MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA
L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha
€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
minn Karmenu Mifsud Bonnici KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI
Tfalli l-ewro, tfalli l-Unjoni Ewropea
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu

Il-Kanċellier
Ġermaniż, Angela Merkel, il-ġimgħa l-oħra fil-Parlament Ġermaniż iġġustifikat is-self
ta’ biljuni ta’ ewro li l-Ġermanja se tagħti lill-Greċja u lill-Fond tal-Istabbiltà
tal-Ekonomija taż-Żona Ewro, billi qalet li jekk l-ewro tfalli, tfalli magħha l-Unjoni
Ewropea.
Merkel għamlet din l-istqarrija meta taf li waqt li hemm 16-il pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea li huma fiż-Żona Ewro, hemm 11-il pajjiż ieħor membri tal-Unjoni Ewropea li m’humiex fiż-Żona Ewro.

Fost dawn hemm l-Ingilterra, l-Iżvezja u d-Danimarka.
Din l-istqarrija tal-Merkel tixhed kemm il-kriżi tal-ewro hija gravi biex il-Kanċellier tqis li tista’ tfalli jekk il-pajjiżi taż-Żona Ewro, flimkien mal-Bank Ċentrali tal-Unjoni Ewropea, il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) u l-Unjoni Ewropea stess ma joħorġux €110 biljun u €750 biljun għall-istabbilità finanzjarja tal-Greċja u tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li jsibu ruħhom f’qagħda finanzjarja ħażina u jistgħu jfallu.
Skont il-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech, sehem Malta se jkun ta’ €74 miljun u bejn €350 u €400 miljun.
Malta se toħroġ €74 miljun u bejn €350 u €400 miljun biex tgħin lill-munita ewro milli tfalli.
Dan il-fatt juri kemm kien falż id-diskors ta’ m’alla li daħħalna l-ewro biex insalvaw fiż-żmien ir-riċessjoni internazzjonali li hawn.
Minflok l-ewro salvatna, l-ewro saret mażżra u piż għalina, tridna ngħinuha ħalli ssalva hija u l-Unjoni Ewropea.
Unjoni tal-midjunin
Ħafna huma l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li jinsabu f’qagħda finanzjarja kerha b’dejn kbir akkumulat fuq medda ta’ snin, aktar minn 60% tal-Prodott Gross Domestiku (PGD) u/jew żbilanċ kull sena (defiċit) ogħla aktar minn 3% tal-istess PGD, bi ksur tar-regoli tal-Patt ta’ Tkabbir u Stabbilità tal-Unjoni Ewropea skont il-ftehim ta’ Maastricht.
Il-lista
ta’ dawn il-pajjiżi li mhumiex skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea hija twila
* u tinkludi barra lil Malta,
* lill-Ġermanja,
* Franza,
* l-Ingilterra,
* l-Italja,
* Spanja,
* l-Irlanda,
* il-Greċja,
* Portugall,
* l-Ungerija,
* ir-Rumanija,
* Latvja
* u oħrajn.
X’uħud
minn dawn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea
* kellhom jagħqu għall-għajnuna mill-Fond Monetarju Internazzjonali
* u joqgħodu għall-kundizzjonijiet ħorox tiegħu,
* inklużi tnaqqis fil-pagi,
* fil-pensjonijiet u
* fil-benefiċċji soċjali,
* u privatizzazzjoni
* u telfien ta’ impjiegi.
Il-qgħad
tela’ għal aktar minn 23 miljun ħaddiema u l-miljuni ta’ familji li jgħixu
fil-perilu ta’ faqar huma ħafna aktar.
Tista’ tgħid li l-Unjoni Ewropea hija unjoni ta’ pajjiżi midjunin,
* ta’ qgħad kbir
* u ta’ faqar mifrux,
* u minflok sejrin ’il quddiem,
* sejrin lura bħal ġranċ.
Diżgrazzjatament magħha sseħiba u magħha sejrin ħażin waqt li b’irresponsabbiltà kbira niftaħru bħal Ġaħan li sejrin tajjeb.
Telfien tas-sovranità
Bl-iskuża
li jirdu jsalvaw l-ewro,
* il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea
* u tal-akbar żewġ pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea,
* il-Ġermanja u Franza,
* qegħdin isostnu li l-Unjoni Ewropea
* jeħtieġilha tikseb aktar kontroll fuq il-Gvernijiet tal-pajjiżi membri
* billi dawn ikomplu jċedu aktar mill-ftit sovranità li baqa’.
Huma qegħdin jisħqu li l-Unjoni Ewropea għandha jkollha t-tmexxija ekonomika (‘economic goverment’) jew li l-Franċiżi jsejjħu (‘gouvernement economique’) tas-27 pajjiżi membri.
Bħala l-ewwel pass qegħdin jipproponu li kull gvern irid l-ewwel iressaq
il-baġit quddiem il-Kummissjoni Ewropea u mbagħad quddiem il-Kunsill
tal-Ministri tal-Finanzi tal-Unjoni Ewropea, u biss wara li tkun approvata, ikun
jista’ jressaqha fil-Parlament Nazzjonali.
Din
il-proposta li l-Unjoni Ewropea trid l-ewwel tapprova l-baġit tal-Gvern Malti
qabel ma dan ikun jista’ jressaqha fil-Parlament Malta hija umiljazzjoni
nazzjonali, u toħodna lura għaż-żmien ta’ qabel ma ksibna l-awtonomija
fit-tmexxija ta’ ħwejjiġna mingħand il-Gvern Ingliż.
B’sogħba kbira, u fl-istess ħin b’rabja kbira, jkollna nistqarru li tkexkixna
meta smajna lill-Prim Ministru u lill-Ministru tal-Finanzi tagħna jappoġġjaw u
jfaħħru din il-proposta.



Nittamaw
li l-Maltin u l-Għawdxin kollha li baqagħlhom sens ta’ xi tfisser nazzjoni
indipendenti u ħieles, jirribellaw kontra din iċ-ċaħda tas-sovranità nazzjonali
u tas-supremażija tar-rieda tal-maġġoranza tal-poplu kif rappreżentat
fil-Parlament Malti.
Mintoff u Borg Olivier ma stinkawx biex aħna l-Maltin u l-Għawdxin inkunu
indipendenti u ħielsa b’rajna f’idejna, biex jiġi Fenech Adami u Gonzi jerġgħu
jġibuna maħkumin mill-barranin.
Se joqgħodu anki għal dan it-tradiment tas-sovranità popolari l-membri tal-Parlament
tagħna?
In-nefqa militari tnaqqsuhiex
minn Charles Micallef, Kampanja Helsien Nazzjonali
Qiegħda sewwa l-Unjoni Ewropea, kif Alla jridha!
Lill-Gvern
Grieg qaltlu
* biex inaqqas kemm irid u kemm jiflaħ il-pagi
* u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema,
* biex inaqqas il-pensjonijiet
* u jtella’ l-età tal-pensjoni għal 65 sena,
* biex inaqqas il-ħlasijiet tas-servizzi soċjali,
* biex jiffriża l-pagi
* u biex inaqqas kemm jiflaħ in-numru tal-impjegati mal-Gvern.
Fi
ftit kliem l-Unjoni Ewropea ma jimportahiex jekk il-klassi tal-ħaddiema Griega
ssir klassi ta’ tallaba jew le.
Ma jimportahiex jekk il-klassi tal-ħaddiema Griega tmutx bil-ġuħ jew bil-għaks.
L-aqwa li ma tmissx in-nefqa militari tagħha.
Biex
tkun tista’ tixtri l-armamenti mingħand il-produtturi ta’ armamenti Ewropej,
l-aktar il-Ġermaniżi u l-Franċiżi u s-sidien tagħhom ikomplu jistagħnaw u
jissaħħu finanzjarjament.
Biex imbagħad dawn l-armamenti jintużaw mill-armata Griega fi ħdan in-NATO fl-Iraq u fl-Afghanistan – żewġ pajjiżi li lill-Greċja fl-istorja riċenti tagħha m’għamlulha xejn.
L-istess bħalma qatt m’għamlu xejn kontra l-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea u dawk taż-Żona Ewro.
Dan li għidt dwar kif tittratta l-Unjoni Ewropea mal-Greċja, jgħodd ukoll għall-pajjiżi ż-żgħar kollha tal-Unjoni Ewropea u taż-Żona Ewro.
L-ewwel u qabel kollox għall-Unjoni Ewropea jiġi l-militariżmu.
In-nefqa militari ma jnaqqsuhiex.
Inaqqsu
biss in-nefqa tas-servizzi soċjali u dak kollu li jmur kontra l-interessi tal-ħaddiema.
Din mhijiex Unjoni Ewropea soċjali.
Din hija Unjoni Kapitalista sfrenata li l-anqas biss tħalli lill-gvernijiet joħolqu x-xogħol huma, jekk il-privat ifalli milli jagħmel dan.
Jippreferu jarawhom fil-kju tan-nies bla xogħol quddiem l-uffiċji tar-reġistrazzjoni milli jaraw lill-ħaddiema jaħdmu.
Għax iż-żaqq il-mimlija qatt ma tat każ iż-żaqq vojta.
Ara xi ġralu l-Partit Laburista Ingliż, tilef l-elezzjoni għax ma baqax partit soċjalista tal-Welfare State, tal-ħaddiema.
Il-ħaddiema
Ingliżi riedu partit verament Laburista iżda l-Partit Laburista Ingliż sar
partit kapitalista u partit favur il-gwerer, għax il-gwerer jagħmlu sinjuri s-sidien
tal-fabbriki tal-armamenti u tal-uniformijiet tas-suldati u l-baħrin.
Allura l-Ingliżi rraġunaw li b’partit kapitalista jtellgħu fil-gvern lill-Konservattivi.
B’hekk taw tagħlima lill-Partit Laburista Ingliż li ma baqgħax partit tal-ħaddiema.
Sar partit tas-sinjuri, għax Blair u Brown kienu Laburisti fl-isem biss.
Għalhekk il-ħaddiema Ingliżi tellquhom u pattuhielhom għax neħħewhom mill-gvern.
L-Unjoni Ewropea ma jistax ikun tibqa’ unjoni militarista – kapitalista fejn
flus għal gwerra jsibu u flus għall-klassi tal-ħaddiema ma jsibux.
Fl-Unjoni Ewropea hemm 23 miljun bla xogħol.
Hemm korruzzjoni kbira u evażjoni tat-taxxi mill-klassi tas-sinjuri.
Mal-Unjoni Ewropea, il-klassi tal-ħaddiema teħel dejjem għall-kriżijiet.
Hija trid li kull fejn hemm Welfare State, titkisser u tiżżarma, bl-iskuża li pajjiżi ma jifilħux għall-ispiża.
Għalhekk
lill-Gvern Grieg, l-Unjoni Ewropea qaltu jnaqqas in-nefqa militari.
Dik le.
Dik tmisshiex.
Ixtri armamenti għal kontra l-irvellijiet kontra l-gvernijiet u għall-gwerer tan-NATO kemm trid u kemm jogħġbok.
Dawn ir-rġaunijiet li wassluni għall-fehma qawwija li Malta tagħmel tajjeb jekk tfittex toħroġ mill-Unjoni Ewropea u miż-Żona Ewro.
‘Brainwashing’ tat-tfal mill-Unjoni Ewropea
minn Eddy Privitera, Kampanja Helsien Nazzjonali
L-Unjoni
Ewropea ilha s-snin tipprova toħloq “ċittadini Ewropej” flok ċittadini Taljani,
Franċiżi, Ġermaniżi u oħrajn, iżda baqgħet ma rnexxilhiex.
Spiss kien isir stħarriġ fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea li fihom kienu jistaqsu lin-nies, speċjalment liż-żgħażagħ, jekk iħossu li huma “Ewropej” aktar milli huma t-Taljani, il-Franċiżi, il-Ġermaniżi u mill-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.
Ir-risposti dejjem kienu li ċ-ċittadini tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea jħossu ruħhom ċittadini Taljani, Franċiżi, Ġermaniżi u l-istess l-oħrajn, qabel li huma wkoll Ewropej.

Kien għalhekk li ttieħdet id-deċiżjoni li jibdew strateġija ġdida immirata lejn it-tfal żgħar li kienu għadhom fl-iskola, għax huwa ferm aktar faċli li timmanipula l-imħuħ tat-tfal milli ta’ dak li diġà jkunu kibru.
Kienet din l-istrateġija li wasslet għat-twaqqif tal-“European Studies”
fl-iskejjel kollha, kemm fl-istati membri tal-Unjoni Ewropea u anki f’dawk
il-pajjiżi li applikaw biex jissieħbu fl-Unjoni Ewropea, inkluż Malta.
Aħna tas-CNI mill-ewwel għedna x’għan kien hemm wara d-dħul tal-“European Studies” fl-iskejjel.
Bħalma kien qal il-Kelliem tal-Oppożizzjoni.
Dakinhar il-Kummissjoi Ewropea stħat tgħid li riedet lit-tfal jistudjaw dwar l-Unjoni Ewropea.
L-aħħar attentat tal-UE biex taħsel moħħ it-tfal Maltin u Għawdxin tnieda dan
l-aħħar bil-proġett “L-avventuri maġiċi ta’ Tommy u Rosy” li jinkludi film ta’
15-il minuta u ktejjeb li jakkompanja dan il-filmat.
Is-Segretarju
Parlamentari Chris Said nieda dan l-attakk propagandistiku fuq moħħ it-tfal
tagħna fl-Eden Century Cinemas f’San Ġiljan waqt il-wirja ta’ dan il-‘cartoon’.
L-Onorevoli Said għamel diskors politiku propogandistiku dwar l-Unjoni Ewropea li fih semma x-xinxilli tas-soltu tal-Unjoni Ewropea u l-gidba faħxija tas-soltu li “l-Unjoni Ewropea fissret 60 sena ta’ paċi fil-kontinent Ewropew”.
Meta kienet il-biża’ reċiproka li kellhom il-pajjiżi tal-Punent, immexxijin mill-Istati Uniti tal-Amerika magħqudin fl-alleanza militari tan-NATO, kif ukoll l-Unjoni Sovjetika bil-pajjiżi dipendenti tagħha, taħt l-umbrella militari tal-Patt ta’ Varsavja.
Iż-żewġ blokki kienu jafu li gwerra oħra kienet tfisser il-qerda taż-żewġ blokki.
Kienet din il-biża’ li żammet il-paċi – jekk ninsew il-gwerer limitati li ġraw fl-Ewropa – u mhux fl-UE.
Tgħid lit-tfal tal-iskejjel tagħna se jgħidulhom li l-iskop tal-ħolqien
tal-munita waħda Ewropea, l-ewro, kellha aktar skop politiku milli wieħed
ekonomiku, għax mil-lat ekonomiku ma jagħmilx sens li toħloq munita waħda għal
ħafna pajjiżi b’ekonomiji differenti minn xulxin?
Sadanittant sirna nafu li l-MEUSAC, li qiegħda sservi biex tinfirex kemm jista’
jkun il-propoganda favur l-Unjoni Ewropea f’pajjiżna, f’dawn l-erba’ snin li
ġejjin.
Dan kollu jfakkarni kif kien jaħdem il-Gvern Nażista fil-Ġermanja qabel l-aħħar gwerra dinjija.
Il-Ħamis 27 ta’ Mejju 2010

Fittex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ