn. 

 

L-1,700 ħaddiem li llum hemm fit-Tarzna, il-Gvern żammhom milli jmorru mal-kumpanija l-ġdida. 

 

Dawk li ttieħdu mill-kumpanija l-ġdida, illum għadhom fl-impjieg u se jkomplu fl-impjieg.

Iżda llum il-Gvern qiegħed jhedded l-impjieg tal-1,700 ħaddiem tat-Tarzna, jekk 1,000 minnhom ma jirtirawx volontarjament mix-xogħol. 

 

Is-CNI ssostni li dan it-trattament tal-Gvern mhux ġustifikat, aktar u aktar meta fost il-ħaddiema tat-Tarzna hemm numru minnhom li fil-2003 talbu biex jirtiraw skont l-iskemi li kien waqqaf il-Gvern, iżda dan ma ħallihomx jagħmlu dan, għax it-Tarzna kellha bżonnhom.

Is-
CNI tgħid li l-mod kif il-Gvern qiegħed jimxi llum dwar il-ħaddiema tat-Tarzna huwa inġust u rresponsabbli. 

 

Għax il-Gvern qed jixli lill-GWU li bid-difiża tagħha tal-ħaddiema, se tisfratta l-privatizzazzjoni tat-Tarzna u tipperikola l-għeluq tagħha, mentri huwa l-Gvern li qiegħed jipperikola l-privatizzazzjoni, għax ma jridx jimxi b’mod responsabbli u jagħmel ġustizzja mal-ħaddiema tat-Tarzna.

Din mhix l-unika okkażjoni ta’ aġir irresponsabbli tal-Gvern dwar it-Tarzna. 

 

Is-CNI tfakkar li wara li l-Gvern ittrasferixxa mijiet ta’ ħaddiema mit-Tarzna għall-kumpanija ġdida Industrial Projects and Services Ltd, il-Gvern awtorizza lit-Tarzna timpjega madwar 300 ħaddiem każwali matul is-sena kollha, kull sena mill-2003 ’l hawn. 

 

Iżda minflok it-Tarzna qabdet bħala każwali l-eks-ħaddiema tagħha li kienu marru mal-kumpanija ġdida, il-Gvern awtorizzaha timpjega ħaddiema barranin, bi spiża akbar milli kieku tqabbdu ħaddiema Maltin.

 

B’hekk, fil-waqt li t-Tarzna ġarret il-piż ta’ 300 ħaddiema każwali barranin, il-Gvern xorta waħda ġarr il-piż tal-istess numru ta’ ħaddiema li marru mal-kumpanija ġdida. 

 

Din l-ispiża żejda u kapriċċuż se jbatiha l-poplu Malti, għax tħallset mit-taxxi li jagħmlu tajjeb għat-telf tat-Tarzna u għall-ispejjeż tal-kumpanija l-ġdida. l-Industrial Projects and Services Ltd

Waqt li l-Gvern ma ddejjaqx jgħabbi lill-pajjiż bi spiża żejda u kapriċċuża ta’ 300 ħaddiem każwali barranin mill-2003 ’l hawn, issa ma jridx jagħmel tajjeb li l-ħaddiema regolari tat-Tarzna li ma jistgħux jirtiraw volontarjament, iżomm l-impjieg fit-Tarzna jew f’xogħol xieraq alternattiv. 

 

Il-pajjiż m’għandux jitlef ix-xogħol ta’ ħaddiema tas-sengħa u huwa dmir tal-Gvern li jiżgura li l-pajjiż jutilizza mill-aktar l-esperjenza u l-ħila tagħhom.

Is-
CNI tfakkar li fuq kollox il-Gvern ilu mill-1998 responsabbli għal kollox mit-tmexxija tat-Tarzna, kemm direttament permezz tal-Ministru tagħha, kif ukoll indirettament permezz tal-persuni li ħatar biex imexxiha.

 

Għalhekk jekk it-Tarzna marret ħażin, il-Gvern u t-tmexxija tagħha ma jistgħux jaħarbu mir-responsabbiltà għat-telf li għamlet.

Mhux ġust li l-ħaddiema jbatu għal ħtijiet tal-Gvern u tat-tmexxija ineffiċjenti tat-Tarzna. 

 

Il-Gvern għandu jagħmel tajjeb għan-nuqqasijiet tiegħu billi jiżgura l-impjieg tal-ħaddiema jew fit-Tarzna, jew f’impjieg alternattiv xieraq. 

 

Għalhekk il-GWU għandha raġun li tkompli tinsisti mal-Gvern biex ebda ħaddiem tat-Tarzna li ma jistax jirtira volontarjament, ma jispiċċa mingħajr xogħol.

Il-ħaqq u s-sewwa jesiġu din mill-Gvern.

 

 

 

L-Erbgħa, 27 ta’ Awissu, 2008

 

IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA

 

<< Lura <<

 

e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk 

 

Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna

 

Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien

 

Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien? 

Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.

Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-

Segretarju Finanzjarju  CNI,

60A, Triq id-Dejqa,

Valletta

 

Isem .......................................................

Indirizz ...................................................

ID Numru ...............................................

 

Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek

 

Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ