MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI
Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
Mill-Kampanja
Ħelsien
Nazzjonali CNI
Kollu tort ta’ l-Unjoni Ewropea
Kulħadd sema bil-problema kbira li l-ħaddiema tal-fabbrika Interprint qegħdin jiffaċċjaw.
L-Interprint hija kumpanija tal-Gvern.
Il-ħaddiema dalwaqt se jsibu l-fabbrika magħluqa għax
il-Gvern tal-partit li l-ex-mexxej tiegħu, Fenech Adami kien jgħajjat
“qalbna
mal-ħaddiema”, iddeċieda li jagħlaq il-fabbrika f’Settembru li ġej.
Biex il-Gvern jitfa’ aktar melħ fuq il-ferita, qiegħed jgħid li
mhux marbut li joffri lill-ħaddiema xogħol alternattiv avolja li l-ħaddiema
ta’ l-Interprint huma tal-Gvern għax hija fabbrika tal-Gvern.
Waqt protesta li l-ħaddiema ta‘ l-Interprint għamlu quddiem il-fabbrika, wieħed mill-posters kellu miktub dan il-kliem: L-Ewropa tellfitna hobżna.
Kemm kellhom raġun jiktbu dan il-kliem!
Lil dawk li huma fanatiċi favur l-Unjoni Ewropea dan il-kliem dejjaqhom.
Dawn qalu l-Unjoni Ewropea m’għandha x’taqsam xejn.
Iżda fil-fatt, l-Unjoni Ewropea taħti u kif!
Għax hija l-politika ta’ l-Unjoni Ewropea li ma tħallix li l-Gvern nazzjonali ta’ pajjiż ta’ l-Unjoni li jikkompeti mas-settur privat.
L-Unjoni ġġagħlhom jew jipprivatizzawhom, jew jagħlquhom,
għax tqis li l-Gvern ikun qiegħed jagħmel kompetizzjoni nġusta
mal-privat.
Minħabba din il-politika ta’ l-Unjoni Ewropea, il-Gvern Malti biegħ
bir-ribass il-Mid Med Bank.
Dak il-bank ma kienx qiegħed jitlef il-flus.
Kien jagħmel profitti sbieħ kull sena u l-profitti kienu
jmorru fil-kaxxa ta’ Malta u jgawdihom il-poplu kollu.
Kien minħabba l-politika ta’ privatizzazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea li
l-Gvern Malti privatizza l-kumpanija tiegħu ta’ l-Air Terminal.
Din ukoll dejjem għamlet qligħ li kien imur għand il-poplu kollu.
Jekk fejn ikun qiegħed isir il-qliegħ, ikollu jiġi privatizzat, kemm ikollu wkoll jiġi privatizzat fejn qligħ ma jkunx qiegħed isir minħabba l-inkompetenza tal-Gvern li jkun qiegħed imexxi?
Din l-inkompetenza l-Gvern juriha mhux biss fit-tmexxija
bla ħila, iżda anki bil-mod stupidu li jinnegozja l-bejgħ
tal-kumpaniji tiegħu.
Għax biex jipprova jimpressjona lill-pubbliku li jkun aħjar jekk
kumpanija li ma tkunx qiegħda tagħmel qligħ tinbiegħ,
il-Gvern ikabbar it-telf u jilmenta min-nuqqas ta’ prospetti sbieħ fil-ġejjieni
tal-kumpaniji tiegħu, meta jaf li b’hekk min se jixtri minn għandu
jkollu raġun joffri prezz baxx.
L-għaqli
li jrid ibiegħ, ma jnaqqarx il-biegħa.
Is-CNI
Topponi li l-Gvern Malti jobdi d-direttivi ta’ l-Unjoni li jingħalqu l-fabbriki tal-Gvern mingħajr ma l-Gvern jiżgura xogħol alternattiv għal-ħaddiema.
Din hija l-vera solidarjetà li l-Unjoni Ewropea tant tiftaħar biha, iżda xejn ma twettaq, kif jistgħu jixhdu l-ħaddiema ta’ l-Interprint.
Politika falluta tal-UE
Filwaqt li l-Parlament Malti bagħat jgħid li l-Unjoni Ewropea li l-poplu Malti jaqbel mal-Kostituzzjoni Ewropea, mill-istħarriġ li l-Unjoni għamlet f’Malta sabet li 50 fil-mija biss tal-poplu Malti huma favur il-Kostituzzjoni.
Agħar minn hekk.
L-UE sabet li f‘sena wara li Malta daħlet fl-Unjoni fl-21 ta’
Mejju 2004, il-poplu Malti naqqas fl-appoġġ għas-sħubija
fl-Unjoni b’10 %.
L-istess stħarriġ li l-Unjoni Ewropea għamlet fil-pajjiżi
kollha ta’ l-Unjoni wera li l-appoġġ għas-sħubija
fl-Unjoni huwa biss ta’ 54 fil-mija fil-pajjiżi membri flimkien.
Dan l-istħarriġ jixhed li l-appoġġ popolari għall-Unjoni
Ewropea qiegħed imajna.
Juri wkoll li l-poplu ta’ l-Ewropa ma jaħsibhiex dwar l-Unjoni bħal
politiċi li huma favuriha.
Kellu raġun Jean
Claude Juncker, il-Prim Ministru tal-Lussemburgu, meta stqarr li l-Unjoni Ewropea
tinsab fi kriżi profonda.
Il-politika ekonomika ta’ l-Unjoni Ewropea hija fi kriżi.
B’danakollu l-Parlament Malti vvota favur il-politika ekonomika ta’ l-Unjoni Ewropea imfissra fil-Kostituzzjoni Ewropea.
Il-politika finanzjarja ta’ l-Unjoni hija fi kriżi.
B’danakollu l-Parlament Malti vvota favur il-politika finanzjarja ta’ l-Unjoni kif imfissra fil-Kostituzzjoni Ewropea.
Il-Kostituzzjoni Ewropea hija fi krizi.
B’danakollu l-Parlament Malti vvota favur il-politika industrijali
ta’ l-Unjoni kif imfissra fil-Kostituzzjoni Ewropea.
U b’dan il-mod nistgħu nkomplu nuri kif il-Parlament Malti, meta vvota
favur il-Kostituzzjoni Ewropea, ivvota favur il-politika ta’l-UE li f‘ħafna
oqsma, barra dawk li semmejna, huma fi kriżi profonda.
Biex juri li ma jaqbilx ma' politika falluta, il-Parlament Malti ma jmissux ivvota favur il-Kostituzzjoni Ewropea.
L-Oppożizzjoni popolari għall-Kostituzzjoni Ewropea
Il-vot LE tal-Franċiżi u l-Olandiżi għall-Kostituzzjoni Ewropea jfisser ħafna aktar minn ċaħda ta’ xi ħwejjeġ li fiha dik il-Kostituzzjoni.
Ifisser oppożizzjoni tal-poplu għall-politika ekonomika u soċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u għall-mod kif l-Unjoni titmexxa u għall-indħil li tindaħal fil-ħajja ta’ kuljum tal-popli tal-pajjiżi msieħba fl-Unjoni.
Il-vot negattiv tal-popli Franċiż u Olandiż huwa
fil-veru sens tal-kelma, vot ta’ sfiduċja fl-Unjoni Ewropea tal-lum.
L-oppożizzjoni popolari għall-Unjoni Ewropea tal-lum mhix limitata għal
Franza u l-Olanda biss.
L-oppożizzjoni hija mifruxa f’pajjiżi oħra ta’ l-Unjoni, bħall-Ingilterra, il-Polonja u r-Repubblika Ċeka u f’pajjiżi oħra bħad-Danimarka u l-Isvezja, ħassew li jaqblilhom jipposponu r-referendum dwar il-Kostituzzjoni biex jevitaw il-periklu ta’ vot LE.
Saħansitra fil-Lussemburgu, wieħed mis-sitt pajjiżi fundaturi ta’ l-Unjoni u meqjus li huwa ħaġa waħda magħha, 43 fil-mija tal-votanti qalu LE għall-Kostituzzjoni Ewropea, minkejja li l-partiti politiċi l-kbar ikkanvassjaw favuriha.
L-oppożizjoni mifruxa għall-Kostituzzjoni Ewropea hija sintomu ta‘ l-isfiduċja popolari fl-Unjoni Ewropea tal-lum.
Għalhekk huma neqsin mid-dehen dawk il-mexxejja politiċi
tal-pajjiżi ta’ l-Unjoni li ma interpretawx tajjeb il-mard li qiegħed
jaħkem l-Unjoni llum u baqgħu għaddejjin bir-ratifika
tal-Kostituzzjoni Ewropea.
Mhux il-mexxejja politiċi kollha tal-pajjiċi ta’ l-Unjoni
wrew nuqqas ta' dehen.
X’uħud stqarru li hemm bżonn ta’ żmien ta’ riflessjoni ħalli jiflu sewwa għaliex hawn din l-oppożizzjoni popolari għall-Unjoni Ewropea tal-lum.
X’uħud diġà qalu x’tibdil huma jaħsbu li għandu jsir kemm fit-tmexxija ta’ l-Unjoni, kif ukoll fil-politika tagħha, biex il-popli ta’ l-Ewropa jerġghu jiksbu l-fiduċja fiha.
Anki l-mexxejja ta’ l-Unjoni stess jafu li l-Unjoni hija fi kriżi
(u xi wħud qalu li hija fi kriżi profonda), u għalhekk jafu li
dawk il-pajjiżi li jkomplu għaddejjin bir-ratifika tal-Kostituzzjoni
Ewropea m’huma kapaċi joffru xejn ta’ siwi biex din il-kriżi tingħeleb.
Pajjiżna jidher li huwa fost dawk l-aktar fqar fl-ideat dwar kif l-Unjoni
tista’ tegħleb l-isfiduċja popolari.
Ġibna l-iskuża li ma għandniex inħallu li l-Franċiżi u l-Olandiżi jiddeċiedu għalina dwar il-Kostituzzjoni Ewropea.
Anzi ma tajniex każhom u rratifikajniha f’ħakka t’għajn mingħajr ma jimpurtana kif jaħsibha l-poplu Malti dwarha.
Il-Parlament Malti, meta f’dibattitu ta’ ftit sigħat qabel li jirratifika, wera li m’għandux il-ħila jogħla mil-livell tal-politika partiġġjana lokali.
Agħar minn hekk, huwa ddisprezza lilu nnifsu meta baxxa rasu għal li tgħid il-Kostituzzjoni li tipprevali fuq il-Kostituzzjoni Maltija li huwa stess għamel.
Tqarrqu bil-poplu Malti
Li tqarraq bil-Parlament hija akkuża serja ħafna.
Mhix ġrajja li sseħħ spiss.
Iżda seħħet fis-6 ta’ Lulju fil-Parlament Malti.
Il-Gvern solennement żgura lill-Kamra tar-Rappreżentanti li nkluda
fil-Kostituzzjoni Ewropea d-Dikjarazzjoni dwar in-newtralità ta’ Malta u
d-Dikjarazzjoni dwar ir-reġjun ta’ Għawdex li kienu mehmuża
mat-Trattat tal-2003 tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
L-Oppożizzjoni solennement xandret ittra ta’ Joe
Leinen, MP Ewropew, li
qalet li l-konsulent legali tal-PE kien kitiblu li meta tidħol fis-seħħ
il-Kostituzzjoni Ewropea, l-imsemmija żewġ Dikjarazzjonijiet jibqgħu
ħajja bis-saħħa ta’ l-Artiklu 438(3) tal-Kostituzzjoni.
Iżda kemm dak li qal il-Gvern Malti, kif ukoll dak li qal il-Membru
tal-Parlament Ewropew m’humiex vera.
Il-verità xokkanti hija li l-Gvern Malti ma żgurax li d-Dikjarazzjoni dwar in-newtralità ta‘ Malta u d-Dikjarazzjoni dwar ir-reġjun ta’ Għawdex jibqgħu ħajja wara li jidħol fis-seħħ l-Artiklu 437 tal-Kostituzzjoni Ewropea li joqtol it-Trattat tal-2003 tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni.
Dan il-fatt jista’ jiddikjarah il-MIC (iċ-Centru ta’
l-Informazzjoni Malta-Unjoni Ewropea), li miegħu għamilna l-verifiki.
Huwa fatt misterjuż li l-Membru tal-Parlament Ewropew Joe Leinen ma xandarx
it-tweġiba li rżieva minn għand il-konsulent legali tal-Parlament
Ewropew għall-ittra li Joe Leinen kien kitiblu u li kienet ixxandret.
Ma xandarhiex għax ma setax ixandarha.
Minflok huwa kiteb lil Membru Malti tal-Parlament Ewropew, li mbagħad dan għaddiha lill-Oppożizzjoni.
Fiha Leinen qal li ġie żgurat li d-Dikjarazzjonijiet imsemmija jibqgħu ħajja anki wara li t-Trattat tal-2003 jmut.
Mhux hekk jgħid l-Artiklu
438(3) tal-Kostituzzjoni Ewropea, kif urejna l-ġimgħa l-oħra
f'din il-paġna.
Kemm l-assikurazzjoni tal-Gvern Malti, kif ukoll l-assikurazzjoni tal-Membru
tal-Parlament Ewropew, Joe
Leinen, meta qarrqu lill-Kamra tar-Rappreżentanti
tagħna, qarrqu wkoll lill-poplu Malti.
l-istrateġija li ntużat ma
tagħmel ġieħ lil ħadd.
Huwa dmir tagħna li nuru lill-poplu l-verità tal-fatti.
Għalhekk inkomplu ninsistu li l-poplu jintebaħ bil-qerq li għalih huwa ġie assoġġettat.
Meta l-poplu jintebaħ b’dan, idur kontra min qarraq biħ.
Il-poplu Malti jixraqlu jkun stmat aħjar, kemm mill-barranin u kemm mir-rappreżentanti tiegħu stess.
Leinen spiċċa biex qarraq bl-UE stess meta ftaħar li l-vot b’ħadd kontra tal-Parlament Malti jfisser li l-poplu Malti huwa favur il-Kostituzzjoni Ewropea.
Ħaġa li mhix veru.
Ġurament ta' lealta` li jieħdu l-Membri Parlamentari kollha
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li nkun tassew fidili u leali lejn il-Poplu u r- Repubblika ta’ Malta u l-Kostituzzjoni tagħha. (Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ Prim Ministru jew Ministru ieħor jew Segretarju Parlamentari.
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment u skond il-kuxjenza d-dmirijiet tiegħi bħala (Prim Ministru/Ministru/Segretarju Parlamentari) skond il-Kostituzzjoni u l-liġijiet ta’ Malta, mingħajr biża’ jew favur. ( Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ President.
Jiena ..............................................., solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment il-kariga ta’ President (li naqdi fedelment il-funzjonijiet tal-President) ta’ Malta, u li, skond l-aħjar ħila tiegħi nikkonserva, inħares u niddefendi l-Kostituzzjoni ta’ Malta. (Hekk Alla jgħini).
Sezzjoni 6 tal-Kostituzzjoni ta' Malta
6. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (7) u (9) ta’ l-artikolu 47 u ta’ l-artikolu 66 ta’ din il-Kostituzzjoni, jekk xi liġi oħra tkun inkonsistenti ma’ din il-Kostituzzjoni, din il-Kostituzzjoni għandha tipprevali u l-liġi l-oħra għandha, safejn tkun inkonsistenti, tkun bla effett.
Artiklu I-6 tal-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea
Dritt ta' l-Unjoni
Il-Kostituzzjoni u l-liġijiet adottati mill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni fl-eżerċizzju tal-kompetenzi konferiti lilha għandhom jipprevalu fuq id-dritt ta’ l-Istati Membri.
Tista' tafda lil min KISER il-ĠURAMENT tiegħu/tagħha?
L-Erbgħa, 27 ta’ Lulju, 2005.
<< Lura http://www.cnimalta.org/2005.html
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola liċ-
Chairman
CNI,
Dr
Karmenu Mifsud Bonnici LL.D.
81,
Triq Ġuże Pace,
Ħamrun.
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ